Jista' l-Ministru jagħti l-koordinati tal-bir Medina Bank 1 li kien tħaffer fl-1980 iżda ġie sospiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il ko-ordinati tal-bir Medina Bank 1, li kien tħaffer fl-1980, jitqiesu bħala informazzjoni kunfidenzjali, iżda din l-informazzjoni tiġi mgħoddija fuq bażi kunfidenzjali bħal informazzjoni oħra lill-kumpanniji taż-żejt li jkunu qed jevalwaw l-acreage ta’ Malta.
Għaldaqstant il-Gvern lest li jgħaddi din l-informazzjoni lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali.
Blata kontinentali ta' Malta — limiti ġeografiċi - Punent ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-koordinati tal-limiti ġeografiċi tal-pretenzjonijiet fuq il-blata kontinentali ta' Malta tal-Gvern Tuneżin u l-Gvern Taljan fil-punent ta' Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-pretenzjonijiet tal-Gvern Malti huma bbażati fuq Government Notice 286 tal-2002.
Blata kontinentali ta' Malta — limiti ġeografiċi - Lvant ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-koordinati tal-limiti ġeografiċi tal-pretenzjonijiet fuq il-blata kontinentali ta' Malta tal-Gvern Libjan u l-Gvern Taljan fil-Lvant ta' Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-pretenzjonijiet tal-Gvern Malti huma bbażati fuq Government Notice 286 tal-2002.
Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin — Open Weekend - adverts fuq ġurnali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw adverts lill-ġurnali tal-open weekend fl-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin? Lil liema ġurnal ngħataw? Kemm kienet l-ispiża involuta ġurnal b'ġurnal?
B'referenza għall-Impjant il-ġdid ta' Riċiklaġġ f'Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jindika jekk issa li ġie inawgurat dan l-Impjant, kull xogħol ta' bini fl-istess impjant spiċċax? Jekk le, x'fadal x'jinbena? Jista' jispjega liema huma t-tentative dates li għandu quddiemu l-Gvern għall-ftuħ tal-partijiet l-oħra li se jiffurmaw parti mill-impjant il-ġdid? In oltre issa li l-impjant ġie inawgurat jista' jispjega kemm il-tunnellaġġ ta' skart se jiġi trattat u kemm se jiġi trattat fil-futur prevedibbli? Mill-ammont totali kollu ta' skart li jiġi prodott f'pajjiżna x'se jibda jsir fl-immedjat u għas-snin li ġejjin minn dak l-iskart li ma jiġix trattat fl-Impjant ta' Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin? Ġew identifikati postijiet għall-bini ta' impjanti oħra ta' riċiklaġġ? Fejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-uniku bini li fadal jitla hu parti mill-uffiċini ta’ l-amministrazzjoni. L-faċilitajiet tat-trattament ta’ l-iskart solidu fl-Impjant ta’ Sant’Antin issa kollha qed joperaw. L-impjant se jitratta 71,000 tunnellata, li huwa l-ammont ta’ skart kif stipulat fil-permess tal-MEPA. Fil-preżent l-ammont ta’ skart li ma jiġix trattat fl-Impjant ta’ Sant’Antnin qed jittieħed fl-Engineered Landfill ta’ l-Għallis. Fil-futur se jkun hemm żewg impjanti oħra f’pajjizna biex jittrattaw dan l-iskart. L-Istrateġija Nazzjonali għall-Immaniġjar ta’ l-Iskart titkellem fuq żewġ impjanti ghat-trattament ta’ l-iskart wieħed fit-Tramuntana ta’ Malta u ieħor f’Għawdex. Il-proċess tal-permess li jinkludi l-għazla tas-sit qed titmexxa mill-awtorita’ kompetenti li hija l-MEPA.
Impjant ta' Sant' Antnin — terms of reference, responsabilitajiet u l-poteri tal-monitoring board
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min se jkun kompost il-monitoring board dwar il-kwalità tal-arja ta' madwar l-impjant ta' Sant' Antnin? Jista' jgħid x'se jkunu t-terms of reference , ir-responsabbilitajiet, u l-poteri li se jkollu dan il-board? Jista' jgħid għal liema parameters, jiġifieri liema gassijiet, liema elementi kimiċi, liema daqs ta' particulate matter, u liema karatteristici oħra tal-kwalità tal-arja se jkunu mistennija li jsir monitoring dwarhom? Min huwa l-kuntrattur li ġie mqabbad biex jissupplixxi l-apparat xjentifiku neċessarju biex isir dan it-tip ta' monitoring? Kif saret l-għażla ta' dan il-kuntrattur, b'sejħa għall-offerti, jew b'direct order? Kemm huwa stmat li se jqum dan l-apparat? Min se jħallas għalih, il-gvern, jew il-Wasteserv? Il-poplu se jkollu aċċess għar-riżultati in real time, jew hemm xi sistema oħra kif ir-riżultati tal-kwalità tal-arja jiġu mgħoddija lill-pubbliku?
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ġnien tal-Argotti l-Furjana, kemm intnefqu flus u kemm sar xogħol f'sigħat f'restawr tal-monumenti, ħwat tal-ilma, ħitan u pavimentar fl-aħħar sentejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Ministeru tiegħi kien involut fix-xoghol tal-bini mill-ġdid tal-ħajt li jagħti għat-triq. Ix-xogħol fuq dan il-proġett ġie jiswa €157,140.25. Infakkar li parti mill-istess ġnien hija amministrata mill-Università.
B'referenza għall-għajnuna finanzjarja li jingħad li ngħatat lill-NGOs li jikkonċernaw il-ħarsien tal-anninamli (imxandra bħala €450,000), jista' l-Ministru jagħtina breakdown ta' kif ġew imqassma dawn il-fondi u meta ġew imqassma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-NGOs apparti li ingħataw għajnuna diretta mill-Gvern gawdew minn numru ta inizjattivi bħal ftuħ taċ-Ċentru San Franġisk u servizz ta ambulanzi.
Fl-2008 skond proposti li għamlu l-NGOs stess tqassmu dawn l-ammonti f’għajnuna diretta;
SPCA €102,500, AAA
€10,712,Animal Rights Group €1,100, Island Sanctuary
€10,712,Tomasina € 876, SASG € 7,307,Share Malta Foundation €3,000,SPCA Gozo
€10,000. Barra minnhekk l-NGOs gawdew minn skema ta’Neutering li tammonta għal
€175,000 u min investiment fil-bini taċ-ċentru f’ Ta’ Qali €150,000
Fis-sena 2009 Noah's Ark ingħatat €30,000 biex operat servizz ta’ ambulanza u biex sar aktar fencing fuq aktar min 20 tomna art tal-gvern li naghtatilhom għal użu tas-santwarju. Noah’s Ark irċeviet ukoll €2800 biex jinxtraw kennels u €1300 biex tigi nstalata CCTV. €1000 ingħataw lil AAA biex installaw CCTV u € 800 biex intbagħtu l-Ġermanja madwar 40 kelb għal adozzjoni. Inħarget ukoll tender ta' €60,000 biex jissewew klieb u qtates mill-NGOs.
Fis-sena 2010 tlesta u nfetaħ iċ-Ċentru San Franġisk bi spiża ta €300,000 u beda joffri servizz ta’ sptar għal -annimali 24 siegħa kuljum.
Jekk mal-għajnuna diretta wieħed jgħodd l-għajnuna indiretta li qed igawdu minnha l-NGOs wieħed isib li l-Gvern nefaq ‘l fuq minn €700,000 fl-aħħar tliet snin.
Tajjeb ukoll jingħad li minn Frar 2008 minn meta ġie stabbilit l-AWD intefqu ammont sostanzjali ta flus biex ġie provdut bi tlett ambulanzi u tmien uffiċjali magħmra u imħarga biex jinvestigaw każijiet ta’ krudelta u kif ukoll salvataġġ ta annimali mweġġa permezz ta’ servizz ta’ ambulanza li taħdem 24 siegħa kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet li suppost jaħdem il-librar li hemm jieħu ħsieb il-librerija fi Project House il-Furjana? Kif jiġi aċċertat li dan l-impjegat jaħdem il-ħin tax-xogħol kif suppost?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li il-librar li jieħu ħsieb il-librerija fi Project House jaħdem mit-8.30 sas-6.00 bi tliet kwarti break fix-xitwa, u mit-8.00 sas-2.00 fis-sajf. Dan l-impjegat irid jippanċja fuq il-finger reader l-attendenza tiegħu kuljum.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra:
a) kemm ġew stampati inviti għall-istediniet tar-riċeviment in konnessjoni mal-inawgurazzjoni tal-Impjant għar-Riċiklaġġ f'Sant'Antnin;
b) fejn ġew stampati;
ċ) x'kienet l-ispiża totali tal-istampar tal-inviti, tal-inviti nfushom u t-tqassim tagħhom; ħaġa b'ħaġa; u
d) jekk l-ogħti tal-ordni tal-istampar tal-inviti saritx b'direct order jew inkella b'tender?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern għandu obbligu li jinforma lill-poplu bil-proġetti li jkun qed iwettaq. Dan l-obbligu wkoll riaffermat mir-regoli tal-UE. Jien infurmat illi ġew stampati 7000 invit, li l-ispiża tagħhom kienet ta’ € 4732 għall-istampar, u € 990 għat-tqassim. Ix-xogħol tal-istampar sar mill-kumpanija MPS li rebħet il-kuntrattt tal-PR ta’ dan il-progett. Sadnittant qed inġedded l-invit li ntbgħat lill-Onor Interpellant biex jiġi jżur is-sit, ġaladarba ma kienx preżenti għall-inawgurazzjoni uffiċjali li għaliha kien mistieden.
Impjant tal-Iskart Sant' Antnin Wied il-Għajn — Open Weekend
Question
Jista l-Ministru jgħid:
a) kemm ġew stampati leaflets intitolati Open Weekend - fl-impjant tat-trattament tal-iskart Sant'Antnin, Wied il-Għajn;
b) fejn ġew stampati;
ċ) kemm hu l-ammont ta' flus li ntnefaq f'materjal, stampar u tqassim tal-istess; u
d) kienx hemm
direct order
jew
tender
?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern għandu obbligu li jinforma lill-poplu bil-proġetti li jkun qed iwettaq. Dan l-obbligu ukoll riaffermat mir-regoli tal-UE. Jien infurmat li ġew stampati 165,000 leaflet, li l-ispiża tagħhom kienet ta’ €7656 għall-istampar tal-inviti, u € 6280 għat-tqassim tagħhom. Ix-xogħol sar mill-kumpannija MPS li rebħet il-kuntratt tal-PR tal-proġett. Sadnitant qed inġedded l-invit li ntbgħat lill-Onor Interpellant biex jiġi jżur is-sit, ġaladarba ma kienx preżenti għall-inawgurazzjoni uffiċjali li għaliha kien mistieden.
Blata kontinentali ta' Malta — latitudni u lonġitudni
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-koordinati bħala latitudni u lonġitudni tal-punti li jiddelinejaw il-blata kontinentali ta' Malta? Jista' jindika f'liema legal notice, regolamenti jew leġislazzjoni oħra ppubblikata jinsabu dawn il-koordinati tal-blata kontinentali ta' Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Minhabba li għadhom għaddejjin taħdidiet mal-pajjiżi ġara mhux prudenti f’dan l-istadju li jingħataw kordini minħabba li dawn jistgħu jippreġudikaw id-diskussjonijiet.
impjant ta' riċiklaġġ f'Sant Antnin — inviti għall-festin tal-okkazzjoni
Question
B'referenza għall-okkażjoni tal-ftuħ tal-ewwel parti tal-impjant ta' riċiklaġġ f'Sant Antnin, jista' l-Minsitru jgħid kemm tqassmu inviti għall-festin li ġie organizzat għall-okkażjoni? Kemm swiet ir-reception? Kemm attendew persuni b'kollox?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress illi l-ewwel parti tal-impjant f'Sant' Antnin infetħet fl-2008 nitlob l-Onor Interpellant jispeċifika għal-liema okkażżjoni qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien kull sena mill-2005 sal-2009 il-perċentwali ta' laħam tal-majjal (total kull sena) li għadda biex jiġi pproċessat mill-proċessuri f'Malta? Kemm kien l-ammont f'tunellaġġ ta' laħam tal-majjal, u kemm mar direttament għall-konsum, kull sena mill-2005 sal-2009 (f'ammont total kull sena)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d-Direttorat m’għandux din l-istatistika minħabba li d-distribuzzjoni tal-laħam tal-majjal hija f’idejn il-KIM.
Peress li kulħadd japprezza t-tibdil li sar għall-aħjar fil-Kottonera, jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li l-Mina ta' Għajn Dwieli, l-unika daħla għall-Kottonera tingħata dehra li jixirqilha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nieħu gost ninnota li l-Onor Interpellant japprezza t-titjib li sar fil-Kottonera bid-diversi proġetti li twettqu. Il-proposta tal-Onor. Interpellant hija nnutata.
Rapport dwar addattazzjoni tal-klima — focus groups
Question
Qabel ma ġie finalizzat l-ewwel abbozz tar-rapport dwar addattazzjoni tal-klima, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħu l-focus groups dwar ilma, biodiversità, biedja, saħħa u politika soċjali kif oriġinarjament kien maħsub li kellu jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi il-mod kif tmexxa x-xogħol tal-Kumitat dwar l-Addattazjoni tal-Klima, kien illi barra il-laqgħat tal-Kumitat, iċ-Chairman, iltaqa' mal-membri individwali diversi drabi biex jiddiskuti temi partikolari skont lis-speċjalizzjazzjonijiet rispettivi tagħhom.. Barra minn dawn il-laqgħat, inżamm kuntatt kontinwu bejn il-membri tal-kumitat permezz tal-email.
Billi se tibda titħaddem l-iskema tal-car scrapping jista' l-Ministru jgħid x'miżuri effettivi se jittieħdu biex jiġi żgurat li ma jirriżultawx sustanzi perikolużi f'xi scrap yards lokali li jistgħu jintużaw għal dan it-tip ta' scrapping diment li l-iscrapping se jsir lokalment? Fil-preżent, x'miżuri preventivi jittieħdu fir-rigward ta' kull car scrapping ieħor li diġà qed isir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karrozzi li se jiġu scrapped taħt din l-iskema se jiġu trattati permezz ta’ kuntratt li għandha l-WasteServ ma’ end of life vehicle facililty. Din hi l-unika faċilità awtoriżżata mill-MEPA li tista' titratta end of life vehicles f’Malta. Din il-faċilità hija mgħammra bil-makkinarju u l-prekawzjonijiet kollha sabiex ma jsirx dannu lill-ambjent. Il-materjal li se jirriżulta mid-dismantling se jintbagħat għar-riċiklaġġ kif mitlub mill-liġijiet lokali kif ukoll dawk Ewropej.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport kummissjonat mill-gvern dwar electric cars tlestiex? Minn min tħejja? Jekk tlesta, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-rapport dwar l-electric cars se jkun konkluż fil-ġranet li ġejjien. Ir-rapport qed jitħejja minn kumitat li kont ħtart f’Lulju li għadda u li hu kompost minn Peter Mifsud (MRA), Benjamin Pule’(MRRA), Joe Cilia (Univ. of Malta), Anthony Borg (OPM – Parl.Secr. Chris Said), Herald Bonnici (MFEI) u David Sutton (TM).