Jista’ l-Ministru jispjega xi jfisser meta pazjent li jkun rikoverat l-Isptar jgħidu li sar social case? Kemm ilha tintuża din il-frażi għal każijiet bħal dawn? Xi jfisser għall-pazjent meta jibdew jgħidu li issa waqa’ social case, kemm mil-lat ta’ responsabilità kif ukoll minħabba pensjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Isptar Mater Dei ma jintużax it-terminu social case. Meta pazjent ma jkollux aktar bżonn ta’ kura medika, iżda għal xi raġuni ma jkunx jista’ jmur lura fir-residenza tiegħu, dan jissejjaħ Intermediate Care Patient. Dawn il-pazjenti jinqasmu f’żewġ kategoriji: (1) dawk li jkunu qed jistennew biex jiġu trasferiti fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karen Grech u (2) dawk li jkunu qed jistennew biex jiġu trasferiti f’sodod long term care. Sakemm dawn il-pazjenti jkunu għadhom fl-Isptar Mater Dei, jibqgħu taħt ir-responsabbilità tal-konsulent mediku tagħhom.
Ser jibdew jittieħdu passi sabiex pazjenti dikjarati
long term care
, filwaqt li jkunu għadhom fl-Isptar Mater Dei, tibda tinqatalgħhom persentaġġ mill-pensjoni kif jiġri f’kull każ ieħor li jingħata kura f’sodda
long term care
fis-servizz pubbliku tas-saħħa.

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew identifikati bħala social cases matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 fl-Isptar Ġenerali ta’ Malta? Jekk dawn il-każijiet żdiedu, x'jaħsbu li kienet ir-raġuni għal dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jista’ l-Ministru jgħid il-każijiet ta’ pazjenti li ġew reġistrati bħala social case fl-Isptar Ġenerali tagħna matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 minn liema parti ta’ Malta kienu ġejjin u kemm kellhom żmien? Jista’ jgħid ukoll jekk dan in-numru jirriflettix il-lokalità li jkunu ġejjin minnha dawn l-anzjani?

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lil Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol matul is-sena 2010 ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Matul is-sena 2010, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħalset €22,619.56 lil Aequitas Legal.

anzjani li jintbagħtu fid-djar tal-anzjani privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' anzjani li jinsabu fid-djar tal-anzjani privati? Jista' jgħid kemm huma dawk l-anzjani li l-gvern bagħat fid-djar tal-anzjani u kemm qed iħallas il-gvern għal dawn l-anzjani? Jista' jagħti rendikont abbażi tal-aħħar 3 snin? Jista' jgħid kif issir l-għażla sabiex dawn l-anzjani jintbagħtu fid-djar tal-anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ anzjani li jinsabu fid-djar tal-anzjani privati huwa ta’ 1,040.
Matul dawn l-ahhar tlett snin, in-numru ta’ anzjani li l-gverrn bagħat fid-djar tal-anzjani u l-ispiza relatata, huma hekk:
SENA
NUMRU TA’ ANZJANI
SPIŻA
2008
140
€1,071,827.67
2009
164
€2,116,422.45
2010
294
€2,826,627.08
Bi tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija, ninnforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani li jintbgħatu f’dawn id-djar ikunu identifikati li għandhom bżonn kura fit-tul. Meta ma jkollhomx bżonn ta’ iktar kura akuta jew kura ta’ rijabilitazzjoni, u wara li jkunu approvati għal kura fit-tul mill-Admission Board, dawn jiġu riferuti għad-dħul f’dawn id-djar skont il-bżonnijiet ta’ kura tagħhom u postijiet vakanti fl-Iskema tal-private public partnership.
Peress li rċevejt lamenteli minn persuni li qed imorru l-polikliniċi u bereġ tal-gvern biex jimtlewlhom formoli taċ-ċertifikati mediċi għal-liċenzji tas-sewqan u t-tobba qed jirrifjutaw u jibagħtuhom privat, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-bereġ tal-gvern m'hemm ebda regolament jew direttiva biex it-tobba ma jipprovdux ċertifikati mediċi għal-liċenzji tas-sewqan. Madankollu dan huwa fid-diskrezzjoni ta’ kull tabib individwali. Fil-każ ta’ ċertifikat mediku għas-sewqan, it-tabib irid ikun familjari mal-istorja medika tal-klijent li jista’ jkun ibati minn ċertu kundizzjonijiet li jistgħu joħolqu problemi waqt is-sewqan u jkunu ta’ periklu għal terzi persuni. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, i-ċertifikat jista’ ma jinħariġlux.

Jista' l-Ministru jgħid meta
a) inxtrat l-aħħar konsenja tal-mediċini hawn taħt imsemmija:
Extavia (beta Interforeron 1B ;
Enbrel ( etanercept 25mg u 50mg)
Mabthera (Rituximab 500mg)
Avonex (Beta Interferon 1A Injections)
Herceptin (trastuzumab)
Viramun (nevirape)
Velacade(Bortezomib 1mg Vials)
Avastin (bevacizumab) 100mg Vials
b) b'liema prezz u
ċ) mingħand liema aġent/entità, lokalment jew esteru s-segwenti mediċini inxtraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta
a) inxtrat l-aħħar konsenja tal-mediċini hawn taħt imsemmija:
Extavia (beta Interforeron 1B ;
Enbrel ( etanercept 25mg u 50mg)
Mabthera (Rituximab 500mg)
Avonex (Beta Interferon 1A Injections)
Herceptin (trastuzumab)
Viramun (nevirape)
Velacade(Bortezomib 1mg Vials)
Avastin (bevacizumab) 100mg Vials
b) b'liema prezz u
ċ) mingħand liema aġent/entità, lokalment jew esteru s-segwenti mediċini inxtraw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li tmien snin ilu kien waqa' minn fuq il-bridge ta' Regional Road u ilu daqshekk jistenna biex issirlu operazzjoni? Jista' jingħata l-aħħar żviluppi dwar dan il-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25751, għall-benefiċċju tal-qraba tar-residenti, jista' l-Ministru jgħid l-ismijiet ta' dawk id-Djar Residenzjali li kellhom ilment (u l-ilment x'kien) u jekk dawn l-ilmenti ġewx ikkoreġuti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ilmenti li rċieva id-Dipartiment tal-iStandards ivarjaw minn allegazzjonijiet ta’ abbuż fuq anzjani, nuqqas ta’ iġjiene, ilmenti fuq l-ikel, irwejjaħ, lmenti fuq servizzi provduti kif ukoll ilmenti li jirrigwardjaw it-temperaturi tad-djar. Fejn kien hemm bżonn id-Dipartiment għall-iStandards għamel ir-rakkmandazzjonijiet meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet lil min hu responsabbli mid-dar. Xi żmien wara u ċertament qabel ma tiġi imġedda l-liċenza jiġi assigurat li dawn ir-rakkmandazzjonijet ġew fil-fatt imwettqa.
Id-djar konċernati huma: Pax et Bonum, Villa Messina, Villa Robinich, Sa Maison, Marina Palace, Casa Arkati, Charian, Charella, Medina, Casa Antonia, Casa Serena, Roseville.
Jista' l-Ministru jgħid, meta xi ħadd ikun intitolat għal nuċċali b'xejn għaliex ikollu l-kartuna r-roża minħabba li għandu mezzi limitati, dan in-nuċċali li jkun intitolat għalih jingħatax kollu b'xejn, jiġifieri bil-ħġieġ b'kollox, jew inkella l-persuna konċernata tridx tħallas għall-ħġieġ jew għal-lenti tal-istess nuċċali minn butha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull ċittadin Malti huwa intitolat għall-vista tal-għajnejn u riċetta għan-nuċċali b’xejn bħala parti mis-servizzi tas-saħħa li jipprovdi l-gvern. Dawk il-klijenti li għandhom il-kartuna r-roża valida huma wkoll intotolati għall-lenti u frame mingħajr ħlas. Dan isir billi l-klijent jirċievi dettalji mid-Dipartiment tal-Procuerment dwar l-outlets privati tan-nuċċalijiet li jkunu ntgħażlu permezz ta’ tender.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-Crisis Intervention Team fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'inhu l-rwol ta' dan it-tim? Jista' jgħid kemm huma l-membri ta' dan it-tim u x'inhu l-grad tagħhom? Jista' jagħti l-ismijiet tal-impjegati f'dan it-tim? Jista' jgħid minn fejn qed jopera dan it-tim? Jista' jgħid kemm-il każ tratta dan it-tim?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
1. Il-
Crisis Intervention Team
beda jopera b’servizz limitat fis-6 ta’ Dicembru 2010.
2. Il-
Crisis Intervention Team
joffri servizz ta’ l-ewwel għajnuna u
support
mhux fit-tul għal pazjenti, kif ukoll il-familjari tagħhom, li jkunu għaddejin minn emerġenza psikjatrika. Dawn in-nies ikunu esperjenzaw deterjorament konsiderevoli fl-istat mentali tagħhom, u jistgħu ikunu f’periklu imminenti li jiddaħħlu għall-kura ġewwa sptar jew facilità psikjatrika. L-għan tat-
team
huwa li, permezz ta’ kura intensiva għal massimu ta’ 3 ġimgħat, kemm jista jkun jiġi evitat il-bżonn li pazjent jiddaħħal l-isptar għall-kura. Madanakollu, jekk persuna xorta jinħtiġilha tiddaħħal l-isptar, it-
team
jiffaċilita dan biex isir bl-aktar mod dinjituż għall-pazjent.
3. Il-
Crisis Intervention Team
huwa magħmul minn 8 persuni li jokkupaw dawn il-karigi.
4 Registered Mental Nurses
1 Staff Nurse
2 Psikologi (10 siegħat kull wieħed kull ġimgħa)
1 Social Worker
4. Il-
Crisis Intervention Team
qiegħed jopera mill-Isptar Mater Dei minn klinika biswit id-Dipartiment tal-Emerġenza u s-
Psychiatric Out Patients
rispettivament. Minn hawn isiru
assessments
u
follow-ups
tal-pazjenti.
5. Sa nofs Mejju il-
Crisis Intervention Team
ittratta 203 pazjent.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Valuri tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
Pharmacy of Your Choice
Matul is-sena 2010 id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (
POYC
) m’għamilx użu minn servizzi klerikali mill-kuntrattur.
Fit-2011, il-
POYC
ħareġ
Tender
għal servizzi klerikali għal perijodu ta’ sitt xhur, għall-valur ta’ € 6,000 [VAT eskluż]. Il-kuntratt ingħata lil
Khiron Security.
Government Pharmaceutical Services (GHPS)
Il-Kumpanija
Secreterial Services Limited
ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi servizzi klerikali lil GHPS.
Il-valur tas-servizzi pprovduti matul is-sena 2010 ammontaw għal € 67,069, filwaqt li għall-perjodu Jannar sa Marzu 2011, il-valur kien ta’ € 16,754.
Il-fattura għas-servizzi li ngħataw f’April 2011 għadha ma waslitx, madankollu, għandha tammonta għal madwar € 5,500.
Primary Health Care Department
Il-Kumpanija
Support Services Limited
ingħatat il-kuntratt biex tipprovdi servizzi klerikali lil
Primary Health Care.
Il-valur tas-servizzi pprovduti matul is-sena 2010 ammontaw għal €65,089, filwaqt li għall-perjodu Jannar sa Marzu 2011, il-valur kien ta’ € 16,547.
Il-fattura għas-servizzi li ngħataw f’April 2011 għadha ma waslitx, madankollu, għandha tammonta għal madwar € 5,600.