Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – persuni li soffrew Vjolenza Domestika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba Vjolenza Domestika, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Emerġenza – Dipartiment Pedjatriku — tfal

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu tfal fid-Dipartiment Pedjatriku tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza taħt l- ispeċjaliżazzjoni tal-pedjatrija mis-sena 2014 sal-2018 jinsabu fit-tabella hawn taħt flimkien ma kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin maqsumin skont il-kategorija. Source: PAS & CPASNumru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza (Pedjatrija) Hospital identification/ ID card letter20142015201620172018 Maltese (M,L,P)87048163115101119810924 Gozitan (G,H)4455837276 Non-Maltese Residents (A)27344287711461358 New Born/Children (C)13992834461468607225 Foreigners (F)509639102412111284 Total1092912133181082048720867

Sptar Mater Dei – Dipartiment/wards tal-Ġinekoloġija – pazjenti nisa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu nisa fid-Dipartimenti/Wards differenti tal-Ġinekoloġija fl-Isptar Mater Dei, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? , Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ ‘discharges’ li kien hemm fis-swali ‘delivery suite’, ‘gynae ward’, ‘obstetrics ward 1’, ‘obstetrics ward 2’ u ‘obstetrics ward 3’ bejn l-2013 u l-2018, flimkien ma kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin maqsumin skont il-kategorija fit-tabella. Source: PAS & CPASNumber of Registered Discharges from Obstetrics & Gynaecology wards MDH Hospital identification/ ID card letter2013*20142015201620172018 Maltese (M,L,P)772882567952778576267256 Gozitan (G,H)127116121171168156 Non-Maltese Residents (A)76110721197137415191750 Foreigners (F)288465452395466484 Total890499099722972597799646 *Minn Diċembru tal-2012 sa Novembru tal-2013.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – waiting time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-average waiting time minn meta pazjenti jidħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm tinstabilhom sodda f’waħda mill-wards, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant li fl-2013, l-medja tal-ħin ta' stennija sabiex issir il-vista mit-tabib u t-testijiet neċessarji fid-Dipartiment tal-Emerġenza kienet ta' 13-il siegħa filwaqt li preżentament l-ħin medju ta’ stennija huwa ta’ madwar 5 sigħat.

Sptar Mater Dei – staff — uniformi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, x’inhi r-raġuni għalfejn mhux l-istaff kollu tal-Isptar Mater Dei huwa pprovdut bl-uniformi uffiċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema fl-istreams kliniċi li jservu f’areas kliniċi fl-isptar Mater Dei għandhom aċċess għal uniformi skont policies tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ministeru għas-Saħħa — Ħaddiema b'Diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11759 u jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Kura barra minn Malta — tieni ġenitur li bbenefikaw minn mill-passaġġ tal-ajru għall-akkumpanjament tat-tfal -

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru għat-tieni ġenitur li jakkumpanja lil ibnu jew lil bintu għall-kura barra l-pajjiż minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn mindu ngħatat bidu l-inizzjativa li jitħallsu l-biljetti taż-żewġ persuni li jakkumpanjaw pazjenti taħt it-18 il-sena, kien hemm 1,018 każ bi spiża ta' €420,303.09. Nitlobu jirreferi għat-tabella t’hawn taħt għal aktar informazzjoni. Sena Xhur Ġenituri Spiż a 2014 1 ta' Lulju 2014 sa 31 ta' Diċembru 2014 100 €39,339.25 2015 1 ta' Jannar 2015 sa 31 ta' Diċembru 2015 186 €75,605.35 2016 1 ta' Jannar 2016 sa 31 ta'Diċembru 2016 203 €82,640.25 2017 1 ta' Jannar 2017 sa 31 ta' Diċembru 2017 185 €76,722.24 2018 1 ta' Jannar 2018 sa 31 ta' Diċembru 2018 190 €80,917.53 2019 1 ta' Jannar 2019 sa 31 ta' Ottubru 2019 154 €65,078.47 TOTAL 1018 €420,303.09

Sptar Mater Dei – ċikli tal-IVF

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ċiklu tal-IVF sar fl-Isptar Mater Dei mill-2015 sal-lum? Jista’ jgħid kemm twieldu u kemm mistennija jitwieldu trabi sa tmiem din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat-28 ta’ Ottubru 2019 kienu saru 862 ċiklu tal-IVF, li minnhom 8 kienu ċikli li għamlu użu minn embrijuni ffriżati. Minn dawn l-862 ċiklu li saru fl-Isptar Mater Dei s’issa twieldu 179 tarbija (99 tifla u 80 tifel). 7 koppji oħra qegħdin jistennew tarbija li huma mistennija jitwieldu fl-2020. Mill-2013 minn meta l-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun bdiet żżomm ir-reġistri, s’issa f’Malta twieldu 322 tarbija minn ċikli li saru kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-privat.

Persuni bid-Dijabete – kura fin-Nervituri tas-Saqajn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11278, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fl-istess perjodu indikat fir-risposta (Jannar 2016 sa Awwissu 2019) kemm minn dawn l-2,326 pazjent li qed jiġu kkurat fin-nervituri speċjalment tas-saqajn (neuropathy), konsegwenza tad-dijabete ġie kkurat fil-Foot Diabetic Ward?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nixtieq nikkjarifika li l-perjodu rreferut fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11278 kien minn Jannar tal-2012 sa Awwissu tal-2019. Ninfurmaha ukoll illi d-Diabetic Foot Ward infetħet f’Jannar tas-sena 2018. Minn Jannar tal-2018 sa Awwissu tal-2019 kien hemm 629 discharges f’pazjenti li jbatu bid-dijabete li ddaħħlu fil-Diabetic Foot Ward għal kura.

Persuni bid-Dijabete – kura fin-Nervituri tas-Saqajn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11278, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fl-istess perjodu (Jannar 2016 sa Awwissu 2019) kemm minn dawn l-2,326 pazjent li qed jiġu kkurati fin-nervituri speċjalment tas-saqajn (neuropathy), konsegwenza tad-dijabete li fil-fatt kellhom jgħaddu minn amputazzjoni tar-riġel jew parti mir-riġel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi li l-perjodu rreferut fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11278 kien minn Jannar tal-2012 sa Awwissu tal-2019. Ninfurmaha ukoll li bejn Jannar 2016 u Awwissu 2019, kien hemm 111 pazjenti li jbatu bid-dijabete li kellhom Above Knee jew Below Knee Amputation. Jekk pazjent kellu aktar mnn amputation waħda ġie magħdud darba.

Persuni bid-Dijabete – Kura fl-Għajnejn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11280, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, bejn Jannar 2016 u Awwissu 2019, kemm minn dawn il-pazjenti li qed jiġu kkurati fl-għajnejn (retinopathy), konsegwenza tad-dijabete, kellhom jgħaddu minn intervent kirurġiku u kemm minnhom tilfu d-dawl ta’ għajnejhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar tal- 2016 u Awwissu tal-2019, kien hemm 444 vitrectomies f’345 pazjenti li jbatu mid-dijabete. Ma hemmx informazzjoni dwar kemm minn dawn tilfu d-dawl t’għajnejhom. Fil-fatt din is-sena tniehda stħarriġ nazzjonali (Malta Eye Study) fuq in-numru ta’ persuni nieqsa mid-dawl f’Malta taħt it-tmexxija tal-kirurgu speċjalizzat fl-għajnejn, Mr. Francis Carbonaro.

Sptar Monte Carmeli — pazjenti li kienu residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn ġew allokati (placed) dawk il-106 pazjent/resident li din is-sena kienu qegħdin jgħixu fl-Isptar Monte Carmeli u li ma kellhomx bżonn is-servizz tas-saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-pazjenti illi matul din is-sena ġew relokati mill-isptar Monte Carmeli għal residenzi oħra qedgħin f’Casa Marija, f’St Thomas Community Living u fi djar tar-Richmond Foundation.

Qasam tas-Saħħa Mentali — Taħriġ lill-istaff/professjonisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’taħriġ jingħata fuq bażi annwali lill-istaff/professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali? Jista’ jpoġġi l-lista ta’ taħriġ li ġew organizzati s-sena l-oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni li għandhom id-Dijabete Type 2

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11276, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid kemm minn dawn il-persuni li għandhom id-Dijabete Type 2 imsemmija fit-tweġiba: a. għandhom inqas minn 16-il sena; b. għandhom bejn 17 u 35 sena; c. għandhom bejn 36 u 60 sena; u d. għandhom iktar minn 60 sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-4 ta’ Novembru ta’ din is-sena it-total ta’ persuni li għandhom il-karta s-safra (Schedule V) u li għandhom id-dijabete tat-tip 2 kien 30,292. Minn dawn, 6 persuni li għandhom inqas minn 16-il sena, 312 li għandhom bejn 17 u 35 sena, 6, 977 li għandhom bejn 36 u 60 sena u 22,997 li għandhom iktar minn 60 sena.

Servizz ta' Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm tfal li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali matul is-snin 2017, 2018 u l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minnhom kienu bniet u kemm minnhom kienu subien u jindika l-etajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 kien hemm 90 tfal li rrikorrew għas-servizzi ta’ saħħa mentali li minnhom kien hemm 53 Subien u 40 Bniet. L-Etajiet kienu jvarjaw minn 6 snin sa 17 il-sena. Fl-2018 kien hemm 101 li minnhom 52 kienu Subien u 49 Bniet u l-etajiet kienu jvarjaw minn 6 snin sa 17 il-sena filwaqt li minn Jannar sa sad-29 t’Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 66 tfal li minnhom 37 kienu Subien u 29 Bniet. L-etajiet kienu jvarjaw minn 7 snin sa 18 il-sena.

Ministeru għas-Saħħa – ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Monte Carmeli – Persuni b'diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità residenti fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom huma irġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jindika wkoll l-etajiet, tip ta’ diżabilità’ għandhom u kemm ilhom jgħixu fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentament hemm 20 persuna b’diżabilità residenti fl-Isptar Monte Carmeli li minnhom huma 13 huma rġiel u 7 huma nisa. L-etajiet tagħhom ivarjaw minn 29 sena sa 77 sena u d-diżabilità tvarja minn mobilità, viżwali kif ukoll dik tas-smigħ/diskors.

Sptar Monte Carmeli – Immigranti Irregolari

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew rikoverati immigranti irregolari fl-Isptar Monte Carmeli f’din il-Leġiżlatura sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’kienet ir-raġuni għaliex dawn kienu fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 kien hemm 53 immigrant irregolari li ġie rikoverat fl-isptar Monte Carmeli, fl-2018 kien hemm 79 u minn Jannar sat-30 t’Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 105. Il-kundizzjonijiet li l-maġġor parti ta’ dawn il-persuni li kellhom bżonn il-kura f’dan l-isptar kienu manic episode severe with psychotic symptoms,Suicidal intent, Acute stress reaction, Self harm, Acute stress reaction and adjustment disorders, Depressive disorders episodes, Use of cannabis or and other substance, Intentional overdose, Delirium due to physiological conditions, Anti social personality disorder, Major depressive disorder, Paranoid Schizophrenia,Bipolar affective disorder u current episode mixed.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – stennija għal servizz ta’ x-ray

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11357, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħd jekk is-servizz tal-ultrasound kienx disponibbli dejjem bejn l-20 u l-27 ta' Settembru 2019? Jekk le, jista’ jagħti d-dettalji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-ultrasound fl-isptar Ġenerali t’Għawdex kien disponnibli fl-24 u fis-26 ta’ Settembru fil-ġimgħa msemmija minnu. Ultasounds urġenti ġew riferuti lill-isptar Mater Dei.

Persuni bid-Dijabete — kura fil-kliewi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li qed jiġu kkurati fil-kliewi (nephropathy), konsegwenza tad-dijabete?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 116 pazjenti li jbatu mid-dijabete u li qegħdin jieħdu Renal Replacement Therapy f’Malta u Għawdex, minħabba End Stage Renal Failure.