Sa Maison – proprjetà pubblika okkupata minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa liema żmien l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, se jkompli jokkupa l-uffiċċju Sa Maison, liema uffiċċju huwa proprjetà tal-Gvern?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 225 ħaddiem taċ-Ċivil fid-dekasteru tal-Prim Ministru li għad għandhom vacation leave li ma kienx ġie użat sat-tmiem id-data tal-vacation leave.
Servizz Pubbliku – ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3811 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2021 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5098 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3778, jista' l-Prim Ministru jaqsam l-imsemmija ammonti f’numri reali rispettivi għall-impjegati fis-settur pubbliku u dak privat u jgħid kemm minnhom, f'termini reali, huma ħaddiema ta' nazzjonalita Maltija u kemm le?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li fis-servizz pubbliku hemm 784 impjegat li ma humiex ta' nazzjonalità Maltija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqija parlamentari 5102, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jitkompla r-renumbering tad-djar kollha f'Santa Venera li beda fl-2001? Jista' jgħid minn dak iż-żmien 'l hawn liema toroq tlestew, liema toroq baqa' jsiru u x'inhi r-raġuni ta' dan id-dewmien kollu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li mill-1988 sal-lum ġew innumerati 54 triq minn 83 triq li jiffurmaw parti minn Santa Venera. 6 toroq oħra (Triq Adelaide Cini, Triq il-Batterija, Triq Brighella, Triq il-Kardinal Sciberras, Triq il-Kbira San Ġużepp u Triq San Ġorġ) ġew innumerati meta kienu għadhom jiffurmaw parti minn lokalitajiet oħra (Il-Ħamrun u Ħal Qormi) qabel ma ġew deċiżi l-konfini tal-lokalitajiet fl-1993. Ma’ dawn possibilment iridu jiżdiedu toroq oħra fostom Triq il-Lunzjata u Triq Ġużè Pace. Hemm 7 toroq li huma ffurmati minn binjiet tal-Gvern (Triq Dun Xand Cortis, Triq l-Għolja, Triq il-Palazz l-Aħmar, Triq Patri Franġisk Grech, Triq Patri Ġustin Sant, Triq Patri Ġwann Azzopardi u Triq Pietru Dacoutros) li qatt ma ġew innumerati minħabba l-fatt li l-linji gwida preċedenti ma kinux jippermetu li binjiet tal-Gvern jingħataw numru uffiċjali u li huma distinti minn binjiet oħra. Hemm ammont ieħor ta’ toroq li ġew innumerati fil-passat iżda l-eżerċizzju qatt ma ġie ppubblikat uffiċjalment fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-kumplament tat-toroq, li huwa verament minimu, għad għandhom xi problemi biex jingħataw numru uffiċjali fil-preżent peress li għandhom parti kbira minnhom li huma siti bla bini fosthom Triq l-Istitut Bonnici, Triq Ħal Kaprat u Triq il-Madonna tal-Karmnu. Il-ħsieb li ma jingħatawx numru għalissa huwa biex ma jingħatawx inkonvenjent żejjed lir-residenti f’każ li fil-futur qarib dawn is-siti jinbnew.
Toroq li possibilment jistgħu jiġu nnumerati huma Triq il-Franka (residenza waħda fir-Reġistru Elettorali), Triq il-Ħaddied (residenza waħda fir-Reġistru Elettorali), Triq il-Ħajjata (blokka waħda fir-Reġistru Elettorali) u Triq il-Markiż John Scicluna. L-Address Management Unit fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali se tkun qed tieħu ħsieb tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa biex il-propjetajiet f’dawn l-erba’ toroq jingħataw numru uffiċjali.
Kif jista’ jara l-Onor Interpellant ix-xogħol tat-tismija tat-toroq u numerar tal-bibien huwa xogħol kontinwu u l-Address Management Unit regolarment ikun qed isegwi dan il-proċess fid-diversi toroq fil-gżejjer Maltin minn żmien għal żmien.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid x’azzjoni qed issir biex ikun żgurat li jekk ikun hemm trasferiment ta’ negozju b’tender tal-Gvern, l-impjegati kollha jiġu trasferiti bl-istess paga, kundizzjonijiet tax-xogħol u sinjorità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali jsegwi l-proċess ta’ kull trasferiment ta’ negozju li jiġi reġistrat mal-istess Dipartiment sabiex ikun żgurat li l-provedimenti kkontemplati fil-liġi li tirregola trasferiment ta’ negozju jiġu osservati u li l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ma jiġux mittiefsa.
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jikkonferma li ebda impjegat ma ġie trasferit lill-employer ġdid bl-istess kundizzjonijiet jew xogħol minħabba trasferiment ta' negozju fir-rigward ta' xi tender tal-Gvern li biddel l-employer li rebaħ l-offerta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Liġi tax-Xogħol, Kap 452 tal-Liġijiet ta’ Malta tirregola Transferiment ta’ Negozju u tistipula li meta impjegat jiġi trasferit, dan għandu jiġi trasferit bl-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol.
Ħaddiema impjegati fi strutturi governattivi u s-settur pubbliku — pagi
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk kull impjegat li jaħdem fi ħdan l-istrutturi governattivi u s-settur pubbliku u li jagħmel l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, jitħallasx l-istess paga?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3865, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’inhuma l-pjanijiet għal dak li kien jissejjaħ ‘White Rocks’ ġewwa Pembroke/Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3778, jista' l-Prim Ministru jaqsam l-imsemmija ammonti f’numri reali rispettivi għall-impjegati fis-settur pubbliku li huma ħaddiema ma' dipartimenti u/jew Ministeri u jgħid kemm minnhom huma impjegati ma' awtoritajiet?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3778, jista' l-Prim Ministru jaqsam l-imsemmija ammonti f’numri reali rispettivi għall-impjegati fis-settur pubbliku u dak privat u jgħid kemm minnhom, f'termini reali, huma ħaddiema ta' nazzjonalita Maltija u kemm le?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3863, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, u ċjoè: Fid-dawl li fid-Diskors tal-Baġit 2023 il-Ministru għall-Finanzi f’paġna 74 tkellem dwar reklamazzjoni tal-art, jista’ l-Ministru jgħid fejn u/jew f’liema parti ta’ Malta ser isir dan l-istudju biex ikun hemm reklamazzjoni tal-art? Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema stakeholders huwa biħsiebu li jikkonsulta?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kriterji oġġettivi u trasparenti fil-ħatra ta’ membri ta’ bord ta’ awtoritajiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest li jintroduċi kriterji oġġettivi u trasparenti li jirregolaw il-ħatriet tal-membri biex dawn jagħmlu parti minn xi bord ta’ awtorità regolatorja u dan bħalma diġà hemm fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) skont il-Kap. 545, biex jiġi assigurat li l-membri jintgħażlu skont l-esperjenza u l-ħila tagħhom fis-settur konċernat?
Response (ABELA, ROBERT)
Hekk kif dejjem kienet il-proċedura fil-ħatra tal-bordijiet, il-membri jinħatru skont l-esiġenzi tal-istess bord u l-ħiliet tagħhom biex iwettqu r-responsabbilitajiet assenjati lilhom. Bordijiet li huma stabbiliti b’liġi partikolari jinħatru skont il-kriterji stabbiliti f’dik l-istess liġi.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena l-oħra?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali – allokazzjoni ta’ fondi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Servizz Pubbiku – tender għal xiri ta’ vetturi elettriċi
Question
B'referenza għat-tender li ġie ppubblikat għax-xiri ta' 250 vettura elettrika għas-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jindika, Ministeru Ministeru u/jew Dipartiment Dipartiment, kemm kull Ministeru u/jew Dipartiment juża vetturi u kemm minn dawn se jinbidlu għal vettura elettrika?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4574, jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk il-preżentazzjonijiet li saru fl-MCESD ma ttellgħux għax kien hemm min oġġezzjona?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-inizjattiva bdiet f’Mejju tal-2022 u ninsab infurmat li ma kienx hemm oġġezzjonijiet. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhux f’kull laqgħa jkun hemm preżentazzjoni tat-tip li qed tirreferi għalih hi.
Għawdex — Proġetti minn dħul ta’ taxxa fuq kull lejl f’Hotels u akkomodazzjonijiet oħra
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti saru f'Għawdex mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni oħra? Minn kemm ilha li ġiet introdotta din it-taxxa sal-lum, jista' jgħid kemm kien id-dħul minn Għawdex u dan peress li l-Ministri għal Għawdex, għat-Turiżmu u għall-Finanzi t-tlieta qalu f'risposti separati li ma għandhomx x'jaqsmu ma’ din il-materja? Jista' jgħid kemm minn din it-taxxa ġiet investita f'Għawdex stess?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2169, jista’ l-Prim Ministru jispjega kif id-dħul mit-taxxa fuq l-akkomodazzjoni kien ta' €1,005,161 bejn il-bidu tal-2016 sal-aħħar ta' Ġunju 2022, meta skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) in-numru ta' bed nights f'Għawdex sal-aħħar tas-sena 2021 kien ta' kważi 2.8 miljun (1.6 miljun foreign tourists u 1.17 miljun domestic tourists) u dan meta hemm nieqes f'dawn iċ-ċifri l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u dan stante li l-Ministri għal Għawdex, għat-Turiżmu u għall-Finanzi t-tlieta qalu li ma għandhomx x'jaqsmu ma din il-materja? Għaliex din id-diskrepanza?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.