Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta – Triq il-Kultellaz – pjanijiet ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp speċifiku jista’ jsir skont il-pjan ta’ żvilupp fi Triq il-Kultellaz il-Mosta u fi Triq bla isem fl-istess Triq il-Kultellaz il-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Skont il-Pjan Lokali tal-Mosta approvat fl-2006, dawn iż-żewg toroq huma zoned bħalha Residential Area (żona residenzjali) u huma koperti bil-policy CG07 li tinkludi lista ta użi permissibbli bħal abitazzjonijijet, użi kummerċjali u soċjali (sptarijiet, skejjel, djar tax-xjuħ) fuq skala żgħira u użi ndustrijali taħt ċertu kundizzjonijiet.

Il-Mosta – Triq il-Kultellaz – avviżi ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx avviżi ta’ infurzar mill-Awtorità għall-Ippjanar fi Triq il-Kultellaz il-Mosta? Kemm hemm avviżi ta’ infurzar mill-Awtorità għall-Ippjanar fl-imsemmija triq? X’tip ta’ avviżi ta’ infurzar hemm mill-Awtorità għall-Ippjannar fl-imsemmija triq? Jista’ jgħid x’tip ta’ azzjoni ttieħdet mill-Awtorità għall-Ippjanar fuq dawn l-avviżi ta’ infurzar?

Response (BORG, IAN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija hemm sitt (6) avviżi ta’ Infurzar li kollha huma tat-tip “Biex Tieqaf u ta’ Twettiq”. Hemm tlieta referuti għall-azzjoni diretta, wieħed qiegħed fi stadju ta’ Appell, u tnejn għandhom applikazzjoni pendenti biex tissanzjona l-illegalita.

San Ġwann – Triq il-Balal – provvista ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq il-Balal, San Ġwann, li hi waħda mill-aktar traffikużi, tingħatalha aktar provvista ta’ dawl?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-dwal ġodda fit-toroq isiru mill-kunsill lokali kkonċernat, Transport Malta jew mill-entità responsabbli mill-inħawi. Meta d-dwal ġodda jitwaħħlu, Enemalta tintalab tqabbadhom mas-sistema tal-elettriku biex ikollhom provvista u jinxtegħlu. Sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-kontabilità fit-toroq tagħna, il-Ministeru dalwaqt ser iwaqqaf aġenzija ġdida li tieħu ħsieb il-bżonnijiet infrastrutturali kollha meħtieġa fit-toroq, inkluż installazzjoni u manutenzjoni tas-sistemi tad-dwal. Dan il-pass mistenni jkompli jtejjeb il-kwalità u s-sigurtà tat-toroq madwar il-pajjiż.

Ta’ Xbiex – pompi tal-ilma li jibagħtu l-ilma għall-ġibjuni tal-Gżira

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-pompi tal-ilma li jibagħtu l-ilma minn Ta’ Xbiex għal ġibjuni tal-Gżira, (skont in-National Flood Relief Project) għadu mhuwiex jaħdem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li d-Dipartiment tax-Xogħijiet u l-Infrastruttura qed jistenna li jinħareġ compliance certificate biex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku. Dan il-compliance certificate ikun jista’ joħroġ ladarba tiġi approvata applikazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar biex tiġi ssanzjonata emenda fuq parti zgħira mill-Proġett għat-Taffija tal-Għargħar.

Ta’ Xbiex – walter culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru water culverts matul il-bankina tal-Ġnien, in-naħa ta’ Ta’ Xbiex, peress li meta tagħmel ħafna xita qed ikun hemm il-flooding?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-każijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni għal permess għalihom u li minn din id-deċiżjoni, sar appell u marru quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-każijiet li fl-aħħar mill-aħħar it-Tribunal biddel id-deċiżjoni tal-Bord u ordna li jinħareġ il-permess u dan sena b'sena b'effett mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3949, it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar irċieva disa’ mija u sebgħa u disgħin (997) appell kontra rifjut ta’ applikazzjonijiet tal-ippjanar (planning applications) mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum li minnhom ġew milqugħa mitejn u erbgħa u ħamsin (254). It-tabella li ssegwi taqsam dawn l-ammonti sena b’sena kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Appeals Against PA Refusal Received Appeals Upheld 2013 154 54 2014 135 54 2015 141 49 2016 232 83 2017 306 14 2018 29 0 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq appelli ndikati bħala ‘Appell kontra rifjut’ li ġew sottomessi mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess ta’ screening

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jittella’ bini ta' tmien sulari jew aktar u/jew inkella High Rise ġewwa Għawdex, f’liema lokalitajiet huma u n-numru ta’ referenza tagħhom, anki jekk għadhom fil-proċess ta’ screening u/jew l-istħarriġ preliminari?

Response (BORG, IAN)

L-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nfurmat illi l-Awtorita’ tal-Ippjanar m’għandhiex applikazzjonijiet pendenti quddiemha li jinvolvu bini ta’ tmien sulari jew aktar kif ukoll High Rise ġewwa Għawdex.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġett Kapitali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Iż-Żurrieq: Vjal ix-Xarolla u Ħal Safi: Triq il-Kuċċard — xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 2851 u 3012 qal li x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard Ħal Safi nbeda fil-11 t' April 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk stqarrija maħruġa minn Malta Transport, hekk kif ġiet irrapportata fil-media tal-Partit Laburista, ix-xogħol kien beda kważi seba' xhur qabel u ċjoè fit-30 ta' Settembru 2016 hijiex minnha jew le?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 4205 ninforma lil Onor. Interpellant li fit-30 ta’ Settembru 2016, inbeda x-xogħol ta’ l-ewwel tender ta’ bini ta’ ħitan tas-sejjiegħ u f’April 2017 inbeda x-xogħol fuq it-tieni tender, fuq twessiegħ tat-triq fi Vjal ix-Xarolla, Żurrieq.

Żurrieq – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fil-lokalità taż-Żurrieq, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-każ tal-Fondi Rurali Ewropej, mill-programm għall-iŻvilupp Rurali 2007 – 2013, Transport Malta għamlet resurfacing ta’ dawn it-toroq fil-lokalità taż-Żurrieq: Street & Locality Completion Resurfacing Works Area (sq m) Total Final Value Certified exc. Services Services Done Sqaq fi Triq Giovanni Batta Riccio, Żurrieq 2015 Concrete 1740 sq m € 74,975.37 nil F’dan il-każ ix-xogħol ma kienx jinkludi tqegħied ta’ servizzi.

Ħal Safi – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fil-lokalità ta' Ħal Safi, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-każ tal-Fondi Rurali Ewropej, mill-programm għall-iŻvilupp Rurali 2007 – 2013, Transport Malta għamlet resurfacing ta’ dawn it-toroq fil-lokalità ta' Ħal Safi: Street & Locality Completion Resurfacing Works Area (sq m) Total Final Value Certified exc. Services Services Done Sqaq ta' Ġawhar, Safi 2015 Concrete 1620 sq m € 61,466.48 nil F’dan il-każ ix-xogħol ma kienx jinkludi tqegħid ta’ servizzi.

Ħal Kirkop – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fil-lokalità ta' Ħal Kirkop, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-każ tal-Fondi Rurali Ewropej, mill-programm għall-iŻvilupp Rurali 2007 – 2013, Transport Malta għamlet resurfacing ta’ dawn it-toroq fil-lokalità ta' Ħal Kirkop: Street & Locality Completion Resurfacing Works Area (sq m) Total Final Value Certified exc. Services Services Done Triq il-Gudja, Kirkop 2015 Concrete 2600 sq m € 122,037.73 WSC works Il-valur imsemmi ma jinkludix il-valur tas-servizzi.

Birżebbuġa – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fil-lokalità ta' Birżebbuġa, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-każ tal-Fondi Rurali Ewropej, mill-programm għall-iŻvilupp Rurali 2007 – 2013, Transport Malta għamlet resurfacing ta’ dawn it-toroq fil-lokalita’ Birżebbuġa: Street & Locality Completion Resurfacing Works Area (sq m) Total Final Value Certified exc. Services Services Done Sqaq Has Saptan, Birżebbugia 2015 Asphalt 6055 sq m € 226,557.48 WSC works Sqaq ta' B'Xejn, l/o Birżebbuga 2015 Concrete 1050 sq m € 53,072.02 WSC works Il-valur imsemmi ma jinkludiex il-valur tas-servizzi.

Ħal Farruġ – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fiż-żona ta' Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Luqa, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-każ tal-Fondi Rurali Ewropej, mill-programm għall-iŻvilupp Rurali 2007 – 2013, ma saret l-ebda triq f’Ħal Farruġ limiti ta’ Ħal Luqa.

Triq l-Imqabba — xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin il-Ministeru tiegħu ser ikun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq l-Imqabba li miż-Żurrieq tagħti għall-Imqabba hux ser isirilha wiċċ ġdid tat-tarmak? Jekk fl-affermattiv, meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq? Kemm hu proġettat li se jkun jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura – gaġeġ tat-tonn

Question

Nirreferi għall-gaġeġ tat-tonn li jinsabu f’post transitorju fejn qed jiġi xjentifikament studjat mid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura u fejn bħalha fatt il-gaġeġ żdiedu minn 9 gaġeg għal 21 gaġġa, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx pre-screening application lill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex minn 12 il-gaġġa jiżdiedu għal 24 gaġġa? Ma jaħsibx il-Ministru li l-PA għandha toħroġ enforcement notice? Dan mhux l-istess bħal meta wieħed iħaffer għal pedamenti f’art pre-screening jew proċess ta’ applikazzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li dan il-ksur ta’ regoli qed imur kontra r-regoli tal-Ministeru?

Response (BORG, IAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni bir-referenza TRK201624 fejn qed jiġi mitlub li jiżdiedu 12 il-gaġġa ma’ fish farm eżistenti. Din l-applikazzjoni għada fi stadju ta’ vetting fejn l-Awtorità għadha qed tistenna aktar informazzjoni biex ikun jista’ jibda il-proċess ta’ screening. Fir-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija - “ Ma jaħsibx il-Ministru li l-PA għandha toħroġ enforcement notice? Dan mhux l-istess bħal meta wieħed iħaffer għal pedamenti f’art pre-screening jew proċess ta’ applikazzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li dan il-ksur ta’ regoli qed imur kontra r-regoli tal-Ministeru?” Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jara t-tweġiba li ngħatatlu fid-domanda parlamentari 3882 f’Seduta 81.

Ta’ Xbiex – rotot ta’ devjazzjoni minħabba l-proġett tal-Kappara Junction

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta r-rotot ta’ devjazzjoni li saru f’Ta’ Xbiex minħabba l-proġett tal-Kappara Junction, se jerġgħu lura għan-normal issa li l-proġett tlesta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq ir-rotot ta’ devjazzoni relatati mal-proġett tal-Kappara mistennija jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin.

Kappara Junction – Ta’ Xbiex

Question

B’referenza għal kif kienu qabel it-toroq ta’ San Ġwann bis-saħħa tal-Kappara Junction, jista’ l-Ministru jara li anke t-toroq tal-lokalità ta’ Ta’ Xbiex jerġgħu jiġi lura kif kienu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq ir-rotot ta’ devjazzoni relatati mal-proġett tal-Kappara mistennija jkunu lesti fil-ġimghat li ġejjin.

Transport Malta — Ħ’Attard sa taħt ir-Rabat – rotta alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir minn Transport Malta u mill-Ministeru tiegħu biex tinstab rotta alternattiva għal triq li s’issa qed tgħaddi mir-raba’ minn Ħ’Attard sa taħt ir-Rabat?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jkun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Transport Malta – pjanti tat-toroq — twessigħ

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tat-toroq kollha li Transport Malta qed tapplika għall-awtorizzazzjoni meħtieġa, biex dawn it-toroq jitwessgħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.