Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence B?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm tmien t’elef, mija u tmienja u tmenin persuna (8188), li kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence ‘B’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence A Special?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm tlett mija u tnax (312) il-persuna li kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi ta’ Collector Licence ‘A’ Special.
Target Shooter Licence A u Target Shooter Licence A Special
Question
Jista’ l- MInistru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi Target Shooter Licence A u Target Shooter Licence A Special?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm sitt elef, erba’ mija u sittin (6460) persuna li kellhom liċenzja tal-armi fil-klassi Target Shooter Licence ‘A’, u tmien mitt persuna (800) li kellhom Target Shooter Licence ‘A’ Special.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja ta’ Target Shooter Licence B (airguns)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li kellhom licenzja ta’ armi tan-nar fil-kategorija ‘B’ (airguns) sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien ta’ tnax il-elf, u wieħed u erbgħin (12,041).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja ta’ Target Shooter Licence B (shotguns)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hemm erbatax -il elf, seba’ mija u seba’ u tletin (14,737) persuna, li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja ta’ Target Shooter Licence B (shotguns).
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2023?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2024?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18697 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid jekk matul din il-Leġiżlatura hemmx ħsieb li jinstab post ġdid u tinbena fire station skont Standards Ewropej għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa Għawdex, sabiex ilaħħaq mal-ħtiġijiet u bżonnijiet preżenti u futuri tal-gżira Għawdxija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li nstab u ngħata sit ieħor, parti mill-pitkalija limiti tax-Xewkija fejn diġà qiegħda topera Fire Station temporanja. Infurmat li diġà saru l-pjanti ta’ kif iridu jinbnew iż-żewġ Fire Stations jiġifieri dik li tinsab fil-Heliport Għawdex u dik imsemmija iktar qabel fil-pitkalija. Infurmat li saret l-applikazzjoni sabiex jinġiebu l-permessi neċessarji ħalli tkun tista’ tinbena dik tal-Ħeliport l-ewwel, filwaqt li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili temporanjament jopera minn dik tal-Pitkalija sakemm titlesta. Infurmat li l-pjan hu li hekk kif titlesta jerġa’ jibda jopera ta’ l-Ħeliport sakemm tinbena dik tal-Pitkalija.
Kif jintemm dan il-proċess jkunu jistgħu jintużaw it-tnejn li huma sabiex ilaħħqu mal-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-gżira Għawdxija.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Bord ta’ Monitoraġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri maħtura fuq il-Bord ta’ Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport annwali tal-Bord għas-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li sal-31 ta’ Diċembru 2023 kellhom liċenzja biex joperaw shooting range u kemm hemm persuni li għandhom liċenzja biex jużaw arma ġewwa shooting range?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi sal-31 ta’ Diċembru 2023 kien hemm ħdax (11)-il persuna li kellhom liċenzja biex joperaw shooting range. Infurmat illi kull persuna li għandha liċenzja fil-kategorija Target ‘A’, ‘B’ u Target ‘A’ Special, kif jidher fit-tabella hawn taħt, tista’ tuża arma ġewwa shooting range. Irid jingħad illi hemm persuni li għandhom il-liċenzji ndikati kollha.
Tip ta’ liċenzja
Nru ta’ persuni rreġistrati
Target shooter licence ‘A’
6,460
Target shooter licence‘A’ Special
800
Target shooter licence ‘B’ shotgun
14,737
Target shooter liccnce ‘B’ airguns
12,041
San Pawl il-Baħar – Pulizija – ilmenti dwar storbju eċċessiv billejl
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija rċevietx ilmenti minħabba storbju eċċessiv u/jew xogħol li kien qed isir billejl fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fil-lejl ta' bejn is-7 u t-8 ta' Mejju 2024 u fil-lejl ta' bejn it-8 u d-9 ta' Mejju 2024? Jekk iva, jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u x'azzjoni ttieħdet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Mejju 2024, l-pulizija tal-Qawra rċeviet ilmenti dwar storbju eċċessiv u/jew xogħol li kien qed isir bil-lejl fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija proċediet fuq il-post indikat madankollu waqt li kienu hemm ma kien hemm ebda tip ta’ inkonvenjent relatat mal-ilmenti li rċeviet, u jidher illi l-allegat inkonvenjent seta’ sar il-lejl ta’ qabel. Peress illi l-persuni li għamlu l-ilment ma kienux magħrufa ma setgħux isiru aktar verifiki jew tittieħed azzjoni oħra. Madankollu il-persuna responsabbli mix-xogħol fis-sit in-kwistjoni ġiet mitkellma u produċiet il-permessi maħruġa kemm mill-Kunsill Lokali u l-BCA li jkopru l-ħinijiet biex isir ix-xogħol, anke barra is-siegħat permissibli.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Reklami fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Entity
Newspaper
Invoice Date
Advert Date
Advert Contents
Amount
LESA
Allied Newspapers
17/01/2024
05/01/2024
Call for Application – Accounts Clerk
€258.95
LESA
Allied Newspapers
22/03/2024
22/03/2024
Call for Application – Accounts Clerk
€258.95
LESA
Allied Newspapers
10/01/2024
11/12/2023
Call for Applications – Community Officers
€258.95
LESA
DOI
05/01/2024
07/12/2023
Call for Applications – Community Officers
€50.00
LESA
DOI
02/02/2024
05/01/2024
Call for Application – Accounts Clerk
€50.00
LESA
DOI
02/02/2024
30/01/2024
Call for Application – Accounts Clerk
€50.00
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18824 jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata matul is-sena 2024 separatament għal kull lokalità f'Malta u f’Għawdex? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapportat f’dawn il-gżejjer fis-sena 2024 sax-xahar ta’ Marzu, separatament għal kull lokalità, kien kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi s-serq skont il-kategoriji kif mitlub mill-Onor. Interpellanta.