Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' santwarji tal-annimali li ġew reġistrati mal-Ministeru matul l-aħħar snin? Fejn jinsabu dawn is-santwarji? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux infurmat li xi uħud minn dawn is-santwarji għandhom problemi finanzjarji?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s- santwarji li li hawn f’Malta huma dawn;
· Island Sanctuary, fl-inħawi ta’ Dellimara
· SPCA, Floriana
· AAA, fl-inħawi ta’ Ħal Luqa
· Noah’s Ark, Mellieħa
· Thomasina, Għammieri
L-NGOs huma reġistrati mal-Kummissarju tal-NGOs. Il-Gvern qed jagħti għajnuna lil dawn is-santwarji f’diversi forom fosthom finanzjarji, permezz ta’ riżorsi umana li jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fis-santwarji u
vouchers
ta’
neutering
. Sar ukoll arranġament biex ikun hemm skont fuq il-prezzijiet li jintalbu l-NGOs biex jużaw iċ-ċentru San Franġisk. Barra minn hekk meta kien hemm santwarju partikolari li żamm annimali li nstabu bl-ambulanza tal-gvern, ingħatalhom l-ikel u l-kura medika b’xejn.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-patata f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din l-istatistika tista tinġabar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jispjega eżatt x'inhi l-proċedura u min hu responsabbli li jitwaħħlu cameras ħdejn il-bring-in sites, li żvinturatament meta ma jkunx hemm din is-sorveljanza qed jispiċċaw postijiet ta' ħmieġ kbir fejn kulħadd jitfa' kull tip ta' żibel ħdejhom u anki jispiċċaw jinġabru ħafna ġriden, nemus u kull tip ta' insetti ħdejn dawn il-bring-in sites?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 19637.
Fgura — Pjazza Patri Redent Gauci - problema ta' ilma
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21167 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' ilma (nirreferi għal għargħar jew ilmijiet) li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali qatt m’għamel rapport dwar il-problema li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Uffiċjali mid-Direttorat responsabbli se jagħmlu l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21091 u jgħid x'kienu l-iżviluppi li saru fil-Pitkalija matul l-2009 u l-2010 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iżviluppi li saru fil-pitkalija hu kif ġej;
2009 – Beda il-proċess ta’ laqgħat u diskussjoni mal-Pikala u l-bdiewa.
- Bdew diskussjonijiet ma gaqda partikolari biex isir ristrutturar.
Laqgħat mal-POs sabiex jinbena post adegwat għall-operat tagħhom.
Kien ippreparat pjan għat- traffiku fil-pitkalija inkluż l-entratura.
Ġiet introdotta sistema ġdida ta’ tindif u ġbir tal-iskart.
2010 Ġie ffinalizzat ftehim mal-POs dwar l-estensjoni u bini mill-ġdid tal-faċilitiajiet tagħhom u saret l-applikazzjoni formali mal-MEPA.
Introdotta s-sistema ġdida tat-traffiku
Introdotta ukoll sistema ta’ kontrol fuq il-mara tad-dar li tidħol tixtri fil-pitkalija.
Inħareg
tender
biex jibdew jinbidlu it-tined li hemm fuq l-istrutturi tal-Pitkalija. Sadanittant saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fl-istrutturi.
Saru laqgħat kontinwi ma entitajiet u stakeholders biex tiġi ffinaliżżata strateġija għal pitkalija.
Inbeda x-xogħol li kważi tlestta għal
front office
għal bdiewa fil-pitkalija
Ingħata servizz mill-Wateserv għas separazzjoni tal-
waste
bħal plastic u faxxina.
Tkompliet is-supervizjoni fuq il-Pitkali Crates Limited ħalli titfassal soluzzjoni li tħares l-interess tal-bidwi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21096 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bajd frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-produzzjoni ta’ bajd f’Malta hija stmata fuq il-popolazzjoni ta’ tiġieġ tal-bajd fl-irziezet irreġistrati mad-Direttorat tar-Regolazzjoni tal-Biedja u Sajd.
Produzzjoni ta’ Bajd Frisk f’Malta u Għawdex
(*Sal-aħħar ta’ Settembru)
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-ħaxix frisk prodott, prodott f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din l-istatistika tista tinġabar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-frawli f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din l-istatistika tista tinġabar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-gvern biex l-għargħar li qed iseħħ fi Triq il-Gżira, Gżira u li qed jaffettwa bil-kbir lil għadd ta' residenzi ta' familji, bi ħsarat kbar fl-għamara u danni oħra anke fil-bini, jiġi rimedjat fl-iqsar żmien possibli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-problema tal-għargħar fiż-żona msemmija se tkun imtaffijja permezz tal-Proġett għal-kontra l-għargħar li se jiswa madwar 57 miljun euro. Dan il-proġett se jaqbad l-ilma tax-xita minn diversi inħawi 'l fuq minn l-imsemmijja triq speċjalment dawk tar-Regional Road u Wied Għollieqa u permezz ta’ ġibjun kbir u mini taħt l-art ser iwassal dan l-ilma fil-baħar lejn iż-żona ta’ Ta’ Xbiex. Ix-xogħol fuq l-iskavar tal-ġibjun li se jsir f’tarf Wied Għollieqa u ppjanat li jinbeda kmieni s-sena d-dieħla.
Impjant ta' Sant'Antnin — monitoring rigward il-kwalità tal-arja
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar tliet takings ( records) dwar il-monitoring rigward il-kwalità tal-arja tal-viċinanzi tal-Impjant ta' Sant'Antnin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ġie mitlub iħallas il-miżata ta' trasferiment meta huwa r-raġel tat-tifla tas-sid oriġinali ta' dgħajsa li kienet trasferita u dan wara li skont l-informazzjoni mogħtija mid-dipartiment rispettiv kien ġie indikat li l-miżata ta' trasferiment m'għandhiex titħallas f'każ li t-trasferiment ikun bejn membri tal-familja tal-ewwel grad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-individwu li qiegħed jagħmel riferenza għalih l-Onor. Interpellant mhux membru tal-familja tal-ewwel grad u għaldaqstant l-konċessjoni ma tapplikax fil-każ tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk preżentament hux qed isiru xi esperimenti partikolari fuq varjetajiet differenti ta' siġar tal-frott, minn uffiċjali responsabbli mill-esperimentazzjoni fi ħdan id-dipartiment responsabbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li riċentament kienet saret prova fuq it-tneћћija ta’ mard minn fuq lumi bil-gћan li dawn jiġu użati fil-futur gћat-tkattir u konservazzjoni ta’ varjetajiet ta’ ċitru Maltin, imma ma kinux inkisbu riżultati sodisfaċenti matul din il-prova, allura f’dawn il-jiem se terġa' issir prova oћra.
Fil-mixtla ta’ San Vincenz inbeda mill-ġdid tilqim ta’ bakkaljaw b’diversi varjetajiet ta’ ċitru fosthom Lumi, Larinġ, Larinġ ħelu, Larinġ tad-demm u Tronġa. Ir-riżultati s’issa jidhru li huma sodisfaċjenti u se jerġa' jiġi ripetut l-esperiment fuq selvaġġ taċ-ċitru (rootstock) differenti.
Fil-preżent għaddej ukoll esperiment fejn intelaq inset li jipparasitizza d-dud tad-dubbien taż-żebbuġ. L-għan tal-esperiment hu biex jinstab metodu biex id-dubbien taż-żebbuġ ikun ikkontrollat b’mod bijoloġiku.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20917, filwaqt li nappreza l-fatt li t-triq taqa' taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, billi s-siġar li qed nindika jinsabu fil-parti tal-lokalità (wara l-ħajt li jifred it-triq mill-public garden) fl-area amministrata mill-gvern, jista' l-Ministru jara li dawn is-siġar (christmas trees) jinxtegħlu fiż-żmien tal-Milied u l-ewwel tas-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħalma diġa ntqal fir-risposta tal-mistoqsija li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant mhux normali li l-Ministeru tiegħi jagħmel xogħol ta’ tiżjin tal-Milied u għaldaqstant mhux se jkun possibli li tali tiżjin isir.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' sajjieda li talbu biex ikissru l-bastimenti tas-sajd tagħhom skont l-iskema/skemi tal-FIFG 2004-2007? Kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati? Kemm bastimenti tkissru sal-lum minn dawk li kienu aċċettati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema prodotti partikolari qed isiru esperimenti fuqhom fil-micropropogation centre f'Ħal Lija matul l-aħħar 12-il xahar? Kien hemm xi pjanti endemiċi partikolari li fuqhom ukoll saru esperimenti matul l-aħħar 12-il xahar? X'kienu r-riżultati li ġew akkwistati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’dawn l-aћћar tnax il-xahar, il-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni kompla l-esperimentazzjoni fuq it-tulipan Malti u diversi speċi ta’ orkidi Maltin li qed jitkabbru fil-laboratorju b’metodi mhux konvenzjonali. Pjanti ta’ dawn l-ispeċi qegħdin jiġu akklimatizzati fis-serra ġewwa iċ-Ċentru tal-Bioteknologija tal-Pjanti. Minћabba li dan ix-xogћol qed isir gћall-ewwel darba fuq dawn l-ispeċi f’Malta, wieћed ma jistax ibassar x’se jkun ir-riżultat tal-akklimatizzazzjoni. Ukoll, kienet bdiet riċerka li tinvolvi it-tneћћija ta’ mard minn fuq lumi bil-gћan li dawn jiġu użati fil-futur gћat-tkattir u konservazzjoni ta’ varjetajiet ta’ ċitru Maltin. Ma kinux inkisbu riżultati sodisfaċenti matul din il-prova allura f’dawn il-jiem se terġa issir prova oћra. Apparti minn hekk, il-laboratorju ipproduċa numru sostanzjali ta’ felċi u African violets.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-aqua kultura f'pajjiżna sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi din l-informazzjoni tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' sajjieda full-time u part-time reġistrati f'Għawdex u Malta separatament illum? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor Inrterpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 14036 li saret minnu stess.
Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' bdiewa full-time u part-time reġistrati f'Għawdex u Malta separatament illum? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi r-reġistrazjoni tal-bdiewa (full-time jew part-time) ma ssirx mad-Direttorat ta’ l-Agrikoltura imma mal-ETC. Għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.