Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8201 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

liġi dwar l-adozzjoni — diskriminazzjoni

Question

Fid-dawl tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali fejn il-liġi dwar l-adozzjoni ġiet dikjarata diskriminatorja fil-konfront tal-koppji miżżewġa, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex tiġi rimedjata din id-diskriminazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8202 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

liġi dwar l-adozzjoni — emendi

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'ġie implimentat wara l-emendi li saru fil-liġi dwar l-adozzjoni fl-2008? Jista' jgħid hemmx aġenziji akkreditati u jgħid liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8203 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Appogg — informazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm staff li ħalla l-impjieg tiegħu fl-Aġenzija Appoġġ f'dawn l-aħħar sitt xhur u x'kien l-impjieg u kemm ġew ingaġġati nies u f'liema impjieg ma' l-istess aġenzija fl-istess żmien ta' sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Ħallew l-impjieg tagħhom - 2 full-time social workers, 2 part-time social workers, 1 part-time support worker. Ġew ingaġġati - 1 full-time psychologist, 2 full-time social workers, 4 full-time support workers, 3 part-time support workers .
Leg 11 PQ #8204 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni bl-awtiżmu — għajnuna ta' care workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet maħsuba biex persuni bl-awtiżmu u l-familjari tagħhom ikollhom iktar għajnuniet anke fid-djar permezz ta' care workers?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8238 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistrar ta' mwiet kawża ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet kawża ta' cancer (malignant conditions) jew li fihom din il-kundizzjoni ikkontribwiet għall-kawża tal-mewt, f'dawn il-lokalitajiet f'dawn l-aħħar 20 sena: Marsaxlokk Birżebbuġa Żejtun Għaxaq Fgura Żabbar Wied il-Għajn Jista' jagħti l-figuri miġbura sena b'sena, sess u età?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8239 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Università ta' Malta — studenti li qed jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-istudenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’Novembru 2008 li qegħdin jaħdmu f’Għawdex illum? Fejn qegħdin jaħdmu? Kemm minnhom qed jaħdmu full-time u kemm qed jaħdmu part-time? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba u meta bdew jaħdmu fejn qed jaħdmu llum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8241 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rata ta' inċidenza ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-rata ta' inċidenza ta' cancer (malignant disease) u ta' mwiet reġistrati minħabba f'hekk, f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar 20 sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8309 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Relazzjonijiet Industrijali

Question

Peress illi kif stabbilit bl-Artikolu 8 sub-artikolu (7) (b) ta’ l-Att XV ta’ l-1999 (Kap 411 tal-Liġijiet ta’ Malta) dwar il-Protezzjoni Civili, l-Assoċjazzjoni Protezzjoni Civili għandha: “bil-għan li tagħmilha possibbli ………… tikkunsidra u ġġib quddiem l-awtoritajiet kompetenti kull ħaġa li tolqot il-welfare u l-effiċjenza professjonali tal-membri ta’ dik l-assocjazzjoni, inkluz dak li jolqot is-siegħat tax-xogħol tagħhom, leave, ħlas u allowances, pensjonijiet u kundizzjonijiet tas-servizz u regoli tad-dixxiplina oħra b’mod ġenerali ……….;” Peress illi l-istatut approvat mill-Ministru responsabbli mill-Protezzjoni Civili ai termini ta’ l-Artikolu 8 sub-artikolu (7) (c) tal-istess Att XV msemmi u mpoġġi fis-seħħ bl-Artikolu 13 (2) ta’ l-Avviz Legali 207 tas-sena 1999, (Tieni Skeda ma’ l-istess Avviz Legali) igħid illi l-għanijiet u l-iskopijiet ta’ l-Assocjazzjoni jkunu (fost oħrajn): “Biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi ta’ l-impjiegi u tas-salarju u ġeneralment tipproteġi l-interessi u d-drittijiet professjonali tal-membri tagħha. Biex tħares u ttejjeb il-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg tal-membri u biex iġġib ’il quddiem l-interessi tagħhom, biex tirrappreżenta l-interessi tal-membri f’diskussjonijiet man-naħa uffiċjali fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u biex tkabbar il-benesseri tal-membri tad-Dipartiment u tad-dipendenti tagħhom, permezz ta’ dawk is-servizzi li minn żmien għal żmien jistgħu jkunu possibbli, inkluz poloz ta’ l-assikurazzjoni kollettiva;” Peress li l-Joint Negotiating Council prospettat mill-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi baqa' qatt ma twaqqaf, jaħseb il-Ministru li fin-nuqqas ta' twaqqif tal-JNC jilledi d-drittijiet tal-membri tal-Assocjazzjoni illi allura m'għandhom ebda forum legali fejn wieħed jista' jiddisponi minn vertenzi ta' natura industrijali? X'se jagħmel il-Ministru dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Joint Negotiating Council jitwaqqaf meta union li tirrapreżenta l-maggoranza tal-ħaddiema f’kategorija li tipprovdi servizz essenzjali titlob dan. Ma jirriżultalix li l-Assoċjazzjoni Protezzjoni Ċivili hija reġistrata bħala union. Informat li bħalissa għaddej proċess ta’ review tal-liġi tax-xogħol biex naraw eżattament jekk, fejn u kif hemm bżonn ta’ xi aggornament f’din il-liġi.
Leg 11 PQ #8321 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar persuni li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni: L-ammont ta' żgħażagħ: 1) taħt l-età ta' 25 sena 2) bejn l-età ta' 26-35 sena li kienu qed jirreġistraw fuq 1) part 1 2) part 2 xahar b'xahar minn Marzu 2008 sa Marzu 2009? Kull fiġura, kemm tiġi bħala persentaġġ mit-total ta' l-unemployed f'pajjizna?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-ammont ta’ żagħżagħ taħt l-eta’ ta’ 25 sena u bejn l-eta’ ta’ 26 u 35 sena li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru xahar b’xahar minn Marzu 2008 sa Marzu 2009. Kull figura qed tiġi murija wkoll bħala persentaġġ mit-total ta’ nies qegħda f’pajjiżna.

Kuntratti speċjali ta' carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu bħala carers fid-djar privati u residenzjali f'Malta u Għawdex? Hemm kuntratti speċjali li dawn l-ħaddiema qed jkollhom jiffirmaw? Dawn l-kuntratti huma standard jew kull resident jista' jagħmel wieħed tailormade għalih? X'qed jsir biex ma jkunx hemm abbuż fiżiku, mentali, sesswali u ekonomiku fuq dawn l-carers?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li n-numru ta’ ħaddiema barranin li jaħdmu bħala carers fid-djar privati u residenzjali f’Malta u Għawdex hu ta’ 205. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tassigura ruħha li l-‘ carers ’ jitħallsu aktar mill-paga minima. Skond l-Att ta’ l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali kuntratt ta’ impieg huwa ftehim li jista’ jkun kemm bil-fomm jew bil-miktub li bih persuna tintrabat li tagħmel servizz lil, jew taħdem għal, prinċipal bil-ħlas ta’ paga. Fejn il-kuntratt ma jkunx sar bil-miktub, il-prinċipal għandu jagħti dikjarazzjoni ffirmata minnhu li tkun tinkludi l-kundizzjonijiet ta’ l-impieg, lill-impjegat fi żmien tminn t’ijiem ta’ xogħol mill-bidu ta’ l-impieg. F’kull każ, il-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fil-liġi għandhom ikunu rispettati kemm mill-prinċipal kif ukoll mill-impjegat. Dan ifisser li kull kundizzjoni ta’ xogħol miftehma, li tkun anqas favorevoli mil-liġi ma jkunx fiha effett, u għal dik il-kundizzjoni tapplika l-kundizzjoni minima tal-liġi. Informat ukoll li minn żmien għal żmien isiru spezzjonijiet ta’ rutina f’dan is-settur mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg biex jiġi aċċertat li l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali qed ikunu osservati. Waqt dawn l-ispezzjonijiet jiġu intervistati l-impjegati u jiġu ċċekkjati wkoll il-kuntratti ta’ l-impjieg/dikjarazzjoni dwar l-impjieg biex ikun żgurat li ta’ l-anqas il-minimu tal-kundizzjonijiet tal-liġi huma applikati. Barra minn hekk, kull meta d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg jirċievi lmenti speċifiċi jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa. Fejn jirriżultaw nuqqasijiet, jittieħdu l-passi neċessarji biex ikun żgurat li r-regolamenti tal-liġi jkunu rispettati.
Leg 11 PQ #7697 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li jaħdmu b'ġimgħa mnaqqsa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7381, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li dawn il-ħaddiema jkollhom l-opportunità mill-ġdid li jaħdmu ġimgħa sħiħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-sitwazzjoni li jinsabu fiha ċerti ħaddiema li l-intrapriża tagħhom qed jaħdmu b’ġimgha ta’ siegħat imnaqqsa hija riżultat tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali li qed twassal għal nuqqas konsiderevoli ta’ ordnijiet lil dawn l-azjendi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, wieħed jista japprezza li f’dan il-mument ma huwiex possibli li l-azjendi affetwati jiddikjaraw meta ser jaqilbu għal-ġimgha normali ta’ xogħol.
Leg 11 PQ #7698 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2008 kemm kien in-numru ta' każijiet ta' ħaddiema rrappurtati li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol f'Malta u Għawdex separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul is-sena 2008 kien hemm tlett ħaddiema li mietu u ma kien hemm l-ebda ħaddiem li tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol ġewwa Għawdex.
Leg 11 PQ #7948 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spezzjonijiet fl-Adult Training Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fl-Adult Training Centres matul dawn l-aħħar sentejn mid-Divizjoni tas-Saħħa? Kemm-il rapport sar minn dawn l-ispetturi tas-sanità u x'kienu dawk l-affarijiet li l-Aġenzija Sapport trid tindirizza? Ittieħdu passi minn din l-aġenzija biex jitranġaw dawn in-nuqqasijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li id-Diviżjoni tas-Saħħa tagħmel żewġ spezzjonijiet fis-sena f’kull ċentru ta’ matul il-jum. Wara kull spezzjoni, l-ispettur tas-sanità jippreżenta rapport b’kull diskrepanza li jsib, u dawn l-indiskrepanzi iridu jiġu rranġati sal-ispezzjoni li jkun imiss. L-Aġenzija Sapport tassigura li kull diskrepanza ppreżentata fir-rapport tiġi ndirizzata. In-nuqqasijiet li ħarġu mill-aħħar rapport huma hekk:- 1. Għandhom jiġu pprovduti lockers fejn l-impjegati ikunu jistaw ipoġġu l-affarijiet personali tagħhom. 2. Il-bozza tal- U.V. tal-‘ insectocutor’ għanda titbiddel kull 9000 siegħa (wara sena). Dan il-proċess għandu jiġi dokumentat. 3. Kull dokumentazzjoni (għall-fini ta ‘ traceability ’) għandha tkun disponibbli għall-verifikazzjoni. Bħalissa qegħdin jittieħdu passi sabiex dawn in-nuqqasijiet jiġu rranġati Informat ukoll li fil-maġġoranza tar-rapporti li saru, l-Aġenzija ġiet mogħtija grad A (Tajjeb Ħafna). Barra minn hekk, l-inqas grad ottenut kien B (Tajjeb).
Leg 11 PQ #7949 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Coaches ta' l-Adult Training Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu fit-toroq il-coaches ta' l-Adult Training Centres? Hemm il-ħsieb biex dawn jinbidlu jekk ilhom ħafna jintużaw qabel ma ssir xi diżgrazzja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7950 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reviżjoni ta' pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li martu kienet fir-Residenza San Vincenz de Paule u issa mietet u qed jistenna li jieħu reviżjoni tal-penzjoni wara l-mewt ta' martu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7951 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nuqqas ta' social workers fid-Dipartiment ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejrin jiġu mpjegati aktar social workers fis-Social Work Unit tad-Dipartiment ta' l-Anzjani meta f'dawn l-aħħar xhur kien hemm numru ta' social workers minn din il-unit li m'għandhomx jagħmlu xogħol ta' assessments fil-komunità minħabba xi raġuni jew oħra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7952 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Home help

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed titlob is-servizz tal-home help u minkejja li saru l-assessment baqgħet bla risposta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #7953 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħlas tal-Maternity/Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ma tawhiex il-ħlas tal-maternity u lanqas ic-Children's Allowance?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7686, dwar it-3 shared ownership (San Lawrenz Għawdex) li ħarġet f'Novembru 2007 mill-Awtorità tad-Djar, fejn qed jingħad li 15-il applikazzjoni ġew allokati post, 13 kienu eliġibbli u minn dawn finalment 7 għadhom interessati, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn is-7 ġew allokati flats, kemm ġew allokati penthouses u kemm maisonettes?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li s-seba’ applikazzjonijiet li s’issa għadhom interessati li jiġu allokati post f’San Lawrenz kienu ippreferew dawn il-postijiet: Maisonettes 3 Penthouse 4.

Occupational Health and Safety Authority — spezzjonijiet fuq post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Occupational Health and Safety Authority tikkummentax ma' ħaddiema meta tagħmel spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Hija l-policy dikjarata tal-Awtorita li l-Uffiċjali tagħha (waqt żjarat f’posijiet tax-xogħol) li jitolbu li jkunu akkumpanjati mir-Rappreżentati tal-Ħaddiema għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol magħzula jew appuntati skond l-Avviż legali 36/03 – Regolamenti ta’ l-2003 dwar id-Disposizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol 2003. Dawn ir-Rappreżenati għandhom id-dritt legali wkoll li jkunu nfurmati b’kull deċizjoni tal-Uffiċjali kif ukoll dwar kull ordini jew struzzjoni li jingħata min iħaddem. Informat ukoll li waqt kull żjara tagħhom, l-Uffiċjali jitkellmu mal- ħaddiema nfushom ( mhux fil-preżenza ta’ min iħaddem) biex ikollhom ukoll il-verżjoni tal-istess ħaddiema.