Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18896 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid x'sar dwar il-konklużjonijiet tal-Bord għall-Inġustizzji fl-Armata li kien tħabbar lura fl-2017 u li kien irrapporta dwarhom f'Ġunju 2018?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12273.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gwardjani Lokali għandhomx dritt jagħmlu breathalyzer tests, u jekk iva kemm għandhom breathalyzers għad-dispożizzjoni tagħhom u kif dawn ġew mixtrija jew mogħtija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Uffiċjal tal-Komunità għandu l-awtorità meħtieġa sabiex testijiet skont Kapitlu 65 tal-Liġijiet ta’ Malta. Infurmat li l-Aġenzija LESA, għandha ħames (5) breathalyzers u li ilhom għad-dispozizzjoni tal-Uffiċjali tal-Komunita’ sa mill-2017.
Pulizija — Testijiet fuq vetturi b'suspett li huma taħt l-effett ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija humiex attrezzati biex jagħmlu testijiet għal droga u sustanzi oħra bħal kannabis fuq persuni li jitwaqqfu fit-triq isuqu vettura b'suspett li huma taħt l-effett ta' dawn is-sustanzi? Jekk iva, jista' jgħid x'apparat jintuża f'dawn il-każijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li preżentement jinsabu ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma anzjani? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm total ta’ 18 persuna -il li għandhom l’ fuq minn 65 sena.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ma kienx hemm artikli jew opinjonijiet li sar ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li, sad-data tal-lum, ma hemm l-ebda direttivi li qabżu d-data tal-iskadenza tat-traspożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata matul is-sena 2023 separatament għal kull lokalità f'Malta u f’Għawdex? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata matul is-sena 2024 separatament għal kull lokalità f'Malta u f’Għawdex? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapportat f’San Pawl il-Baħar għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 separatament għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi s-serq skond il-kategoriji kif mitlub mill-Onor. Interpellanta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata fil-lokalità tal-Mellieħa matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapportat fil-Mellieħa għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023, separatament għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi s-serq skond il-kategoriji kif mitlub mill-Onor. Interpellanta.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - Sewqan perikoluż – Miżuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq Amleto Spiteri, f'Ħal Qormi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kif ukoll uffiċjali tal-Aġenzija LESA, iwettqu ir-ronda fil-lokalitajiet pubbliċi kollha, inkluż it-triq imsemmija mill-Onor. Membru, u dan bi skop li joħonqu u jrażżnu kull tip ta’ kontravenzjoni li jiltaqgħu magħha. Din il-kwistjoni ser tiġi mwassla wkoll f-forum oħra organizzati mal-pulizija u l-LESA, inkluż mal-Kunsill Lokali u Transport Malta biex jekk ikun hemm lok ta’ aktar azzjoni, din issir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm breathalyzers li jistgħu jagħmlu użu minnhom il-Pulizija, u kif dawn ġew mixtrija jew mogħtija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hemm tmintax (18) -il breathalyzer unit li jintużaw mid-Distretti u sezzjonijiet oħra tal-Korp tal-Pulizija. Sbatax minnhom ġew mogħtija u waħda ġiet mixtrija.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Persuni li nqabdu jħaddmu immigranti minn pajjiżi terzi irregolarment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jħaddmu immigranti minn pajjiżi terzi, irregolarment fl-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi din hi ħidma ta’ moniteraġġ kontinwu mill-awtoritajiet kompetenti. Fis-snin riċenti nqabdu 4201 intrapriża, jew min iħaddem, iħaddmu persuni minn pajjiżi terzi. Minn dawn, 1060 nqabdu fl-2021, 1446 inqabdu fl-2022 u 1695 inqabdu fl-2023. Infurmat ukoll li hemm proċeduri amministrattivi /jew kriminali fil-konfront tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata matul is-sena 2022 separatament għal kull lokalità f'Malta u f’Għawdex? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapurtat f’dawn il-gżejjer fis sena 2022, separatament għal kull lokalità, kien kif jidher fit-tabella hawn annessa ma’ din it-tweġiba. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.