Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2013 u 2022: (i) kemm saru laqgħat tal-Kumitat Reġjonali t’Għawdex; u (ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat tal-Kumitat Reġjonali t’Għawdex bejn l-2013 u l-2022 kif ġej: Sena Numru ta’ Laqgħat 2013 12 2014 9 2015 10 2016 11 2017 13 2018 11 2019 11 2020 13 2021 12 2022 6 Total 108 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MCESD – Civil Society Committee — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2013 u 2022: (i) kemm saru laqgħat tas-Civil Society Committee tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD); u (ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat tas-Civil Society Committee tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) bejn l-2013 u l-2022 kif ġej: Sena Numru ta’ Laqgħat 2013 13 2014 9 2015 12 2016 7 2017 11 2018 11 2019 8 2020 11 2021 12 2022 7 Total 101 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

National Productivity Board — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2019 u 2022: (i) kemm saru laqgħat tan-National Productivity Board (fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD)); u (ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat tan-National Productivity Board (fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD)) bejn l-2019 u l-2022 kif ġej: Sena Numru ta’ Laqgħat 2019 6 2020 5 2021 3 2022 3 Total 17 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MCESD – website — pre¿entazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fuq il-websajt tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), fis-sezzjoni MCESD Council Presentations, ittellgħu biss erba’ preżentazzjonijiet (tlieta minnhom tal-25 ta’ Mejju 2022 u l-oħra 21 ta’ Ottubru 2022)? Għalfejn preżentazzjonijiet oħra ma ttellgħux fuq il-websajt?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li riċentament, l-MCESD ħa l-inizjattiva sabiex ikompli jiftaħ u jifrex id-djalogu li jtella’ online fuq is-sit elettronika tal-istess Kunsill il-preżentazzjonijiet li jkunu saru fil-laqgħa. Dan wara li jkun intalab il-permess tal-persuna li tkun preparat u għamlet il-preżentazzjoni u sakemm l-imsieħba soċjali ma jkollhomx oġġezzjoni għal dan.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – benefiċċji u għajnuna finanzjarja għall-produzzjoni tal-films lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4708 u jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Take 2 Ltd ħadet €637.20 mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-2020.

MCESD – proposti li tressqu fil-Baġit

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, mill-proposti għall-Baġit 2023, imressqa fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), liema proposti ġew inkorporati fid-dokument finali tal-Gvern u liema tħallew barra?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Budget 2023 offra ċertezza u stabbiltà, l-iktar ħaġa li l-imsieħba soċjali wasslu messaġġ dwarha fil-kuntest imqalleb internazzjonali. Prijorità ewlenija kienet iċ-ċertezza li l-prezzijiet tal-enerġija se jibqgħu stabbli u mhux se jogħlew kif ġara f’pajjiżi oħra. Kif l-Onor. Interpellant setgħet issegwi mir-reazzjonijiet tal-imsieħba ewlenin, dawn esprimew il-fehma kif din il-miżura waħedha kienet l-iktar waħda kruċjali biex toffri s-serħan il-moħħ lill-ħaddiema u lill-imprendituri. L-apprezzament għal din id-deċiżjoni jirriżulta wkoll mill-fatt li l-imsieħba jafu li gvernijiet oħra, tal-partit li ġejja minnu hi, aġixxew ferm differenti u tefgħu fuq in-nies il-piżijiet meta ffaċjati bi kriżi ferm iżgħar minn tal-lum. L-importanza ta’ din id-deċiżjoni kienet immarkata wkoll minn aġenziji internazzjonali fosthom dawk tal-klasifikazzjoni tal-kreditu. Iżda, il-Gvern ma waqafx ma’ din il-miżura tant kbira u ħa ħafna inizjattivi oħra f’oqsma diversi u li n-nies qed jibdew jibbenefikaw minnhom. Naturalment il-budget li kien ippreżentat f’dan il-Parlament u l-istqarrijiet u d-dokumenti tal-imsieħba soċjali huma wkoll pubbliċi. Jirriżulta li l-Gvern ħa iktar minn 110 proposti tal-imsieħba soċjali.

Kumitat Reġjonali t’Għawdex – proposti li tressqu fil-baġit

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, mill-proposti għall-Baġit 2023, imressqa mill-Kumitat Reġjonali t’Għawdex, liema proposti ġew inkorporati fid-dokument finali tal-Gvern u liema tħallew barra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 4567.

MCESD – Civil Society Committee – proposti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, mill-proposti għall-Baġit 2023, imressqa mis-Civil Society Committee tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), liema proposti ġew inkorporati fid-dokument finali tal-Gvern u liema tħallew barra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 4567.

MCESD — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b’sena bejn l-2013 u 2022: (i) kemm saru laqgħat tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD); u (ii) x’kienu t-temi li ġew diskussi f’kull laqgħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li saru diversi laqgħat mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) bejn l-2013 u l-2022 kif ġej: Sena Numru ta’ Laqgħat 2013 20 2014 24 2015 20 2016 17 2017 9 2018 10 2019 12 2020 17 2021 16 2022 10 Total 155 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Tas-Sliema – Chalet – development brief

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3850, fejn il-Prim Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-brief dwar ix-Chalet li kien ħareġ fl-2002, u fid-dawl li għaddew 20 sena u kien hemm anke numru ta’ encroachments f’areas matul is-snin, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkun qiegħed jagħmel update ta’ dan il-brief? Se jintalab li jkun hemm traffic u social impact assessments?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf tajjeb, hemm sejħa għal espressjoni ta’ interess. Huwa awtomatiku li meta l-proposti jkunu analizzati mill-awtoritajiet kompetenti jkun determinat ukoll xi studji hemm bżonn.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — benefiċċji u għajnuna finanzjarja li ngħatat għall-produzzjoni ta’ films lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jsemmi kull benefiċċju, għotja jew kull tip ta’ għajnuna oħra finanzjarja jew taħt xi forma oħra, li ngħataw fil-produzzjoni tal-films lokali u/jew produzzjonijiet oħrajn, jew kull tip ta' għajnuna oħra għal skop ieħor li għalihom applikaw il-persuni jew il-kumpaniji msemmija separatament, inkluż l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha relattivi taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2013 'il hawn?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Dipartiment tal-Gvern – Assistenti Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Gvern wasal għad-deċiżjoni fejn f'Dipartiment partikolari tal-Gvern ikun hemm biss Assistent Direttur wieħed minflok tlieta kif kien hemm qabel ma' kull Direttur? Jekk qabel f'Dipartiment kien hemm tliet Assistenti Diretturi li jaħdmu flimkien ma' Direttur wieħed u issa jirriżulta li hemm Assistent Direttur wieħed, min sejjer jagħmel ix-xogħol li kienu jagħmlu ż-żewġ Diretturi l-oħra fid-Dipartiment?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara aktar fid-dettall il-mistoqsija tiegħu.

Ħaddiema fil-General Service Grades

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu ħaddiema fil-General Service Grades bħala Assistant Manager, Manager 1, Manager 2 u Senior Manager?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara aktar fid-dettall il-mistoqsija tiegħu.

Servizz Pubbliku — Ħaddiema General Service Grade u Departmental Grade

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħaddiem li qiegħed f’General Service Grade fuq l-istess skala tas-salarju ta' ħaddiem li għandu Departmental Grade, jistax imexxi u jawtorizza lil dan tal-aħħar jekk it-tnejn li huma jaħdmu fl-istess uffiċċju? Jista' jgħid kemm hemm sitwazzjonijiet ta' ħaddiema b’Departmental Grade li qegħdin jaħdmu f'din is-sitwazzjoni fid-Dipartimenti tal-Gvern, fis-Servizz Pubbliku? Ladarba din hija inġustizzja, il-Gvern se jkun qiegħed jindirizzaha? X'miżuri se jittieħdu biex dawn is-sitwazzjonijiet jieqfu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara aktar fid-dettall il-mistoqsija tiegħu.

Persons of Trust — dekasteru li jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persons of trust affiljati ma’ istituzzjonijiet, awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħu u kemm qed jitħallsu kull sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma hemmx persons of trust affiljati ma’ istituzzjonijiet, awtoritajiet u entitajiet li huma parti mid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ittra mibgħuta mill-Organizzazzjoni għall-ħarsien tal-annimali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid irċeviex ittra mibgħuta lilu ffirmata minn 18-il organizzazzjoni li għandhom għal qalbhom il-ħarsien tal-annimali u jekk iva, għaliex dawn għadhom lanqas biss ingħataw rikonoxximent li din waslet għandu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-ittra ma waslitx fl-uffiċċju tiegħi. Ninfurmak li fid-dawl ta’ dan sar kuntatt mill-uffiċċju tiegħi mal-persuna li kkordinat l-ittra.

Ingaġġ ta’ Assistenti Diretturi u Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati Assistenti Diretturi u Diretturi fl-aħħar erba’ snin, sena b’sena, kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid jekk kienx hemm min twaqqaf mill-kariga ta’ Assistent Direttur f’dawn l-aħħar erba’ snin waqt il-probation jew qabel it-terminu tal-kuntratt u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel jekk huwa l-każ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Servizz Pubbliku – ħaddiema Għawdin jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2021 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.