Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni mpjegati full-time u part-time fil-librerija tal-arkivji tal-Public Broadcasting Service? Fir-rigward ta' Radju Malta, x'teknoloġija tintuża meta tindaqq diska? Jekk jiġu uploaded mis-server kemm-il diska ġiet imdaħħla fis-sistema? Kemm hemm persuni mjegati biex jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
(i) Hemm 3 persuni jaħdmu fil-librerrija ta’ l-Arkivji.
(ii) Qed jintuzaw 2 sistemi biex jindaqqu d-diski fuq Radju Malta.
(iii) Fis-sistema hemm imdaħħla 5,000 diska u hemm 3
Studio Operators
li jaħdmu fuq sistema ta’
shift
biex id-diski jiġu
uploaded
mis-
server
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn skejjel f'Malta, tagħti lista tal-ismijiet tagħhom, l-indirizz tagħhom u l-isem tal-kap tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li b’kollox hawn 70 skola primarja tal-Istat li minnhom 59 huma f’Malta u 11 f’Għawdex. Hawn 13-il skola sekondarja tal-bniet li minnhom 12 huma f’Malta u 1 f’Għawdex. Skejjel sekondarji tas-subien b’kollox hawn 19 li minnhom 18 huma f’Malta u 1 f’Għawdex.
Infurmata wkoll li hawn 56 skola tal-Knisja u 27 skola indipendenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tal-iskejjel kollha, kemm statali, tal-Knisja u indipendenti, bl-indirizzi tagħhom u l-isem tal-kap ta’ l-iskola.
Tista' l-Ministru tikkonferma li hemm vacancies għal assistant conservators fi ħdan Heritage Malta? Jekk hemm, huma diġa' assenjati? Peress li ma ħarġet l-ebda call for applications fi ħdan l-aġenzija, tista' tagħti iktar informazzjoni? Taqbel li l-iktar assistants conservators ideali huma l-eks ħaddiema tal-Museums Department li ilhom jagħmlu dan ix-xogħol għal żmien twil?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li preżentament m’hemmx vakanzi għal post ta’ Assistant Conservators fi ħdan il-Heritage Malta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm fl-2007 u fl-2008 intefgħu applikazzjonijiet għall-korsijiet li jwasslu għal Diploma Nursing u BSc Nursing? Kemm-il applikazzjoni ġiet aċċettata? Kemm ġew rifjutati u fuq liema bażi? Kemm ġew aċċettati studenti għal Diploma Nursing u BSc Nursing separatement? X'kienet ir-raġuni li kien hemm individwi li l-applikazzjoni tagħhom ġiet aċċettata imma spiċċaw ma daħlux għall-kors tal-Diploma Nursing jew BSc Nursing?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, u t-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex ippjanat li jinbnew aktar kulleġġi? Fejn se jkunu mibnija dawn il-kulleġġi? Kemm huwa stmat li ġej jiswa kull kulleġġ? Meta hu ppjanat li jitlestew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li skond il-liġi ta’ l-edukazzjoni kif emendata fl-2006, il-kunċett ta’ kulleġġi ifisser ġabra ta’ skejjel primarji u sekondarji mnisġa flimkien taħt id-direzzjoni tal-Prinċipal tal-Kulleġġ biex jitwettaq programm edukattiv ta’ kwalita’ skond il-ħiliet u bżonnijiet ta’ l-istudent. Il-Gvern għaddej bi pjan ta’ bini u modernizzar f’diversi skejjel fosthom il-bini ta’ skejjel ġodda fil-Kottonera, Għawdex, Mosta u Pembroke. Qed jiġi diskuss bħalissa l-fażi li jmiss ta’ bini ta’ skejjel ġodda. L-iskejjel s’issa swew anqas minn 7 miljun ewro-il waħda.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex iħajru aktar studenti jistudjaw il-lingwi, fosthom biex intejbu l-livell ta' l-Ingliż miktub u moqri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li dawn l-aħħar sentejn, fis-settur primarju kellna proġett pilota fejn numru żgħir ta’ skejjel kellhom proġett ta’ language awareness biex meta l-istudenti jidħlu fis-settur sekondarju ikunu aktar imħajjra jagħżlu l-lingwi.
Fis-settur sekondarju hemm numru ta’ skejjel li fl-ewwel xhur tas-sena skolastika jesponu lill-istudenti għal numru ta’ lingwi imbagħad id-deċiżjoni biex jagħżlu lingwa waħda fl-
Option
tittieħed aktar tard fis-sena. B’hekk l-istudenti jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jagħmlu għażla tajba.
Biex inkomplu ntejbu l-livell ta’ l-Ingliż kemm mitkellem kif ukoll miktub u moqri, fil-Primarja nbeda proċess ta’ tibdil ta’ kotba li huma aktar attraenti u komunikattivi minn dawk li kien hemm qabel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti poġġew għall-eżamijiet ta' l-"O" Level tal-maths, Ingliż u Malti fis-sena 2008? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew u x'marka ġabu? Kemm kienet kbira l-popolazzjoni ta' studenti li setgħu jpoġġu għal dan l-eżami? Kemm poġġew għal dawn l-eżamijiet u kemm ma poġġewx għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru titlob lill-Heritage Malta tagħmel evalvazzjoni tax-xogħol li hu meħtieġ biex jiġi restawrat l-akwadott li hemm fit-triq prinċipali bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa? Tista' tara li dan isir matul ix-xhur tas-sajf biex imbagħad ikun jista' jiġi mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra wara s-sajf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-Heritage Malta fuq evalwazzjoni tax- xogħol li hu meħtieġ biex jiġi restawrat l-akwadott li hemm fit-triq prinċipali bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa.
Tista' l-Ministru tindika jekk l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali hijiex se tiġi fornuta b'post iktar addattat minn dak preżenti sabiex tkun tista' tagħmel ir-rehearsals tagħha? Tista' tgħid kemm hi l-ispiża ta' l-Orkestra fis-sena u kemm minnha hi allokata għall-manutenzjoni jew jekk ikun il-każ kiri tal-post li fih isiru r-rehearsals preżentement?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru tiegħi qed jagħmel dak kollu possibli sabiex issib post alternattiv għar-rehearsals ta’ l-Orkestra Filamonika Nazzjonali.
L-ispiża totali ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tilħaq madwar miljun u nofs ewro fis-sena.
Infurmata li meta sar refurbishment sħiħ tal-post allokat lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fl-2005 sar mill-Ministeru tat- Turiżmu u Kultura waqt li xogħol ordinarju jitħallas mill-fondi ta’ l-Orkestra.
Infurmata wkoll li ma jsir ebda ħlas għall-kiri tal-post li fih l-Orkestra tagħmel ir-rehearsals tagħha riċentement.
Għawdex — Rabat - Skola Aguis De Soldanis - Parkeġġ bi ħlas
Question
Peress li dan is-sajf il-ground ta' l-iskola Agius De Soldanis fir-Rabat, Għawdex kien qed jintuża bħala parkeġġ għall-pubbliku bi ħlas, tista` l-Ministru tgħid jekk l-iskola in kwisjtoni bbenefikatx finanzjarjament minn dan l-arranġament u jekk fl-affermattiv, b'kemm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskola Agius de Soldanis Rabat, Għawdex; bbenefikat mill-użu tal-ground ta’ l-iskola bħala parkeġġ.
S’issa rċevew 90.45Ewro f’April ’08 (depożitati fil-15 t’April 2008) u 41.47Ewro (depożitati fil-15 ta’ Lulju 2008).
Tista' l-Ministru tagħti lista tal-bżonnijiet li hemm fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex, skola bi skola għal titjib fl-istruttura fiżika tal-iskola: bini, aperturi u faċilitajiet? Tista' tgħid meta hemm il-ħsieb li dawn il-bżonnijiet jiġu ndirizzati u b'liema nefqa fuqhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-lista ta’ bżonnijiet għall-iskejjel hija ġenerika u tista’ tgħid li kull skola għandha l-bżonnijiet tagħha. Wieħed jista’ jgħid li l-iskejjel kollha għaddew minn xi xogħol f’dawn l-aħħar snin. Ix-xogħolijiet li saru jinkludu: bdil ta’ aperturi ta’ ġewwa u ta’ barra, bdil ta’ faċilitajiet sanitarji, bdil u upgrading tas-sistema elettrika, u xogħol ta’ żebgħa fuq ġewwa u fuq barra. Sar wkoll xogħol ta’ tiswija fejn kien hemm bżonn, sabiex jiġi protett il-konkos li kien qiegħed jigi deterjorat f’diversi skejjel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reklutati relief teachers għall-iskejjel tal-istat? Kemm hemm maħsuba li jiġu reklutati? Meta se jsir dan ir-reklutaġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li s’issa għadu ma ġie reklutat ħadd bħala relief teacher għall-iskejjel ta’ l-istat. Ir-reklutaġġ ta’ relief teachers isir skond il-ħtieġa li jkun hemm matul is-sena skolastika.S’issa ma jirriżultax li hemm ħtieġa għall-relief teachers.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fis-sena skolastika 2007-2008 f"Malta u f'Għawdex fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji? X'passi hemm maħsuba biex jiġi ndirizzat l-assenteiżmu ta' l-istudenti primarji u sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li r-rata ta’ assenteizmu fis-sena skolastika 2007-2008 f’Malta u f’Għawdex kienet:
Skejjel Primarji - 3.90%
Secondarji - 8.52%
L-i
School Social Work Service
għandu, bħala parti mix-xogħol priċipali tiegħu, li jintervjeni f’każijiet ta’ assenteiżmu. Is-
social workers
jassessjaw il-każijiet u jmorru kemm
home visits
u kemm
school visits
biex jaraw xi jkun qed itellef l-istudent milli jattendi. Isiru mbaghad l-interventi li hemm bżonn għal kull każ. Barra minn hekk, meta jkun possibli, din is-sezzjoni tagħmel proġetti li jiffokaw fuq gruppi ta’ studenti speċifiċi eż. Is-sena l-oħra kien hemm il- progett “
Absenteeism in Primary Schools – Summer Project
” u l- proġett “
Project Chance 2007-2008
” li kien indirizzat għal
drop-outs
minn Form V. Meta l-ġenituri ma jikkoperawx, ma jkunx hemm soluzzjoni oħra ħlief li jittellgħu il-qorti.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuwa l-għadd ta'
a) Kindergarden Assistants f'Malta u Għawdex
b) Għalliema primarji regolari f'Malta u f'Għawdex
ċ) Supply Teachers fl-iskejjel primarji f'Malta u f'Għawdex
d) Għalliema fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums?
X'inhi l-qagħda inġenerali tal-kwalifiki tal-edukaturi f'dawn is-setturi differenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena skolastika 2007-2008 kemm laqgħat ta' konsultazzjoni saru ma'
i) ġenituri
ii) studenti
iii) edukaturi
iv) in ġenerali
a) dwar it-tneħħija ta' l-istreaming?
b) dwar tibdil fl-eżami tal-Junior Lyceum?
Kemm hemm maħsuba li jsiru minn dawn il-laqgħat fis-sena 2008- 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Working Group li ppreżenta r-“Rapport dwar it-Tranzizzjoni mill-Iskejjel Primarji għal Skejjel Sekondarji” lill-Ministru tal-Edukazzjoni fis-sena 2007 kellu ‘focused interviews’ ma’ studenti, għalliema, ġenituri, trade unions, partiti politiċi, awtoritajiet tal-Knisja u oħrajn interessati fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni. Intbagħat ukoll kwestjonarju lill-għalliema waqt li għamlu użu minn rapporti u studji lokali u internazzjonali. Fil-ġimgħat li ġejjien se titħabbar strateġija ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ ġenituri, studenti, edukatturi u l-pubbliku inġenerali.
Tista' l-Ministru tgħid x'materjal edukattiv qed jiġi maħdum f'kull suġġett mgħallem fl-iskejjel primarji biex inġeddu dak li jiġi mgħallem fil-klassijiet biex l-għalliema ma jkomplux jgħallmu skond it-testi qodma li għandhom? Min hu responsabli għall-produzzjoni ta' dan il-materjal edukattiv? X'riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji qed jintużaw għall-produzzjoni ta' dan il-materjal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-iskejjel tal-Primarji jużaw kotba li huma aġġornati. Il-kotba tal-Malti mill-Year 1 sa’ Year 6 ġew mibdula fis-sena skolastika 2007-08. Dan ġara wkoll bil-kotba tal-matematika peress li fl-2008 kien hemm il-“Euro Changeover”. Fil-każ tal-kotba ta’ l-Ingliz, f’din is-sena skolastika ser tispiċċa l-phasing in tal-kotba ġodda għall-istudenti tal-Year 6 wara li fis-snin ta’ qabel imbidlu l-kotba mill-Year 1 sa’ Year 5. Il-workbook ta’ l-Istudji Soċjali ġie wkoll mibdul is-sena li għaddiet.
Kemm ir-riżorsi tad-Direttorat li jinkludi l-Kapijiet tad-Dipartimenti, l-Uffiċjali Edukattivi u l-għalliema kif wkoll ir-riżorsi tas-suq ħieles jintużaw biex l-istudenti jkollhom l-aħjar materjal f’idejhom.
Ir-responsabbilta’ għall-produzzjoni ta’ materjal edukattiv taqa’ fi ħdan id-Dirtettorat tal-Kurrikulu u eLearning
Kumpless Sportiv tal-Kottonera — Użu minn organizzazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm organizzazzjonijiet li qed jużaw il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera? Liema huma dawn l-organizzazzjonijiet? X'inhu l-ħlas, jekk hu l-każ, li hu mitlub sabiex jintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Kunsill Malti għall-iSports — Flus miġbura minn kirjiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-Kunsill Malti għall-iSports għall-kirjiet li jeżistu mal-għaqdiet sportivi matul is-sena 2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul is-sena 2007, l-ammont ta’ flus li nġabru minn kirijiet ma’ l-għaqdiet sportivi kien kif ġej:
Ħlas ta’ kiri/użu tal-faċilitajiet
€66,932.00
Ħlas fuq ċens /kera ta’ artijiet
€186,752.00
Total
€253,684.00
Għalliema/Uffiċjali/Ħaddiema assenti — Bidu tas-sena skolastika
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali/għalliema eċċ. fl-iskejjel tal-istat li rappurtaw sick/assenti jew off fil-ftuħ tal-istaġun skolastiku 2008/2009 rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-istat li rappurtaw assenti jew sick fl-ewwel jiem tas-sena skolastika 2008/2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li kien hemm medja ta’ 1.3% kuljum tat-tfal li ma marrux fl-iskejjel tal-istat fl-ewwel ġimgħa mħabba mard jew għal xi raġuni oħra.