Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsili Reġjonali – GPS Tracking tal-ġbir tal-iskart

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar liema Kunsill Reġjonali jiġbor informazzjoni dwar GPS tracking tal-ġbir tal-iskart, u jippreżenta kopja ta' din l-informazzjoni mill-1 ta' Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsilli Reġjonali qegħdin jagħmlu l-monitoraġġ kollu meħtieġ sabiex jaraw illi l-Kuntratturi qegħdin jiġbru l-iskart fil-ħin u kullimkien u b'hekk tigi osservata l-iskeda relattiva filwaqt li tinżamm l-indafa pubblika.

Kunsilli Reġjonali – Sistema ta’ Customer Care

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni dwar kif qiegħda titħaddem is-sistema ta' Customer Care fil-Kunsilli Reġjonali, u kif l-ilmenti qegħdin jiġu indirizzati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sistema ta’ Customer Care fi ħdan il-Kunsilli Reġjonali titħaddem permezz ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni li huma kollha aċċessibbli għall-pubbliku inġenerali, inkluż dawk indikati fid-dokument li qiegħed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u dan sabiex jiġu indirizzati kwalsiasi lmenti fl-iqsar żmien possibbli.

Kunsilli Reġjonali – ġbir ta’ skart — servizz

Question

B’referenza għas-servizz tal-ġbir tal-iskart ipprovdut mill-Kunsilli Reġjonali, jista’ l-Ministru jgħid x'perjodu ta' ħin tal-ġurnata hemm stabbilit kuntrattwalment mal-kuntrattur li fih irid jinġabar l-iskart?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ġbir tal-iskart isir skont il-ħin li kien ġie miftiehem bejn il-Kunsilli Reġjonali u l-Kunsilli Lokali rispettivi flimkien mal-kuntrattur.

PBS — Salarji u allowance/benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jagħti s-salarji gross u kwalunkwe allowance u/jew benefiċċji oħra tal-pożizzjonijiet li ġejjin fi ħdan il-PBS mill-2012 sal-lum: Uffiċjal Kap Eżekuttiv (CEO); Chairman; Editur; Kap tal-Aħbarijiet; u Managers?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona li tinsab wara l-Librerija Pubblika Ċentrali ġewwa l-Furjana, faċċata tal-Imsida Bastion Historic Garden, hijiex ser tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika eżattament iż-żona li qiegħed jirreferi għaliha.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kunsill tal-Ewropa – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdum għaddej ix-xogħol fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa fil-karreġġjata minn Ħaż-Żabbar lejn il-Fgura billi qiegħda tingħalaq arterja importanti għat-traffiku kuljum? Jista' jgħid ukoll x'ħidma twettqet biex l-inkonvenjent jonqos?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-interpellanza tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Ġnien Lorry Sant – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5406, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fi Ġnien Lorry Sant, f’Raħal Ġdid waqgħu lura u għadhom mhux lesti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi bħalissa l-proġett fl-imsemmi ġnien wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu, hekk kif qed isir il-pavimentar finali tal-istess ġnien.

Talbiet għal ħlas ta’ ħsarat fuq il-vetturi minħabba l-kundizzjoni tat-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7918, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu talba għall-ħlas lill-Gvern Lokali dwar allegati ħsarat li sofrew fuq il-vetturi tagħhom minħabba l-kundizzjoni tat-triq, u f'liema lokalitajiet saru, f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi – Skola Primarja – librerija pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se terġa’ tinfetaħ il-librerija pubblika fi ħdan l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din il-Librerija Pubblika terġa’ tiftaħ għall-pubbliku meta jitlesta x-xogħol ta’ rinovar fl-iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal-Qormi.

Kunsilli Lokali – permessi fi żmien inqas minn 48 siegħa — applikazzjoni

Question

B'referenza għaż-żieda fil-prezz ta' €30 għall-applikazzjoni ta' permess fi żmien inqas minn 48 siegħa mingħand il-kunsilli lokali, jista' l-Ministru jelenka għal liema tip ta' attivitajiet tapplika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ħlas ta’ €30 għall-applikazzjoni ta’ permess fi żmien inqas minn 48 siegħa tapplika għal kull permess jew awtorizzazzjoni meħtieġa mill-Kunsill Lokali, minbarra f’dawk iċ-ċirkostanzi fejn apparti l-permess jew awtorizzazzjoni tal-Kunsill Lokali, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn xi awtorità ulterjuri, bħal fil-każ ta’ divertimenti okkażjonali fejn ikun meħtieġ li l-applikazzjoni tiġi mgħoddija lill-Kummissarju tal-Pulizija. Intant, tajjeb jigi rrimarkat illi dan huwa servizz addizzjonali ghal min irid is servizz f inqas minn 48 siegħa u għalhekk mhux żieda fil-prezz.

Free-to-air – transmitters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transmitter hawn madwar Malta u Għawdex li jittrasmettu s-servizz free-to-air u kemm minn dawn qegħdin jiffunzjonaw bħalissa? Jista’ jindika fuq mappa l-post eżatt fejn jinsabu, u l-area of coverage ta’ kull wieħed minn dawn it-transmitters? F’każ li hawn xi transmitters li preżentament mhumiex jiffunzjonaw, jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet għal dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Waqt li nirreferi ghat-tweġiba li ngħatat għad-domanda parlamentari bin-numru 6992, irrid ngħid li n-numru ta' transmitters huma 4 u jinsabu f'dawn il-lokalitajiet: Nadur Għawdex; Mellieħa; Mtarfa; Tas-Silġ. Dawn it-transmitters jkopru prattikament Malta u Għawdex kollha, għajr dawk l-eċċezzjonijiet li huma każijiet rari fejn il-geografija tirrendi r- riċezzjoni tas-sinjal impossibbli. Irrid ngħid li t-transmitters jiffunzjonaw kollha. Irrid ngħid ukoll li meta xi individwi kkuntattjaw lill-Ministeru għaliex ma baqgħux jirċievu trasmissjoni free-to-air għal diversi raġunijiet huma ngħataw l-għajnuna kollha u bis-saħħa ta' dik l-għajnuna f'ħafna mill-każijiet dik il-problema ġiet risolta.

Uffiċini tal-Kunsilli Lokali – istallazzjoni ta’ lift

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7546 u jgħid meta se jiġi istallat lift jew mezz ieħor fil-Kunsilli Lokali li għandhom binjiet mhux aċċessibbli għal kulħadd sabiex l-anzjani u persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jingħataw aċċess fil-binja kollha?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista taż-zebra crossings, raħal b'raħal u triq triq, ġewwa Għawdex li huma approvati minn Transport Malta u għadhom ma sarux mill-Gvern Lokali rispettiv? Jista’ jgħid ukoll kemm ilha approvata kull zebra crossing u għaliex għadha ma saritx?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Zebra Crossings fil-Lokalitajiet f'Għawdex illi ġew approvati u għadhom ma sarux. Isem tal-Kunsill Lokali Lista ta’ Zebra Crossings approvati minn Transport Malta fil-lokalita tagħkom iżda li għadhom ma sarux Data li ż- Zebra Crossing ġiet approvata Raġuni għaliex iż- Zebra Crossing għadha ma saritx. Rabat (Għ) NIL RETURN Fontana NIL RETURN Għajnsielem NIL RETURN Għarb NIL RETURN Għasri NIL RETURN Kerċem NIL RETURN Munxar NIL RETURN Nadur NIL RETURN Qala NIL RETURN San Lawrenz NIL RETURN Sannat 2 Triq Sannat It-Tnejn, 6 ta’ Lulju 2020 Dawn għadhom ma sarux minħabba li l-proġett ħolistiku ta’ Triq Sannat u Pjazza Santa Margerita għadhom għaddejjin. 2 Pjazza Santa Margerita Il-Ħamis, 24 ta’ Frar 2022 Dawn għadhom ma sarux minħabba li l-proġett ħolistiku ta’ Triq Sannat u Pjazza Santa Margerita għadhom għaddejjin. Xagħra NIL RETURN Xewkija NIL RETURN Żebbuġ NIL RETURN Total: 14

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8337 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Lokalità Nies Mill-Lokalità Pieta 2 Żabbar 3 Santa Venera 1 Paola 3 Naxxar 2 Qormi 3 Tarxien 2 Birgu 2 Xemxija San Pawl il-Baħar 1 Żejtun 3 Kalkara 1 Balzan 1 Attard 2 Msida 2 Gżira 3 Cospicua 1 San Lawrenz 1 Dingli 1 Qrendi 2 Ħamrun 1 Mġarr 1 Birżebbugia 2 Siġġiewi 1 Qawra 1 Żurrieq 2 Marsascala 1 Birkirkara 2 Mellieħa 1 Għaxaq 1 Lija 1 Għargħur 1 Kappara 2

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema First Aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu hemm 198 impjegat li huma First Aiders.

Ħruġ tal-iskart minn appartament Airbnb jew tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tiegħu biex tissolva l-problema tal-ħruġ ta’ skart minn appartament Airbnb jew tal-kiri f’diversi lokalitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt illi nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweiba li kienet ingħatat għad-domanda parlamentari bin-numru 7062, ninsab infurmat illi qed jittieħdu miżuri wkoll sabiex jiżdied l-infurzar fuq min jinqabad li qed jabbuża u joħroġ il-borża mhux fil-ġurnata t-tajba skont kif indikat fl-iskeda nazzjonali.

Talbiet għal ħlas ta’ ħsarat fuq il-vetturi minħabba l-kundizzjoni tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet talba għall-ħlas lill-Gvern Lokali dwar allegati ħsarat li sofrew fuq il-vetturi tagħhom minħabba l-kundizzjoni tat-triq, u f'liema lokalitajiet saru?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku dwar id-dati li qed issir referenza għalihom.

Santa Luċija – bus shelters

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7200, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress dwar bus shelters f’Santa Luċija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija illi l-istess Kunsill qiegħed jikkomunika b'mod kontinwu mal-entitajiet ikkonċernati sabiex tali sitwazzjoni tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli.

Kunsill Lokali Naxxar – by-law dwar caravans fil-Coast Road

Question

B’referenza għall-istqarrija tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar dwar numru ta’ caravans li qed jokkupaw art bla permess fi Triq il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq u fis-Salini, u fid-dawl li l-istess Kunsill Lokali kellu bye-law biex tkun approvata mill-istess Ministeru, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din il-bye-law ma kenitx approvata? X’passi se jieħu biex il-fehma tal-Kunsill Lokali, meqjus bħala ‘Gvern Lokali’, tkun rispettata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi b’referenza għas-suġġett mertu ta’ din l-interpellanza għaddejjin taħdidiet u laqgħat mal-istakeholders rilevanti kollha bil-għan li din il-kwistjoni tiġi indirizzata bl-aktar mod idoneu.