B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16962 dwar il-ġebel kbir li hemm fix-Xatt tal-Kalkara li qed iwassal biex id-dgħajjes ma jistgħux jorbtu max-xatt, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi risposta? Jista’ jgħid ukoll kif din il-problema tista' tissolva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-aħħar update ta’ tallinja app?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tallinja App ġiet żviluppata b’investiment dirett mill-operatur privat li jopera s-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta u f’Għawdex, jiġifieri il-Malta Public Transport. Din is-sistema tiġi mantenuta u upgraded mill-istess kumpanija bi spejjeż tagħha. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija ikkunsidrata bħala kummerċjalment sensittiva u li ma tistax tiġi provduta minn naħa tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost tallinja app qed turi fejn ikunu waslu l-karozzi tal-linja, real time?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operatur tat-Trasport Pubbliku, Malta Public Transport, nieda funzjoni ġdida f’Tallinja App li biha l-klijent ikun jista’ jsegwi l-moviment tal-karozza tal-linja fuq il-mappa ta’ Tallinja App innifisha. Tali nformazzjoni hija disponibbli f’ħin reali.
B’din il-funzjoni ġdida, apparti li passiġġier ikun jaf kemm għad fadal ħin sabiex tasal il-karozza tal-linja, ikun jista’ jara wkoll il-karozza miexja fuq il-mappa u fejn waslet.
Aktar kmieni din is-sena tnediet ukoll funzjoni oħra li biha t-Tallinja App tkun aġġornata b’tibdil fir-rotot kawża ta’ għeluq ta’ toroq. Dawn u aktar titjieb fit-Tallinja App qed iwasslu sabiex aktar nies iniżżlu l-App fuq il-mobile tagħhom. Saħansitra fix-xahar t’Awwissu kien hemm 73,000 persuna li użaw din l-App.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus shelters f’Malta li għandhom soqfa tal-perspex trasparenti? Peress li dawn is-soqfa huma trasparenti, x’tip ta’ kenn jistgħu jagħtu lill-passiġġieri li jkunu qed jistennew fil-qilla tax-xemx? Hemm xi pjan biex is-soqfa ta’ dawn il-bus shelters jinbidlu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew għat-test tas-sewqan u liema hi l-iktar data ’l bogħod għat-test tas-sewqan?
Jista’ jgħid ukoll
i. kemm kien hemm testijiet tas-sewqan fl-2023;
ii. kemm minn dawn il-persuni għaddew mit-test;
iii. kemm weħlu mit-test;
iv. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tieni test;
v. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tielet test u
vi. kemm kien hemm li ppruvaw it-test iktar minn tliet darbiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-ġurnata ta’ llum hemm total ta’ 4,630 applikazzjoni pendenti. L-eqdem applikazzjoni hija datata 23 ta’ Ġunju 2024.
i. kemm kien hemm testijiet tas-sewqan fl-2023; - 16,601
ii. kemm minn dawn il-persuni għaddew mit-test; - 8,137
iii. kemm weħlu mit-test; - 8,464
iv. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tieni test; - 1,833
v. kemm kien hemm persuni li għaddew mit-tielet test; - 613
vi. kemm kien hemm li ppruvaw it-test iktar minn tliet darbiet; - 351
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għaddew mit-test tas-sewqan fl-2024, maqsuma għal kull xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li weħlu mit-test fl-2024, maqsuma għal kull xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru 2024, total ta’ 6,858 persuna għaddew mit-test tas-sewqan, filwaqt li total ta’ 8,162 persuna fallew l-istess test.
Xahar
Għaddew
Fallew
Jannar
1,000
1,168
Frar
840
1074
Marzu
772
1072
April
795
1074
Mejju
931
1027
Ġunju
642
665
Lulju
686
747
Awwissu
677
672
Settembru
515
663
Totali:
6,858
8,162
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm toroq residenzjali ppjanati biex jiġu tranġati sal-aħħar tas-sena 2024 u f’liema lokalità qegħdin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkollabora mal-Enemalta f’xogħlijiet infrastrutturali f’numru ta’ lokalitajiet, b’impenn biex tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-enerġija. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed taħdem fil-qrib mal-Kunsilli Lokali biex titkompla l-ħidma f’toroq residenzjali bix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsilli Lokali pproponew
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22582 u jgħid kemm-il permess għal parkeġġ blue badge kien hemm sal-aħħar ta' Settembru 2024 u jaqsam dan l-ammont skont jekk dawn humiex parkeġġi komunali, personalizzati, eċċ.? Jista’ jgħid ukoll minn dawn, kemm kienu għal nisa u kemm kienu għal irġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permessi għall-parkeġġ blue badge inħadmu sa l-aħħar ta’ Ottubru 2024 u huma maqsuma skont il-punti segwenti:
§ Permessi Komunali: 2,066
§ Permessi Personalizzati: 1,972
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-etajiet ta’ dawk il-permessi personalizzati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-għeluq tal-Pjazza tal-Mosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta hija Awtorità Regolatorja u għaldaqstant mgħandiex bżonn kuntratti biex tagħlaq triq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21180, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux kampanji edukattivi aktar diretti matul dawn it-tliet xhur, billi diversi drabi sewwieqa tal-Y-Plates jaqbdu u jieqfu mar-roundabouts?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tara li r-regoli tas-sewqan jiġu osservati minn kull sewwieq fit-toroq ta’ pajjiżna, kemm dawk li jsuqu vetturi privati, dawk kummerċjali, kif ukoll sewwieqa tal-Y Plates. Dan is-suġġett ser ikun qed jifforma parti mill-kampanja edukattiva li ser titnieda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024 ippartecipajt f’laqgħa informali tal-Ministri tat-Trasport li saret f’ Budapest, bejn id-19 u l-20 ta’ Settembru.
Barra minn hekk, bħala parti mill-impenji li ġejjin, se nkun qed nattendi wkoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport li ser isir fil-5 ta’ Diċembru fi Brussell.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20786, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid meta l-proġett tal-Pjazza tal-Birgu se jkun kompletament lest?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Birgu huma ppjanati li jitlestew għal bidu tas-sena 2025, diment li ma jkunx hemm sejbiet ta’ valur arkeoloġiku oħra li jtawlu l-proċess ta’ tlestija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21689 u jgħid minn meta nfetaħ Ġnien Kottonera f’Bormla f’2007, x’kienet il-manutenzjoni li saret f’dan il-ġnien u kemm intefqu flus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fil-bypass tas-Siġġiewi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ħal Qormi — Triq l-Imdina - Speed cameras - Ċitazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet relatati mal-ispeed camera fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi bejn Jannar 2020 u Ottubru 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22048 u 22439 u jgħid kienx hemm żviluppi dwar l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tal-parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti iktar dettalji ta’ kif se tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ f’Ħal Qormi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern għaddej bi proċess ta’ konsultazzjoni li tinkludi l-imsieħba soċjali u anke l-oppożizzjoni dwar sensiela ta’ miżuri li fosthom hemm numru ta’ proposti dwar parkeġġ. Nieħu l-okkażjoni biex nistieden lill-pubbliku u lill-imsieħba soċjali sabiex jikkontribwixxu f’din id-diskussjoni.
B'referenza għal Mistoqsija Parlamentari 13187, jista' l-Ministru jaġġorna r-risposta bil-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati Enforcement Officers ma' Transport Malta minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.