Atti pubbliċi ta’ trasferimenti ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex, kull xahar minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Passi kontra ditta u persuni ta’ financial intermediaries
Question
Ladarba l-ebda mill-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu ma ħadu l-ebda azzjoni effettiva fil-konfront tal-persuni u tad-ditta ta’ financial intermediaries li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu hu biex jara li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu jwettqu dmirhom fil-konfront ta’ dan il-bank?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirriferi għat tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2951.
Fid-dawl tar-riżoluzzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew se jieħu biex jindirizza l-punti mqajjma fl-istess riżoluzzjoni b’relevanza għar-responsabilità ministerjali tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-punti li qiegħed jirriferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jirrigwardjaw, fost oħrajn, suġġetti li dwarhom Malta ttrasponiet, qegħda tittrasponi u tkompli tittrasponi direttivi tal-Unjoni Ewropeja f’liġijiet, f’regolamenti u fit-tisħiħ tal-istituzzjonjiet koncernati.
Rapporti fuq il-media fuq persuna u kumpanija ta’ investiment
Question
Fid-dawl tar-rapporti reċenti fil-media, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadu jew se jieħdu l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu dwar il-persuna u l-kumpanija ta’ investiment li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Ladarba l-ebda mill-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu ma ħadu l-ebda azzjoni effettiva fil-konfront tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu hu biex jara li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu iwettqu dmirhom fil-konfront ta’ dan il-bank?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mgħandi l-ebda ħsieb li nħalli lil min ju\ani biex issir xi pressjoni fuq istitutzzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Filwaqt li ntenni l-fiduċja sħiħa tiegħi fihom nappella lil dawn l-istituzzjonijiet jitħallew jaħdmu b’mod trankwil fil-qadi ta’ xogħolhom.
Jista’ l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm kienu r-riservi tad-deheb fil-Bank Ċentrali ta' Malta mill-1 ta' Jannar 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazjjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni — Panama – Tax Havens
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabilx li l-Panama tiġi nkluża fost il-pajjiżi meqjusa bħala tax havens?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-5 ta’ Diċembru l-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea ftehmu dwar l-ewwel blacklist ta’ 17-il ġurisdizzjoni barra mill-UE li mhumiex kooperattivi fi ħwejjeġ dwar it-taxxa, u għalhekk fl-ebda ħin tal-laqgħa ma ssemma t-terminu ‘tax haven’ iżda t-terminu ‘non-cooperative jurisdictions.’ Matul il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kien hemm qbil unanimu dwar din il-lista li fiha tinkludi l-ġurisdizzjoni tal-Panama.
Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni — Panama – Tax Havens
Question
Jista' l-Ministru jgħid, jekk kemm-il darba l-Ministru qabel fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-Panama tiġi inkluża fost il-pajjiżi meqjusa bħala tax havens, x’għandu jsir f’każ li ċittadin Malti jinqabad f’kumpanija sigrieta fil-Panama? B’mod partikolari jista’ jgħid liema mill-entitajiet taħt ir-responsabilità ministerjali tiegħu, jkollhom l-obbligu li jidħlu f’tali każijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif għidt fil-PQ 2829 kien hemm qbil unanimu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq il-lista ta’ dawk il-pajjiżi imdaħħla fil-lista ta’ ġurisdizzjonijiet mhux kooperattivi u li allura meta ikun hemm każ kif imsemmi fil-mistoqsija, l-entitajiet tad-Dipartiment tat-Taxxa u/jew tal-FIAU jinvestigaw skont in-natura tal-każ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 699 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien ebda transfer ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn.
Familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet privati mhux protetti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2686 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet privati mhux protetti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw u għalhekk min ibbenefika minn Letters of Comfort u l-bank guarantees li kważi laħqu mal-€1.5 biljun peress li din iċ-ċifra ta’ biljun u nofs ewro inħarġet fl-executive summary tar-Rapport tal-Awditur Ġenerali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-infomazzjoni mitluba.
MFSA – telf finanzjarju mill-Valletta Multi Manager Property Fund
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aħħar pożizzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) b’referenza għall-protesti li kienu saru minn investituri fir-rigward ta’ telf finanzjarju li kienu ġarrbu mill-Valletta Multi Manager Property Fund?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossx li, ladarba huwa magħruf li jeżisti rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li jikkonkludi li għandhom jibdew investigazzjonijiet kriminali kontra l-Ministru Konrad Mizzi dwar ħasil ta’ flus u/jew flus miġjuba minn attivitajiet kriminali, għandu jara, bħala l-Ministru politikament responsabbli mill-istess FIAU, li dan l-istess rapport jgħaddi minnufih għand il-Pulizija għall-investigazzjoni tagħha? Fin-nuqqas, kif jista’ l-Ministru jiżgura li l-liġi qed tiġi applikata b’mod ugwali fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi wkoll?
Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 684 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 689 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta' kumpaniji maghrufa mal Kumissarju ghat-Taxxi u li gew registrati ghal ragunijie tat-taxxa fuq id-dhul matul is-snin huwa ta' 88,268. Madankollu, minn dawn, 63,333 biss huma magħrufa li ghadhom attivi sad-data ta' 27 ta' Ottubru 2017.
·
Nixtieq niċċara li dawn il-figuri ikopru minbarra Limited Liability Companies, entitajiet oħrajn li huma ikkunsidrati bħala kumpaniji, li jinkludu, SICAVs (ie Collective Investment Schemes b’kapital varjabbli), Societe European (kumpaniji pubbliċi skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni Ewropea) u Partnership en commandite li l-kapital tagħhom hu maqsum f’ishma.
Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 692 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 693 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 697 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tad-Dwana mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 698 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.