Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Sptarijiet Mater Dei u Karin Grech — Neuro rehabilitation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir minn pazjenti li jkollhom bżonn neuro rehabilitation fit-tul, wara li jispiċċalhom iż-żmien ta’ terapija fl-Isptarijiet Mater Dei u Karin Grech?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat l-pazjenti isirilhom evalwazzjoni kull ġimgħa f’dik imsejħa “ward conference” f’kull sala fl-Isptar Karin Grech. Jekk it-tim iħoss li l-pazjent ġab lura l-potenzjal biex jkun jista’ jmur lura fil-kommunità mal-familja, tiġi msejħa l-familja u jsiru sessjonijiet biex il-familja titgħallem kif tieħu ħsieb il-pazjent. Jekk dan il-potenzjal ma jintlaħaqx, issir riferta biex il-pazjent imur ġewwa faċilità ta’ LTC. Min ikollu bżonn aktar terapija issirlu riferta bħala out-patient jew titkompla f’San Vinċenz skont il-bżonn.

Neuro rehabilitation — Pazjenti li jispiċċaw it-terapija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti għat-terapija tan-neuro rehabilitation humiex jispiċċaw sparpaljati fil-homes tal-anzjani wara li jispiċċalhom iż-żmien fl-Isptar Mater Dei u Karin Grech?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24518.

Mediċina Mestinon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Mestinon li tintuża għal 'myasthenia gravis' qiegħda tkun regolarment out of stock? Peress li din il-mediċina ma tinstabx għal bejgħ mill-privat, jista’ l-Ministru jgħid ukoll kif ser ikunu jistgħu jieħdu din il-mediċina l-pazjenti u x'rimedju ħa jsibu l-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Pyridostigmine hija disponibbli.

Mediċini out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-mediċini out of stock sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-lista tal-mediċini out of stock li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li tkun ippublikata fuq is-sit eletroniku; cpsu.gov.mt.

Sptar Mater Dei — Wards temporanji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-wards temporanji miftuħa bħalissa fl-Isptar Mater Dei u kemm qed jilqgħu pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm "Escalation Wards” li jinbidlu skond il-bżonnijiet tal-ġurnata. Għaldaqstant bħalissa l-Wards li infetħu huma: AW1 b’12-il sodda u CCS b’10 sodod.

Mediċini maħruġa mill-POYC — Servizz biex jitqassmu fid-djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz li l-mediċini maħruġa mill-POYC jitwasslu fid-djar ta’ dawk li ma jistgħux imorru jiġbru l-mediċini tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità toffri s-servizz tas-Silver-T li fost l-oħrajn tgħin anzjani biex imorru fl-ispiżerija tal-għażla tagħhom biex ikunu jistgħu jieħdu l-mediċini ntitolati għalihom jew jekk ikun hemm bżonn jixtru xi mediċini oħra.

Mediċina Jardiance 10mg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Jardiance 10mg hijiex disponibbli taħt l-iskema POYC u min hu intitolat li jirċievi din il-mediċina mingħajr ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Empagliflozin 10 mg (l-isem ġeneriku ta’ Jardiance® 10 mg) tinsab disponibbli taħt l-iskema tal-POYC. Intitolat jirċievi din il-mediċina min ikun ibati mid-dijabete tat-tieni tip, u jkollu riżultati tal-HbA1c iktar minn 7% u inqas minn 10% minkejja trattament b’metformin u sulphonylurea u jkollu jew mard tal-qalb, mard kroniku tal-kliewi JEW inkella jkollu problemi ta’ piż (BMI izjed minn 30kg/m2).

Mediċina Zyloric 300mg

Question

Fid-dawl li l-mediċina Zyloric 300mg mhux qed tingħata lil kulħadd mingħajr ħlas taħt l-iskema POYC, jista’ l-Ministru jgħid taħt liema kundizzjonijiet din il-mediċina ma tingħatax b'xejn taħt l-iskema POYC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Allopurinol 300mg (Zyloric®) tingħata b’xejn mill-POYC lil min għandu waħda minn dawn il-kundizzjonijiet: Enzyme Disorders, Malignant Diseases, Inborn Errors of Metabolism jew Crystal Deposition Disease, jew inkella għandu l-kartuna r-roża u juża l-mediċina b’mod kroniku.

Injection tal-Eylea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qed jieħdu l-injection tal-Eylea minħabba kundizzjoni deġenerattiva f’għajnejhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm żewġ pazjenti li qed jieħdu l-għajnuna mill-Gvern biex jieħdu din l-injezzjoni bħala trattament, wara li l-konsulent ikun applikalhom tramite l-iskema tal-EMTC.

Injection tal-Eylea – Persuni li għandhom id-dijabete

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-pazjenti li qed jieħdu l-injection tal-Eylea minħabba kundizzjoni deġenerattiva f’għajnejhom għandhom id-Dijabete? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn għandhom id-Dijabete Type 1 u kemm Type 2?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li pazjent wieħed għandu dijabete u tal-ewwel tip.

Injection tal-Eylea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex l-injection tal-Eylea tidħol fuq il-formolarju tal-mediċini? Jekk iva, meta huwa ppjanat li dan isir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-klassi ta’ medicini li tagħha tagħmel parti l-Eylea® (Aflibercept) diga’ qiegħda fuq il-formularju bħala trattament tat-tieni linja (second line).

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

CDAU – Servizz ta’ psikologu – Dewmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu d-dewmien biex it-tfal jirċievu s-servizz ta' psikologu fi ħdan iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li każijiet urġenti jiġu deċiżi ‘on a case-by-case basis’. Ġeneralment nitrattaw mill-ewwel każijiet soċjali jew umanitarji. Dan jiġi deċiż fl-istadju tar-referral.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12050 u 18997 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21843.