Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8102 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema fl-Appoġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ħaddiema fl-Appoġġ se jkunu qegħdin jiġu mpjegati fuq bażi ta' self employed?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mhuwiex minnu li l-ħaddiema fl-Appoġġ se jkunu qegħdin jiġu mpjegati fuq bażi ta' self-employed.
Leg 11 PQ #8108 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea — Communications Committee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7778 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Tenut kont tal-konkluzjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda - http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d - fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru ta' l-Emerġenza Ewropew, jista' il-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar ad hoc biex jigu trattati l-problemi principali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jigi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji? Jaħseb l-Ministru li jekk il-Gvern jagħżel li ma jagħmel xejn, ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7431 u 7192 u jara li jsir sforz sabiex mediċini importati mill-Gvern biss, ma jispiċċawx out of stock b'mod partikolari fil-każ ta' mediċini li jintużaw għal mard serji bħal fil-każ tal-mediċina Azathioprine li bħalissa qiegħda out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7666 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummissjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7932 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonant — talba għal ħlas lura

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7046, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob ħlas lura tas-sena 2005 li kienu jirrigwardaw xi arretrati għax kienu qalulu li dawn il-flus se jingħataw wara l-collective agreement?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7934 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonanta — Ħlas lura ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni lill-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament, li l-Gvern qed jeħdilha flus li s-social services tawha żejda? Jista' jiġi spjegat lilha bil-miktub kemm għandha tagħti u fejn kien l-iżball?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7935 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sigurtà soċjali — Tnaqqis ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed titlob li tiġi nfurmata għaliex qed inaqqsulha l-flus tas-Sigurtà Soċjali u li tixtieq tingħata rendikont bil-miktub ta' x'wassal għal dan?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7937 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk kopja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħat separatament, għandhomx dritt għas-sussidju fuq id-dawl u l-ilma?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7943 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bdil ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' bdil ta' post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li sar il-ftehim bejn l-inkwilini u qed jistennew l-aħħar proċedura mill-Awtorità tad-Djar? Jista' l-Ministru jara l-każ u jagħti l-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li s-sinjura kkonċernata diġa resqet għall-kuntratt flimkien mas-sinjuri l-oħra biex jiġi affetwat it-tibdil ta’ bejniethom. Il-kuntratt bejn l-Awtorita’ tad-Djar u l-klijenti sar fit-17 t’April, 2009.
Leg 11 PQ #7945 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Msida Home — Problemi ta' mobilità

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed ikollha ħafna problemi ta' mobilità jkollha sodda aktar komda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7657 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7762 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

rebates fuq il-kontijiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jirrevedi favorevolment il-mod kif isir il-means test in ġenerali u b’mod partikolari fejn jidħlu familji li jikkwalifikaw għal rebate fuq il-kontijiet tad-dawl minħabba li ċerti nies b’mezzi relattivament baxxi xorta waħda qed jiġu skwalifikati għal ftit euros dħul extra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-mod kif isir il-means test użat sabiex jiġi deċiż liema familji jikkwalifikaw għal rebate fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa dak użat għal diversi benefiċċji mhux kontributorji. Kull tip ta’ ‘means test’, tagħmlu kif tagħmlu dejjem ser ikollok individwu jew familja li ma jikwalifikawx għal xi għajnuna minħabba li dħul jaqbez bi ftit euro.
Leg 11 PQ #7819 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — Anzjani jistennew biex jidħlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fis-swali tal-Isptar Mater Dei u l-Isptar Karen Grech li qed jistennew biex jiġu trasferiti fir-Residenza San Vincenz de Paule sala b'sala? Kemm ilhom fuq il-waiting list?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7820 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Dar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani fid-Dar għall-Anzjani ta' Bormla matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar u minn liema rħula kienu ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7821 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tfal f'familji Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji fil-gżejjer Maltin li: (1) huma bla tfal; (2) għandhom wild wieħed; (3) għandhom żewġt itfal; (4) għandhom tlett itfal; (5) għandhom erbat itfal; (6) għandhom ħamest itfal; (7) addottaw tfal minn Malta stess; u (8) addottaw tfal minn barra minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Leg 11 PQ #7822 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet assenjati b'kera lil persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew assenjati postijiet b'kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kif ukoll mill-Awtorità tad-Djar (separatament) lill-persuni b'diżabilità, fis-sena 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment ta’ l-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita’ tad-Djar huma entita’ waħda. Matul l-aħħar sentejn, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 21 appartament bil-kera fl- 2007 u 28 Appartament bil-kera fl-2008 lil persuni b’disabilita’.
Leg 11 PQ #7823 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Leak f'appartament tal-Gvern

Question

Wara li għal darb'oħra saret inspection f'appartament tal-Gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn il-perit qed jgħid li hemm leak, jista' l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni sabiex tissewwa l-ħsara?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob L-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #7869 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qawra — Triq Porzjunkola - xogħol fuq parapett

Question

Billi jidher li fi Blokk B1, Triq Porzjunkola, Qawra hemm xi parti tal-parapett ħdejn il-blokk ta' appartamenti li baqgħet ma tlestietx għal kollox, jista' l-Ministru jara li personnel tal-Awtorità tad-Djar jagħmlu spezzjoni fuq il-post u jitqabbad kuntrattur biex itemm ix-xogħol li fadal isir?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-blokk imsemmi kif ukoll il-landscaping ta’ madwaru tlestew madwar sitt snin ilu. Infurmat ukoll li dan il-proġett kien mitmum u ma fadalx xogħol pendenti li jrid isir min-naħa ta' l-Awtorita’.