Transport Malta – Intelligent electronic traffic signs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għandhom intelliġenti l-Intelligent Electronic Traffic Signs li ġew istallati mill-Awtorità għat-Trasport f'Malta f'numru ta' toroq f'Malta u Għawdex u li s'issa ħlief juru l-istess messaġġi b'mod ripetut mhumiex jagħmlu? Jista' jgħid kemm tammonta l-ispiża biex ġew mixtrija u installati dawn is-sinjali? Jista' jgħid x'sar mid-dikjarazzjoni pubblika li huwa għamel f'Novembru 2017 u ċjoè li l-imsemmija tabelli se jibdew jaħdmu b'mod intelliġenti minn Jannar 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra
Transport Malta – soluzzjoni għall-problema ta’ traffiku mis-Siġġiewi lejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet l-Awtorità għat-Trasport f'Malta min-nhar it-2 ta' Ottubru 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari sabiex tissolva l-problema kbira ta' konġestjoni tat-traffiku li jiltaqgħu magħha s-sewwieqa b'mod partikolari fil-ħinijiet ta' filgħodu biex joħorġu mis-Siġġiewi lejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi u ċjoè fil-parti fejn tinsab ir-roundabout bejn Triq is-Siġġiewi u Triq l-Imdina f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra
Ħal Qormi – Triq il-Kanun – xogħol ta’ bdil ta’ servizzi u asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ bdil ta’ servizzi u asfaltar fi Triq il-Kanun Ħal Qormi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq l-ewwel parti ta’ Triq il-Kanun, madwar 75% tax-xogħol huwa konkluż. Inbeda x-xogħol fuq it-tieni parti, bit-tibdil ta’ mains tal-ilma, u l-kumplament tax-xogħlijiet inkluż l-asfaltar tat-triq mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Peress li fi Triq Dun Marju Ħal Qormi jgħaddi ammont mhux ħażin ta’ ilma, jista’ l-Ministru jgħid għadx hemm il-ħsieb li jsiru xi culverts sabiex tittaffa l-problema?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarget sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol u hu maħsub li dan ix-xoghol jinbeda fil-futur qasir.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li x-xogħol li kien qed isir minn Transport Malta fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta jitkompla bla dewmien ta’ żmien, peress li jidher li l-kuntrattur telaq minn fuq lant tax-xogħol u hemm ħafna periklu fit-triq li jeħtieġ li jitneħħa fl-inqas żmien possibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-imsemmija triq se jkunu qed jitkomplew fil-ġranet li ġejjin.
Il-Mosta – Vjal l-Indipendenza salib it-toroq ma’ Triq il-Mitħna – rubber bollards
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta, salib it-toroq ma’ Triq il-Mitħna, jitkomplew jitwaħħlu aktar rubber bollards sabiex ikunu evitati aktar inċidenti, peress li f’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm kważi inċident kull ġimgħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta għaddejja bi proġett ta’ titjib u kisi b’asfalt ġdid tat-triq imsemmija. It-tagħmir ta’ saħħa u sigurtà indikat ser jitwaħħal mill-aktar fis, hekk kif jitlesta l-wiċċ ġdid ta’ din it-triq.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-teħid ta’ parti mill-bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) b’rabta mal-proġett ta’ bini ta’ appartamenti li għaddej bħalissa fl-istess triq imsemmija, hijiex xi ħaġa fuq bażi temporanja u sakemm jitlesta l-bini indikat inkella ser tkun qed tittieħed b’mod permanenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li permezz ta’ Applikazzjoni PC 46/13, kienet ġiet Approvata Service Road u saru modifikazzjonijiet li permezz tagħhom tneħħiet anomalija u periklu li preċedentement kien jinħoloq minħabba li f’dik il-parti msemmija minħabba sewqan eċċessiv it-triq kienet saret perikoluża.
Jista’ l-Ministru jneħħi bus stop li hemm fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan li jinsab bla shelter peress li hemm bus stop bix-shelter Spinola u bus stop ieħor bix-shelter Pender li lanqas hemm 85 metru bogħod?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti l-aktar riċenti dwar il-billboards u r-reklamar li jintużaw minn Transport Malta biex jagħtu jew jirrifjutaw approvazzjonijiet għall-billboards?
Response (BORG, IAN)
L-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet dwar il-billboards u r-reklamar huwa regolat taħt l-Avviz Legali 36 ta’ 2018 liema regolament qiegħed jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3500 u jgħid, taħt l-iskema ta' fidi ta' ċnus temporanji jew perpetwi ta' proprjetà regolata mill-ftehim bejn il-Knisja u l-Istat tal-1991, kemm kien hemm proprjetajiet residenzjali:
a. miżmuma b'ċens temporanju; u
b. miżmuma b'ċens perpetwu;
li ġew mifdija? Jista jikklassifika l-informazzjoni tal-proprjetà hekk mifdija b'dawk ta':
i. kejl sa 270 metru kwadru ta' spazju abitabbli; u
ii. dawk ta' kejl ta' aktar minn hekk?
Kemm f'dawn il-każijiet kien hemm sidien li fdew aktar minn proprjetà waħda miżmuma minnhom b'dan it-titolu ta' ċens?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għad-daqs sostanzjali ta’ informazzjoni li qeda tigi mitluba, kif ukoll għal raġunijiet li din l-informazzjoni qegħda mifruxa fuq diversi snin u ddokumentata f’serje ta’ arkivji differenti fi ħdan l-Ufficju Konġunt, huwa fil-mument fiżikament impossibli li din tiġi kompilata kollha u provduta kif mitlub.
Qed naħdmu wkoll biex jitkompla u jitlesta eżerċizzju ta’ diġitaliżżazjoni ta’ informazzjoni kemm fi ħdan l-Ufficju Konġunt kif ukoll fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet, li permezz tiegħu se nkunu qegħdin f’pożizzjoni aħjar li nipprovdu dan it-tagħrif.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3501 u jgħid x'kienu u x'inhuma l-policies u/jew skemi li adotta l-Uffiċċju Konġunt minn meta fl-1991 sar il-ftehim bejn il-Knisja u l-Istat dwar il-Proprjetà tal-Knisja? Jista' jagħti t-titolu ta' kull policy/skema u d-data ta' meta ġiet adottata, u f'kull każ, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni jew l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li permezz tagħhom ġabuhom għall-attenzjoni pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa mit-twaqqif tal-Uffiċċju Konġunt fl-1993 kien hemm erbgħa (4) skemi ta’ fidi ta’ cens/xiri ta’ propjeta’ residenzjali.
Fl-1996 kienet ġiet varata skema ‘Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens’, li permezz tagħha inkwilini li kienu joqogħdu f’propjetà amministrata mill-Uffiċċju Konġunt bħala residenza ordinarja setgħu jixtru l-imsemmija propjetà. Taħt l-istess Skema, ċenswalisti ta’ ċens temporanju ta’ aktar minn 30 sena, kif ukoll ċenswalisti ta’ ċens perpetwu fuq proprjetajiet li kienu jintuzaw ukoll bħala r-residenzi ordinarji taċ-ċenswalisti, setgħu wkoll jifdu ċ-ċens tagħhom permezz tal-istess Skema.
Skemi simili kienu ġew varati fl-1998, 2002 u l-2012.
Permezz ta’ Avviz fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ Jannar 2008, ċenswalisti ta’ ċens perpetwu rivedibbli fuq propjetatjiet tal-Gvern, setgħu jagħmlu talba lill-Uffiċċju Konġunt sabiex jifdu ċ-ċens fuq il-propjeta’ in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4481 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li taħt iċ-ċimiterju ta’ Ħal Għargħur, hemm bir, li wara li tagħmel ix-xita, jagħmel l-ilma u jidħol fi blokka appartamenti ġo sqaq il-ħofra, bil-periklu ta’ ilma li jidħol fil-lifts u fil-garaxxijiet u jkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti, jista’ l-Ministru jara li dan il-bir jissewwa ġaladarba s-sid ta’ dan il-bir huwa l-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti li ġew impjegati mal-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru huma kif jidhru fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?
Il-Mosta — Triq il-Kbira - Traffic Calming Measures
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3676, jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta, f’ħidma b’risq aktar sigurtà fit-toroq tagħna, jieħu l-passi neċessarji biex jara li dawk ir-road humps li rrefera għalihom fl-istess mistoqsija parlamentari jkunu fit-triq imsemmija, għaliex illum, fi Triq il-Kbira mill-pjazza lejn id-direzzjoni tan-Naxxar ma baqa’ xejn minn dawk il-calming measures?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimghat li ġejjin Transport Malta se tkun qed tara l-bżonnijiet tal-inħawi msemmija u għalhekk dawn il-miżuri mistennija jerġgħu jsiru.
Jista’ l-Ministru jara li tiġi introdotta venda ġdida għat-trasport pubbliku ġo l-Isptar Mater Dei biex dan is-servizz tant importanti jkun aktar organizzat u jitnaqqas il-periklu ta’ ffullar li qed jinħoloq bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ittieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment, liema suġġeriment ser ikun qed jiġi kkunsidrat aktar il’quddiem.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – transfers lil ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer lil ħaddiema ħareġ mill-entitajiet/dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, kull entità/dipartiment separatament minn Ġunju 2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Minn liema entità/dipartiment għal liema entità/dipartiment sar kull transfer? X’kienet ir-raġuni li sar kull wieħed minn dawn it-transfers?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – aġenziji tal-ivvjaġġar
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' dawk l-aġenziji tal-ivvjaġġar li taw servizz lid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jinkludi s-servizzi li ġew ipprovduti minn kull aġenzija flimkien mal-ammont minfuq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Trasport Pubbliku — Rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jispeċifika il-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.