B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26031, jista' l-Ministru jissuplixxi l-valur fi flus li rċeviet kull entità għas-servizz provdut fir-rigward ta' materials and supplies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infiq fuq butir, sliced cheese, ċereali u ħalib tat-trabi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26031, jista' l-Ministru jgħid kif filwaqt li l-ħobż u l-perżut huma elenkati, kif il-butir, sliced cheese, ċereali u ħalib tat-trabi ma jidhru elenkati mkien? Jista' jgħid kemm intnefaq, minn min u kemm irċeviet kull entità għas-servizz provdut f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-oġġetti msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari 26274 kienu inklużi bħala “others” fit-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26031. In-nefqa totali kienet ta’ €67,876.45 kif spjegat fit-tabella ta’ hawn taħt.
Charles Darmanin & Co
Cereals
€ 5,939.81
Rimus Trading Agency Ltd
Low fat spread & sliced cheese
€13,493.10
Vivianne Corp Ltd
Infant Milk
€ 4,953.82
Alfred Gera & Sons Ltd
Infant Milk
€ 648.00
Nestle Products (Malta) Ltd
Infant Milk
€2,694.08
A.M. Mangion Ltd
Infant Milk
€ 543.11
Anglu Xerri Ltd
Cereals
€11,258.29
Pemix Ltd
Cereals
€13,604.96
Quality Exp & Imp Ltd
Sliced Cheese
€14,741.28
Total
€ 67,876.45
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26032, jista' l-Ministru jipprovdi breakdown tal-ispejjeż kollha relatati mal-manutenzjoni fl-Isptar San Luqa, kemm ipprovduti mill-privat permezz ta' tenders u kemm mill-gvern innifsu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-prodott Convatec, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qiegħed ikun out of stock? Jista' jara li ma jkunx hemm aktar skarsezza tal-istess prodott?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Peress li ‘Convatec’ hija ditta u mhux prodott, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun speċifiku għal liema prodott qiegħed jirreferi.
Peress li l-mediċini Isoptin (verapamil), Stelazine u Repininole ma jinstabux fl-ispiżeriji privati, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment konċernat jkun responsabbli biex ma jinqabadx mingħajr ebda provista? Fil-fatt kemm-il pazjent jinstab fuq dawn il-mediċini fl-Iskeda V każ b'każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Verapamil 240mg retard u Trifluperazine 5mgs jinstabu in stock. Il-pilloli Trifluperazine 1mg mhumiex in stock għaliex il-Medicines Authority waqqfet id-distribuzzjoni tagħhom. Il-pilloli Ropinirole 5mgs jinstabu in stock fl-Stores tal-medicini tad-Dipartiment tas-Saħħa. Iż-żewg dozi l-oħra (0.25mgs u 1mgs) ma jinstabux in stock peress li l-kuntrattur issa qiegħed tard fuq id-‘delivery’. Id-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) issa qiegħed jixtri ‘on his account’.
Il-mediċini msemmija kollha jingħataw skont il-kundizzjonijiet ta’ Skeda V fl-att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318). Bħalissa 145 pazjenti li għandom il-kundizzjoni
Incapacitating Parkinson’s Disease
qegħdin jieħdu l-mediċina
Ropinirole
. Il-pazjenti li għandom il-kundizzjoni
Ischaemic Heart Disease
u ntitolati għal
Verapamil 240mg MR
huma 213. L-mediċina
Stelazine (Trifluoperazine)
tingħata ukoll skont Skeda II fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318) u billi ma hemmx bżonn permess għaliha, d-Dipartiment ma għandux informazzjoni ta’ kemm pazjenti jieħdu din il-mediċina partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid meta appuntament fl-outpatients jintilef minħabba raġunijiet serji li jiġu spjegati qabel l-istess appuntament, għaliex id-data tispiċċa ffissata qisu l-każ kien qed jiġi riferut dakinhar, tant xhur wara li jkun ġie fil-fatt eżaminat il-pazjent mit-tabib?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull Dipartiment tal-Outpatients għandu l-kriterji tiegħu kif jittrattaw ma’ dawn il-każijiet. Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal xi każ partikolari nitolbu jkun aktar speċifiku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li jkollok Mixed Adminission Ward fl-Isptar tas-Saħħa mentali? Hemm il-ħsieb li l-pazjenti li jiġu admitted jitqassmu skont diversi kriterji fosthom sess, età, substance abuse eċċ? Huwa aċċettabbli l-overcrowding li jkun hemm fil-ħin tal-viżitaturi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wieħed mill-għanijiet tal-Mixed Admission Ward huwa illi jirritorna pazjenti b’mard akut mentali lejn ħajja normali fil-kommunità fejn ma teżistix segregazzjoni bejn is-sessi. Għalhekk, sa fejn jippermetti l-istat mentali tal-pazjent, dawn il-pazjenti jiġu kkurati f’ambjent ta’ irgiel u nisa flimkien. Bil-lejl l-irġiel u n-nisa jorqdu f’partijiet segregati tas-sala u l-pazjenti ma’ jitħallewx jidħlu ġod-dormitorji tas-sess oppost, la bil-lejl u lanqas matul il-ġurnata. Fejn l-istat mentali tal-pazjent ma’ jippermettix, dan jitpoġġa f’sala fejn ikun hemm jew irġiel biss jew nisa biss.
Il-pazjenti li jiġu ammessi fl-Isptar Monte Karmeli diġa qegħdin jiġu mqassma skont diversi kriterji fosthom dawk il-kriterji li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
L-
overcrowding
fil-ħin tal-viżitaturi mhuwiex aċċettabbli. In-
Nursing Management
tal-isptar jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex dan jigi evitat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Family Friendly measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent:
a) id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin bħalissa joffru l-faċilità ta’
family friendly measures
bħal
teleworking,
sigħat imnaqqsa
, parental leave,
u flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol;
b) kemm huma (skont kull miżura) il-ħaddiema fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin jibbenefikaw minn xi waħda minn dawn il-miżuri msemmijin hawn fuq;
ċ) kien hemm xi talbiet għal miżuri
family friendly
li xi dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma laqgħux, f'din il-Leġislatura? Jekk iva, x’ kienet ir-raġuni; u
d) kemm huma d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li fihom introduċew iċ-Childcare Unit u kemm huma dawk il-ħaddiema li bbenefikaw minn din il-miżura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il-Paragrafu 5.1.1. tal-Public Service Management Code (P.S.M.C.), il-Family Friendly Measures huma applikabbli għall-impjegati kollha tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta u għaldaqstant m’hemm l-ebda dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità li ma joffrix xi tip ta’ family friendly measure.
Hemm 867 ħaddiem li qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ family friendly measure fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Dawn huma mqassmin kif ġej:
Maternity Leave 73
Adoption Leave 2
Responsability Leave 10
Parental Leave 73
Career Break 57
Leave to accompany spouse on Govt Assignments abroad 3
Reduced Hours 582
Teleworking 67
Flexibility hours 0
Kien hemm talbiet għal miżuri family friendly li ma ntlaqgħux, u dan għal diversi raġunijiet.
Fejn il-post tax-xogħol tal-impjegat li jkun qed jagħmel it-talba għat-Telework ikun ta’ Receptionist jew front office u għaldaqstant ma jkunx possibli li jagħmel dan ix-xogħol mid-dar (Paragrafu 5.4.2.3 tal-P.S.M.C.), jew per eżempju fejn ikun hemm talba għal siegħat imnaqqsa bl-intenzjoni li l-impjegat ikun jista’ jagħmel xogħol ieħor privat fuq bażi part time. Ġieli kien hemm ukoll talbiet minn impjegati għal ħinijiet flessibli li ma jkunux jistgħu jiġu approvati eżatt kif mitlub, minħabba l-ħinijiet tax-xogħol tas-sezzjoni/post li jkunu jaħdmu fihom.
L-Isptar Mater Dei huwa l’unika entità li għandu faċilità ta’ Childcare Unit. L-ammont ta’ ħaddiema li bħalissa qed jibbenifikaw minn din il-facilità huwa ta’ sittin (60).
Sptar Mater Dei — Dipartiment tas-Saħħa - PET CT Scan
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-Dipartiment tas-Saħħa jibda joffri s-servizz ta' PET CT Scan lill-pazjenti li jbatu bil-kanċer? Billi dan is-servizz fil-preżent qed jiġi provdut biss mill-privat, jista' jinforma meta dan is-servizz se jibda jiġi offrut mill-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Is-servizz ta’ PET CT Scan lill-pazjenti li jbatu bil-kanċer se jibda jiġi pprovdut mill-Isptar Mater Dei fis- sena 2012.
Djar tal-anzjani li għad iridu jinfetħu — waiting list
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24662, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm faċilitajiet għar-residenzi tal-anzjani li ġew approvati mill-Ministeru tas-Saħħa li iżda għadhom ma nfetħux biex jagħtu s-servizz tagħhom lill-anzjani? Fejn jinsabu l-faċilitajiet li ġew approvati li iżda għadhom ma bdewx joperaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat għal Standards dwar is-Servizzi tas-Saħħa approva żewġ applikazzjonijiet biex jinfetħu Djar għall-Anzjani. Din l-approvazzjoni hija suġġetta għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mid-Direttorat lill-applikanti. Dawn id-Djar jinsabu f’San Lawrenz Għawdex u Buġibba.
Bħalissa d-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità għaddej bil-proġett ta’ ristrutturar tal-binja ta’ Zammit Clapp. Meta dan jitlesta ser ikun addattat biex jilqa’ fih anzjani li jeħtieġu kura fit-tul.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-manutenzjoni biss tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2008 u 2009? Jista' jpoġġi breakdown tal-ispiża fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru, issa li ta r-risposta fejn ikkonferma li dak li ġie mqiegħed huwa kollu korrett, jgħid jekk l-ispiża f’kirjiet għall-ambulanzi privati, hijiex ta’ €53,129 kif iddikjarat fil-mistoqsija parlamentari 25244, jew inkella ta’ €5,280, kif iddikjarat fl-istess leisure tal-ispejjeż relatati pprovduti f’mistoqsija parlamentari 26028? Jista' jgħid xi jfisser f’dan l-istatement of accounts, l-aħħar item li jaqra others li jammonta għal €15,487.65? Jista' jikkonferma jekk l-ispiża issa hijiex dik ta’ €105,527.09 f’manutenzjoni tal-ambulanzi u mhux kif mistqarr? Jikkonferma li hemm tbagħbis fl-accounts f’dan ir-rigward?
Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jikkonferma r-risposta li ssottometta għall-mistoqsija parlamentari 26029? Jista’ issa ladarba kkonferma dan, jispjega kif fil-
breakdown
li ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra relatat ma'
repair and upkeep
tal-Isptar Mater Dei għas-sena 2010, f’paġna 8 jerġgħu jiġu elenkati l-ispejjeż relatati ma'
maintenance of vehicles
, f’dak li għandu x’jaqsam ma'
plant equipment
? Jista’ jgħid lil din il-Kamra, kif l-istess
maintenance
tal-vetturi kif spjegata f’mistoqsija parlamentari 25246 tinsab elenkata separatament u mhux parti minn
repair & upkeep
,
materials & supplies
,
maintenance medical equipment
,
facilities management
? Jiġifieri li f’
repair & upkeep
fis-sezzjoni tal-
plant & equipment
li jġibu t-total ta’ €332,773.83, parti mis-somma globali ta’ €1,158,575.38, qed terġa' tinkorpora s-somma ta’ €57,678 bħala
maintenance
tal-vetturi u għalhekk is-somma fir-rigward tal-vetturi issa telgħet għal €115,356 f’
maintenance
tal-vetturi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26029, jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra fiex intnefqet is-somma ta' €245,265.95 fir-rigward ta' repairs and upkeep, liema ammont jidher bħala others? B'referenza għall-istess breakdown ippreżentat, jista' jissuplixxi l-valur fi flus li rċeviet kull entità għas-servizz provdut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li l-mediċina importanti għall-pazjenti li jieħdu l-istess mediċina bl-isem Guastil Pediatric hijiex out of stock u li din issa ilha hekk għal diversi ġranet u ġimgħat? Jista' jagħmel xi ħaġa għaliex skont informazzjoni li għandi din l-medicina issa anki mill-ispiżeriji privati qed issir skarsa u jekk tiġi out of stock anke fil-privat il-pazjenti li jagħmlu użu minnha jkollhom problemi kbar ta' saħħa u kwalità ta' ħajja differenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement għamel żewġ ordnijiet ma’ kuntrattur lokali għal din il-mediċina. Dawn l-ordnijiet saru fl-20 ta’ Lulju 2010 u fit-30 ta’ Novembru 2010 rispettivament. Il-kuntrattur qiegħed tard fid-delivery taż-żewġ ordnijiet. Id-Dipartiment beda proċeduri oħra biex tinxtara din il-mediċina minn sorsi alternativi a spejjeż ta’ dan il-kuntrattur, iżda l-ebda offerta li ntefgħet ma kienet aċċettabbli minħabba id-doża offruta.
Id-Dipartiment tas-Saħħa baqa’ jqassam stokk limitat lill-Isptar Mater Dei, lil Għawdex u lill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek sa nofs Frar 2011.
Sa dan it-tant, il-Gvern waslitlu l-kunsenja u din il-mediċina hija
in stock
.
Qasam tas-Saħħa — ħaddiema li qabżu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema u professjonisti li jaħdmu mal-qasam tas-saħħa u li qabżu l-età tal-irtirar? Kemm hemm minn dawn u f'liema grad qegħdin? Jista' jgħid kemm dawk li qed jaħdmu u li qabżu l-età tal-irtirar ilhom jagħmlu dan? Jista' jgħid kemm-il persuna li qabżet l-età tal-irtirar ingħatat il-permess tkompli taħdem mas-settur tas-saħħa fis-snin 2010 u 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi dwar l-għadd kbir ta' ġrieden ħajjin u mejtin li residenti u sidien tal-ħwienet fi Triq il-Wied fil-parti fejn tibda l-Imsida regolament jilmentaw dwarhom, speċjalment meta jkun hemm għargħar b'riżultat ta' fawrien tad-drenaġġ wara maltempati kbar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-Taqsima tal-Pest Control Unit fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali minn Jannar 2011 s’issa, irċeviet tlett ilmenti rigward infestazzjoni ta’ ġrieden fl-inħawi indikati u speċjalment fiż-żona fejn hemm mal-ġibjun. Trattamenti għal kontra l-ġrieden saru fl-4 ta’ Jannar, 3 ta’ Frar u fit-8 ta’ Marzu kif ukoll fid-29 t’April, 2011.
Saret ukoll spezzjoni minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-2 ta’ Mejju, u waqt l-istess spezzjoni ma ġew innotati l-ebda akkumulu ta’ żibel u lanqas żbroff tad-drenaġġ. Bħala prekawzjoni gie wkoll repetut trattament għal kontra l-ġrieden fit-2 ta’ Mejju, 2011. Tali żona ser tibqa tiġi sorveljata u ser isiru trattamenti kif ikun hemm il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dipartiment qiegħed jabbuża minn dawk il-persuni li jagħmlu l-kors ta' social assistants mad-Dipartiment tal-Anzjani u bħala assessment fl-aħħar tal-kors, qed ikunu mitluba jagħmlu 187 siegħa ta' xogħol fir-Residenza San Vincenz de Paule mingħajr ebda kumpens? Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa abbuż sfaċċat? Ma jidhirlux ukoll il-Ministru li din il-prassi qed tagħti eżempju ħażin lis-settur privat biex iħaddem bi prova mingħajr ħlas għax-xogħol li jkun sar, kif diversi drabi qed jiġri? Ma jidhirlux il-Ministru li din hija prassi li qed tikkonfliġġi ma' regolamenti li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jorganizza korsijiet għal carers (u mhux social assistants). Minbarra l-parti tat-teorija, dan il-kors għandu wkoll il-parti prattika fejn kull student jiġi assenjat żewġ mentors u jqatta’ 187 siegħa mqassma bejn dawn iż-żewġ mentors. Dan it-taħriġ prattiku jikkumplimenta t-teorija li jkunu tgħallmu fejn jiġu murija u mħarrġa hands on kif isir ix-xogħol ta’ carer f’ambjent ta’ sala. L-istudenti dejjem ikunu taħt superviżjoni tal-mentor u ma jiġux meqjusa bħala parti mill-istaff complement tas-sala.
It-taħriġ prattiku huwa prassi ta’ kull kors li għandu x’jaqsam mal-kura tas-saħħa fejn hu meħtieġ li jsir kemm il-prattika u t-teorija, bħall fil-każ tal-korsijiet ta’
nurses
u fiżjoterapisti.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li mhux qed tirċievi kontijiet tas-servizz tat-Telecare u tixtieq li tirregola ruħha u tara jekk hemmx xi kontijiet pendenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li persuni li għandhom ‘il fuq minn sittin sena u li għandhom il-karta roża, huma eżenti mit-tariffa tat-Telecare, sakemm m’għandhom lil ħadd jgħix magħhom li huma taħt is-sittin sena.
Għaldaqstant il-koppja li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hija eżenti mit-tariffa tat-Telecare.