Transport Malta — Enforcement Officers - Fedina penali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fedina penali kinetx waħda mir-rekwiżiti fl-ingaġġ ta' Enforcement Officers ma' Transport Malta fl-aħħar snin? Jekk le, jista' jgħid meta ma baqgħetx tiġi rekwiżita?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-fedina penali dejjem kienet waħda mill-formoli li l-Awtorità titlob lil kull ħaddiem li jingħaqad magħha. Għaldaqstant, dan id-dokument dejjem kien jintalab u għadu jintalab sal-ġurnata tal-lum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta bejn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spot-checks u spezzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta bejn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll abbażi ta' dawn l-ispezzjonijiet, kemm twaqqfu vetturi minn fuq it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
B’referenza għall-bidu tar-rikostruzzjoni ta’ Vjal Kottoner fil-Fgura u fid-dawl tal-periklu li hemm, kemm għas-sewwieqa kif ukoll dawk li jimxu fejn f’din it-triq fejn l-istess triq dejjem qed tkompli tisfronda iktar ma jgħaddi ż-żmien, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux xi data meta dan il-proġett ser jibda?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol infrastrutturali fi Vjal Kottoner hu ppjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif din tifforma parti mill-pjan ta’ ħidma miftehma mal-Kunsill Lokali. Dan filwaqt li din it-triq taghmel part mir-rotta tat-tisħieħ tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19272, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-konsultazzjonijiet li għalihom għamel referenza, u xi progress sar fit-twettiq tal-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) 2024/1309?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-konsultazzjonijiet li diġa saru hu evidenti li ser ikun hemm bzonn ta’ tibdil kemm leġislativ kif ukoll amministrativ. Bħal issa qed jiġi analizat kif l-aħjar issir dan il-proċess, sabiex jiġi stabbilit pjan ta’ xogħol li jkun jista’ jwassalna għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ dan ir-Regolament qabel it-terminu ta’ Novembru tas-sena dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swew il-Variable Messaging Signs li ġew installati fl-aħħar snin f’diversi toroq arterjali u distributorji, inkluż il-Marsa, Santa Venera u x-Xatt ta’ Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li l-Kunsill ta’ Tas-Sliema kien għamel applikazzjoni biex jiddaħħal residential parking għar-residenti li joqogħdu f’Tas-Sliema u din l-applikazzjoni ġiet imwaqqfa fl-2013 mill-Ministru għat-Trasport ta’ dak iż-żmien, u peress li sar kważi impossibbli li dawn jipparkjaw il-vetturi tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskema tkun imdaħħla meta f’lokalitajiet oħra, bħal Belt Valletta hemm din l-iskema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi jikkunsidra kull proposta ta' residential parking scheme mitluba mill-kunsill lokali rispettiv ġaladarba l-kunsill lokali jipprovdi alternattivi sabiex l-aċċessibilità, inkluż l-parkeġġ jibqa provdut.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21353, 21997 u 22524 u jgħid fiex wasal l-agreement li kien ippreżentat u ffirmat biex il-klabbs li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ikollhom grawnd tagħhom wara li nbena wieħed ġdid għall-klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru l-pjanti u l-kunċett ta’ kif għandu jiġi dan il-proġett qegħdin fil-fażi fejn il-ministeru qiegħed jistenna riskontru mill-klabb tal-futbol ikkonċernat sabiex tiġi stabbilita l-aħjar triq 'il quddiem.
The Strand, Tas-Sliema — Parkeġġ riservat għal coaches u minivans
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saret analiżi tal-użu tal-parkeġġ riservat għal coaches u minivans (alighting and boarding) li hemm tul The Strand, Tas-Sliema biex wieħed jara li dan hux qed ikun utilizzat bl-aħjar mod? Peress li għal tul ta’ ħin parti mill-parkeġġ ma jkunx hemm bżonn li jintuża, jista' jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn dan il-parkeġġ qed ikun riservat għal dan it-tul ta’ ħin ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-parkeġġ riservat għall-coaches u minivans (alighting and boarding) li hemm f’The Strand Sliema huwa rregolat permezz ta’ tabelli li jindikaw ix-xhur, il-ġranet kif ukoll il-ħin li dan il-parkeġġ huwa riservat għal dawn il-coaches u minivans. Dawn l-alighting and boarding bases qegħdin iservu sabiex ikunu jistgħu jitgħabbew u jitniżżlu dawk il-passiġġieri li jkollhom tours ibbukkjati mal-operaturi tal-laneċ.
Ir-Rabat, Malta – Triq tat-Tabija — Traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22593 u jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ traffic calming measures fi Triq tat-Tabija, ir-Rabat, Malta, minħabba n-numru ta' inċidenti f’residenzi privati minħabba veloċità eċċessiva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħarġet awtorizzazzjoni għall-upgrade tal-parti t’isfel ta’ Triq it-Tabija kantuniera ma’ Vjal il-Ħaddiem, kif ukoll għamlet rakkomandazzjonijiet għall-parti ta’ Triq it-Tabija li tkompli għal Triq l-Għeriexem sabiex ikun hemm upgrade fit-traffic management u allura fir-rigward tas-sigurtà fl-użu tat-Triq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi ta' operaturi Light Persons Transport Sector (LPTS) li huma maħruġa fuq Third Country Nationals (TCNs) jew kumpaniji reġistrati fuq Third Country Nationals?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it- tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm ċitazzjonijiet li ngħataw lill-vetturi f'dawn l-aħħar għaxar snin, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li għadhom pendenti, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hu t-total ta' flus li għadhom iridu jinġabru u x'ser jagħmel il-Gvern biex jara li dawn iċ-ċitazzjonijiet jitħallsu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Kalkara — Triq Giuseppi Valerio Abela - Zebra crossings
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jikkonsidra li fejn hemm żewġ sleeping policemen fi Triq Giuseppi Valerio Abela fil-Kalkara fuqhom isiru żewġ zebra crossings?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux rakkomandat li jsiru zebra crossings fuq iż-żewġ road humps li hemm fi Triq Giuseppi Valerio Abela minħabba li r-road humps eżistenti mhux diżinjati w lanqas mibnija sabiex issir zebra crossing fuqhom u wkoll m’hemmx bankini fuq iż-żewġ naħat tat-triq sabiex ikun hemm kontinwita’ ta’ passaġġ sikur għall-pedonali.
Ir-Rabat, Malta – Triq tat-Tabija — Traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ traffic calming measures fi Triq tat-Tabija, ir-Rabat, Malta, minħabba n-numru ta' inċidenti f’residenzi privati minħabba veloċità eċċessiva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17986 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi - rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretjaru Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi u jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mis-Segretarjat Parlamentari u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti:
a. L-isem l-attivita;
b. L-iskop tal-attività;
c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.);
d. Id-Data tal-attività;
e. Il-post fejn saret;
f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u
g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?
Response (BONETT, CHRIS)
Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati.
Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20556 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-proġett tal-Pjazza tal-Birgu se jkun kompletament lest? X’miżuri ser jittieħdu biex jiġi salvagwardjat ix-xelter? In vista wkoll li l-festi ġew rikonoxxuti bħala wirt intanġibbli tal-UNESCO, x’miżuri ser jittieħdu sabiex il-proġett propost ma jtellifx l-attivitajiet taż-żewġ festi u l-armar li jintrama għalihom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex jiżdiedu l-parkeġġi fil-viċin in vista li l-pjanta proposta ser tneħħi l-parking spaces eżistenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghall-mistoqsija parlamentari 20786.
Il-Belt Valletta — Pjan għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt fejn isorġu l-cruise liners
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21133 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20085, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu fir-rigward tal-pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt meta jsorġu l-cruise liners, in vista tal-volum kbir ta’ traffiku li jiġi ġġenerat u li jkollu effett fuq l-akkwati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għamlet studju estensiv fuq iż-żona msemmija, u issa qed jiġi mfassal b’attenzjoni pjan ta’ azzjoni komprensiv biex jiġu indirizzati s-sejbiet tal-istudju.