Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti ta' kostruzzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti ta' breakwaters f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fuq proġetti tal-Gvern f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — Chief Officers - pakketti finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-pakketti finanzjarji li qed igawdu minnhom iċ-chief officers ta’ Transport Malta? Kemm hemm chief officers b’kollox huma x’inhuma l-areas of responsibility tagħhom ilkoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għandha disa' chief officers. L-areas of responsibility huma murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-pakketti finanzjarji taċ-
chief officers
ta' Transport Malta jvarjaw bejn €39,000 u €64,000 fis-sena skont il-kuntratti rispettivi.
allowances
oħra jinkludu karozza jew
allowance
għall-karozza,
fuel, performance bonus
(sa massimu ta' 15% tas-salarju fis-sena),
telephone/mobile
,
internet u
insurance
medika.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tariffi kollha li l-Arriva tiċċarġja lill-passiġieri kif miftehma ma' Transport Malta inkluż għall-użu taż-żoni Park and Ride?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet ta' tisbiħ li kienu mwiegħda li jsiru din is-sena fil-Forti ta' Sant' Iermu? X'kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ix-xogħlijiet li saru s’issa fil-Forti Sant'Iermu jikkonsistu f’Removal of Non-Historic Accretions and Emergency Interventions. Dan ix-xogħol intrebaħ b’tender minn Vaults Co Ltd għas-somma ta’ € 50,140 (exc VAT). Il-proġett kollu huwa mistenni jkun lest fl-2014 bi spiża totali li hija stmata li tkun €17,699,000.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża minfuqa din is-sena s'issa fuq toroq ġodda f'żoni residenzjali u arterjali? Jista' jagħti breakdown ta' din l-ispiża fuq bażi residenzjali u fuq bażi arterjali? Jista' jagħti lista tat-toroq li sar xogħol fuqhom, b'mod separat fuq bażi residenzjali u fuq bażi arterjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29249, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema policies qed tapplika Transport Malta għar-rigward ta' resident parking schemes? Liema kienet l-aħħar skema ta' parkeġġ riservat għar-residenti li kienet approvata minn Transport Malta? F'liema lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tintuża sabiex jiġu evalwati talbiet għall-implimentazzjoni ta’ skemi kkontrollati għall-parkeġġ tar-residenti. L-aħħar skema ta’ parkeġġ ikkontrollat għar-residenti li ġiet evalwata u approvata minn Transport Malta għall-perjodu ta’ prova kienet ġol-lokalita’ tal-Pietà.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ilha bid-dawl maqtugħ għal numru ta' jiem, tiġi rranġata biex jiġu evitati problemi ta' sewqan f'dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-ħsara ssewwiet il-ġimgħa l-oħra.
Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili — lista tal-istaff
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27645, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar l-età, id-data tal-ingaġġ, id-data tat- terminazzjoni tal-istess ingaġġ u s-salarju ta' kull persuna indikata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni u x'passi qed jittieħdu sabiex tissolva l-problema ta' traffiku ta' kuljum mis-6.00 a.m. sad-8.45 a.m. li toħnoq it-toroq arterjali tan-naħa t'isfel ta' Malta, proprju minn Ħal Għaxaq sa Blata l-Bajda, liema sitwazzjoni twassal għal aktar minn siegħa sewqan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema msemmija hija kkawżata primarjament minħabba x-xogħlijiet fuq toroq arterjali fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħal Luqa, Triq Garibaldi, Marsa u Xatt l-Għassara tal-Għeneb, Marsa, li għaddejjin bħalissa. Eventwalment, meta jitlesta dan ix-xogħol għandu jkun hemm miljorament fit-traffiku f’din iż-żona. Ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti fl-ewwel nofs tas-sena 2012. Sakemm jitlestew dawn ix-xogħlijiet, hu mistenni li jibqa’ jkun hemm xi dewmien fit-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn żoni tal-irmiġġ? Fejn jinsabu? F'kull lokal kemm hemm irmiġġi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta identifikat ‘il fuq minn 30 żona ta' rmiġġ fid-diversi lokalitajiet, bajjiet u portijiet madwar il-kosta ta' Malta iżda għadha fil-proċess sabiex tistabilixxi kemm hemm irmiġġi f' kull żona.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hix konxja li qed isir bejgħ ta' rmiġġi kontra l-liġi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li Transport Malta m'għandhiex informazzjoni speċifika ta' xi abbużi li setgħu allegatament saru. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi dettalji nitolbu jgħaddihom lil Transport Malta u lill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' kontrol tagħmel Transport Malta fejn jidħlu rmiġġi tal-baħar u tal-art? Kemm huma mitluba li jħallsu tariffi għall-irmiġġi fil-baħar u fuq l-art?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tagħmel il-kontrolli meħtieġa permezz tal-uffiċjali u l-ispetturi tagħha skont il-bżonn li jkun hemm u meta jinġieb a konjizzjoni taghħa. Hemm diversi tariffi li jitħallsu għall-irmiġġ u dawn ivarjaw skont il-qies tad-dgħajsa, it-tip ta' rmiġġ u l-lokalità u dan kif primarjament regolat mill-Mooring of Small Ships and Boats Regulations kif ukoll fil-"Yachting Centres Regulations" kif applikabbli f'kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-irmiġġi li hemm fil-Kottonera ċioe Birgu, Isla u l-Kalkara jiġu organizzati minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta bdiet proċess sabiex tidentifika dawk iż-żoni ta' rmiġġi li jistgħu jiġu organizzati aħjar. Il-Kottonera hija waħda minn dawn iż-żoni.
Fid-dawl li Transport Malta qed torganizza ż-żoni tal-irmiġġi tal-baħar u l-art, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isiru b'konsultazzjoni mal-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m’għandhiex obbligu li tikkonsulta mal-kunsilli lokali fil-proċess tal-organizazzjoni tal-irmiġġi minħabba li l-kunsilli lokali m’għandhomx ġurisdizzjoni fuq zoni marittimi. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li tajt struzzjonijiet lil Transport Malta biex tassigura li tikkonsulta mal-kunsilli lokali milquta minn xi inizzjattivi dwar organizzazzjoni t'irmiġġi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27845, jista' l-Ministru jgħid kemm nies intalbu jagħmlu overtime, kemm għamlu sigħat kull persuna individwali ġurnata b'ġurnata u x'karigi għandhom dawn in-nies? X'kienet in-nefqa globali sabiex jassistu l-Arriva? Jista' jgħid jekk Transport Malta qabbditx xi kumpaniji oħra apparti l-kumpanija Appletree sabiex jassistu lill-Arriva, u kemm tħallset din il-kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Arriva ġietx immultata għas-servizz ħazin li tat s'issa? Jekk le, meta din se tiġi mmultata għas-servizzi medjokri tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien ikun hemm sleeping policeman peress li din hija triq traffikuża u hemm erba' persuni b'diżabilità li jgħixu fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tiddiskuti din it-talba mall-Kunsill Lokali ta' Ħal-Tarxien.
Jista' l-Ministru jara l-ilmenti li qed ikun hemm fil-lokalità tal-Gudja fejn qabel kienet tgħaddi karozza regolari f'Ħal Għaxaq u issa kemm ilu li hemm l-Arriva s-servizz mar lura f'dak li għandu x'jaqsam mar-rotot fejn qed ibatu l-ħaddiema, l-istudenti, l-anzjani u l-familji tagħhom? Jista' jara li jiġi mtejjeb is-servizz tal-Arriva sabiex jinqdew aħjar dawn ir-residenti? Jista' jgħid ukoll kull meta tgħaddi l-karozza għall-Isptar Mater Dei, peress li biex in-nies ta' Ħal Għaxaq imorru l-Belt jew l-isptar ikollom jinżlu Bir id-Deheb b'ħin twil jistennew biex jerġgħu jirkbu karozza oħra? Meta hemm il-ħsieb li jiġi rranġat dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Gudja u Ħal Għaxaq ser ikollhom rotta diretta għall-Belt Valletta bin-numru X5, liema rotta ser tibda topera fis-6 ta’ Novembru kull nofs siegħa.
Intant l-Onor. Interpellant mhux infurmat tajjeb dwar is-servizz li għandhom dawn il-lokalitajiet għal Mater Dei. Rotta 135 topera kull siegħa għal Mater Dei.