Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' back office

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31068 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li diffiċli ħafna tiddentifika min jagħmel xogħol ta’ back office biss peress li minkejja li kull entità għandha l-istrutturi tagħha u kull impjegat huwa mistenni li jagħmel kull xogħol meħtieġ skont l-esiġenzi.

rapport dwar meter li hu ħażin

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi dwar l-għadd ta’ rapporti li għamlet il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-meter tagħhom il-ġdid jinsab wieqaf minkejja li dan suppost ħa post meter ieħor antik li ġie mibdul għax spiċċa wieqaf ukoll?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Qliegħ mis-sussidjarja tal-Enemalta u l-Gvern, l-MOBC — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-qliegħ jew telf li għamlet is-sussidjarja tal-Korporazzjoni Enemalta u l-Gvern, l-MOBC mis-sena 2006 'l quddiem sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kwestjoni dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raguni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha żmien twil tikkuntattja l-ARMS Ltd sabiex jinħarġilha kont attwali tad-dawl u ilma u mhux biss stima, sa minn Marzu 2011 u dejjem jingħataw it-tweġiba li m'għandhomx għalfejn jinkwetaw, filwaqt li baqgħu ma rċevewx il-kont uffiċjali mitlub?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ARMS Ltd minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Enemalta — ħlas lil ditta ta' awdituri

Question

Jista' l-Minisstru jgħid kemm tħallset id-ditta tal-awdituri PWC mill-Korporazzjoni Enemalta għas-servizzi tagħha sena b’sena mis-sena 2008 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

liċenzja tat-TV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif wara dak li ġie mħabbar fil-budget fir-rigward tal-liċenzja tat-TV, xorta waħda ħarġu kontijiet għas-sena 2012, jiġifieri r-renewal hija minn Diċembru 2011 sa Diċembru 2012? Fil-budget ma ntqalx li mis-sena d-dieħla din il-liċenzja mhux se tinġabar aktar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30936.

kwestjoni dwar kuntratt tal-community care workers

Question

Peress li ġew iffirmati l-kuntratt tal-community care workers iżda minkejja dan dawn il-care workers għadhom ma bdewx jaħdmu u peress li jidher li l-proċess waqaf għaliex hemm xi kumplikazzjonijiet konnessi ma' finanzi u allura huwa repsonsabbli l-Ministeru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan kollu u jgħid meta din il-problema se tiġi riżolta biex appuntu dawn il-care workers jibdew jaħdmu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — tisfija tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-volum li l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex kapaċi jipproċessa f'sena? Jista’ jgħid meta ġie inawgurat dan l-impjant u x’inhu l-volum li pproċessa kull sena mill-2000 sal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

volum ta’ drenaġġ iġġenerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

informazzjoni dwar konsum tal-ilma fl-oqsma differenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma fl-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-agrikoltura u fil-qasam domestiku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

KSI — clearance biex jinbidlu mains tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm qiegħda ddum il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tagħti l-clearances tagħha ħalli jiġi deċiż jekk għandhomx jinbidlu l-mains tal-ilma meta xi kunsill lokali jkun se jagħmel xogħol ta' rikostruzzjoni fit-toroq tal-lokalità tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tinforma lill-kunsilli lokali dwar jekk hemmx bżonn bdil ta’ mains tal-ilma meta jkun se jsir xogħol ta’ rikostruzzjoni fi żmien ġimgħa.

Prodott Gross Domestiku — kontribut tal-biedja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30653, jita' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ikkontribwixxa għat-tnaqqis tal-perċentwal tal-kontribut tal-biedja għall-prodott gross domestiku mill-2006 sal-2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis f’termini ta’ perċentwali fil-kontribut tal-biedja lokali lejn il-Valur Miżjud Gross (Gross Value Added) matul dawn l-aħħar ħames snin kien l-aktar dovut għall-fatt li l-ekonomija Maltija kibret b’rata aktar mgħaġġla mir-rata tat-tkabbir tas-settur agrikolu. Il-biedja lokali rreġistrat żieda fil-Valur Miżjud Gross meta mqabbel mas-sena ta’ qabel ħlief fl-2007 meta kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni tal-għeneb, inbejjed u laħam, u fl-2010 meta kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni tal-frott, ħxejjex u bajd fost oħrajn.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Promozzjonijiet għall-miżuri tal-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu u/jew ġew committed f'riklami fil-media, inkluż ġurnali u magazines bħala promozzjoni għall-miżuri tal-budget s'issa? Kif jipparaguna dan man-nefqa pubbliċitarja tas-sena l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont minfuq u/jew committed għal riklami b’informazzjoni għall-pubbliku ġenerali dwar il-miżuri u l-inizjattivi tal-Baġit 2012 huwa ta’ €96,689.45. L-ammont minfuq is-sena li għaddiet kien €69,927.20.

negozju żgħir — għajnuna mill-gvern u mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30966 u 30531 u jgħid x'tip ta' għajnuna hemm mill-gvern u mill-banek għal min jiftaħ xi negozju żgħir?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30531.

Ċirkewwa — tneħħija ta' barriers proviżorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30991u jgħid min ta l-ordni biex jitneħħew il-barriers li saru proviżorjament fuq il-moll taċ-Ċirkewwa wara l-inċident fatali li seħħ dan l-aħħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm żewġ tipi ta’ barriers fiż-żona msemmija li tip wieħed minnhom biss jaqa’ taħt il-kontroll tal-Gozo Channel. Dawn tneħħew proviżorjament biex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fiż-żona msemmija u flokhom il-kuntrattur waqqaf barriers oħra biex jiġi kkontrollat l-aċċess għal din iż-żona ta’ kostruzzjoni.. Wara l-inċident tat-2 ta’ Diċembru, il-Gozo Channel irċeviet istruzzjonijiet mill-pulizija biex, minkejja li kienu telgħu l-barriers tal-kuntrattur, jitpoġġew ukoll il-barriers tal-Gozo Channel. Qabel id-data tal-inċident, il-barriers kienu jittellgħu jew jitneħħew skont in-neċessita’ ta’ l-aċċess għal Quay 1 jew iż-żona lil hinn minn Quay 1 li tintuża kontinwament mill-kuntrattur kif ukoll bħala parkeġġ fejn dawn l-esiġenzi għadhom relevanti sal-illum.

Gozo Channel — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31003 u 30795 u jgħid kemm ġew impjegati nies mal-Gozo Channel f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema grad jew mansjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet tal-applikazzjonijiet relattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

każ tal-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30970 u jara li l-ħaddiema tal-ARMS Ltd jindirizzaw il-problema li għandu l-individwu , li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn il-kont tiegħu qed jiġi kkalkulat fuq three phase meta hu għandu single phase?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lil-ARMS Ltd, li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Service Dispatchers għall-Korporazzjoni EneMalta

Question

B'referenza għall-mistoqsija u t-tweġiba preċedenti dwar il-ħatra ta' service dispatchers għall-Korporazzjoni EneMalta, jidher li hemm inkorrettezzi għaliex din l-applikazzjoni kienet tgħid speċifikament li l-messaggiera se jingħataw prijorità, jista' l-Ministru jgħid kif messaġġier li m'għandux esperjenza ta' dan ix-xogħol intqal li se jingħata prijorità, meta fit-tweġiba tiegħu, issemmiet l-esperjenza? Ladarba l-kandidati bilfors kellu jkollhom esperjenza, jista' jgħid messaġġier x'esperjenza għandu? Is-service despatchers preżenti x'esperjenza kellhom fil-passat? Dawn ma ngħatawx it-taħriġ? X'esperjenza jista' jkollhom dawk li ntbagħtu permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Filwaqt li l-applikazzjoni kienet tgħid li: 'Applicants:- [a] must be in possession of a valid driving licence; [b] must be computer literate and [c] will be submitted to a written examination designed to assess their ability to express themselves in Maltese and in English and only those who qualify from this examination will be called for an interview related to the duties of this grade.'; jiġifieri l-esperjenza ma kenitx mitluba; għaliex allura persuna li għandha ħames snin esperjenza ta' dan ix-xogħol, għax kienet taghmlu qabel, minn call centre privat u minn call centre tal-Korporazzjoni Enemalta stess, u l-kwalifiki kollha mitluba, ma ġietx magħżula għal dan il-post?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-proċess tal-għażla għall-pożizzjonijiet ta’ Service Dispatchers fil-Korporazzjoni Enemalta, hemm ftehim bejn il-Korporazzjoni u l-General Workers’ Union illi l-ewwel preferenza għandha tingħata lil messaġġiera. Skond il-Ftehim Kollettiv tal-Korporazzjoni, għal kull sejħa għall-applikazzjonijiet, għandu jkun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. F’dan il-każ intlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet li m’għandu jinbidel xejn mill-applikazzjoni ta’ Service Dispatchers li kienet ħarġet qabel din. Ninsab infurmat ukoll li fil-passat meta kienet ħarġet qabel din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kien hemm applikanti li ma kienux għaddew u b’inizjattiva tagħhom stess tgħallmu iktar fuq dan ix-xogħol sabiex meta reġgħet ħarġet l-istess sejħa għall-applikazzjonijiet, dawn setgħu jerġgħu japplikaw u joqogħdu għall-proċess tal-għażla. Fir-rigward tal-mistoqsija preżentata fuq kandidati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, nikkonferma li l-ebda kandidat min din il-Korporzzjoni qatt ma ġie kkunsidrat għal din il-pożizzjoni. Il-persuna msemmija mill-interpellant, li kellha ħames snin esperjenza ta’ Customer Care twieġeb it-telefon u tagħti numri tad-Direttorju lill-klijenti huwa xogħol li avolja importanti, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ta’ relevanza għan-natura ta’ xogħol tas- Service Dispatchers , li għandhom ir-responsabbilta’ li jiggwidaw kemm sezzjonijiet oħrajn interni fuq ħsarat u talbiet għal xogħol ieħor tekniku, kif ukoll li jiggwidaw lill-klijenti individwali fit-talbiet speċifiċi li huma jkunu qed jagħmlu, li jinkludi ukoll li joffru għajnuna mill-ewwel sabiex isolvu xi ħsarat huma stess minn fuq it-telefon. Bir-rispett kollu, wieħed irid jikkonsidra li dawn it-talbiet li jsiru lis- Service Dispatchers huma normalment affarijiet ta’ natura urġenti, teknikament iddetaljati u mhux sakemm wieħed jgħaddi messaġġ. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni Enemalta terġa’ tiddikjara li ħadd mill-kandidati li ppreżentaw rwieħhom għall-proċess tal-għażla ma laħaq il-livell neċessarju sabiex jaħdmu f’dan it-tip ta’ xogħol ta’ natura importanti u sensittiva, u għal din ir-raġuni ma ntgħażel ħadd mill-applikanti għall-pożizzjonijiet ta’ Service Dispatcher .