Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt Valletta – trakki tal-ferrovija l-antika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li t-trakki tal-ferrovija li kien hemm fuq il-pont li jwassal għall-eks stazzjon tal-ferrovija tal-Belt intradmux bil-konkos meta kien qed isir xi xogħol ta' manutenzjoni fuq il-pont? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk hux ser isir ix-xogħol meħtieġ biex dawn t-trakki jitnaddfu mill-konkos biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-poplu peress li dawn huma parti mill-istorja ta' pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li waqt xogħlijiet ta’ monitoraġġ, fdalijiet tat-trakki tal-ferrovija kienu nstabu. Infurmat li dawn kienu fi stat ta’ preservazzjoni ħażin u ma kinux fil-post oriġinali tagħhom, minħabba li ġew mċaqalqa waqt xogħlijiet tat-toroq fil-passat. Intant infurmat ukoll li l-fdalijiet li reġgħu nstabu ġew dokumentati u skont id-dokument tal-proċeduri u standards tal-prattiċi arkeoloġiċi OPSAS u t-Terms of Reference, dawn il-fdalijiet qed jiġu merfugħa fl-imħażen tal-Monitor u ser ikunu qed jiġu iddepożitati fir-Repositorju tas-Sovrintendenza fil-futur qarib sabiex ikun jista’ jinbeda l-proċess ta’ preservazzjoni u konsolidazzjoni.

Kawża dwar il-binja li qiegħed jokkupa l-Kunsill Lokali Gudja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9393, ninforma lill-Ministru dwar Rikors Kostituzzjonali 86/2023 imressaq quddiem l-Onorabbli Imħallef Grazio Mercieca, fejn għalkemm il-Kunsill Lokali mhuwiex parti mill-kawża għax il-fond ma jgħajjatx lilu, huwa l-fond li l-Kunsill Lokali bħalissa jokkupa, u għaldaqstant jista’ l-Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, jgħid jekk għandux pjan u alternattivi għal dan il-Kunsill Lokali, u jista' wkoll jgħid jekk hux informat li hemm Kunsilli Lokali oħrajn li qegħdin jiffaċċjaw l-istess riskju?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligu tal-Gvern Ċentrali sabiex jinsabu l-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsilli Lokali kien mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali 30 sena ilu. Ir-responsabbilità għax-xiri jew kiri tal-istess Uffiċċju Amministrattiv hija waħda li tinkombi lill-Kunsilli Lokali nfushom. Għaldaqstant, għar-rigward tal-każ imsemmi sta għall-Kunsill Lokali li jieħu miżuri meħtieġa ta’ kontinġenza sabiex l-istess Kunsill ikun jista' jibqa' jopera.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat - Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta-Segretarju Parlamentari, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9191.

Sannat, Għawdex – Triq Ta' Sannat — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li tlestew f'dawn l-aħħar xhur fi Triq Ta' Sannat (minn salib it-toroq sal-Pjazza Ta' Sannat), it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta' Sannat, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ġiet awarded din it-tender u kemm kienet l-ispiża finali fuq din it-triq? Jista’ jgħid ukoll min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva, min għamilhom, meta saru u jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar u jekk iva, min għamilhom, meta saru u jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Sannat li l-proġett ta’ Triq Sannat sar mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat b’fondi mill-Ministeru għal Għawdex. Infurmat ukoll li t-Tender inkwistjoni ġiet awarded bil-prezz ta’ €581,820.85 (VAT inkluz.), bl-ispiża finali fuq din it-triq titla' għal €1,098,650.89 (VAT inkluz), u dan minħabba li sar service culvert biex jgħaddu minnu l-cables u ma titqattax it-triq bla bżonn kif ukoll minħabba li sar stormwater culvert addizzjonali ma' dak li kien ippjanat qabel. Infurmat ukoll li l-quality control tests saru minn Solidbase Laboratory Ltd u il-quantity surveying sar mill-quantity surveyor tal-kuntrattur u x-xogħol ġie ċċekkjat u ċċertifikat mill-perit tal-proġett. Intant infurmat ukoll li l-proġett ġie ċċertifikat ukoll mill-perit tal-Kunsill il-Perit Edward Scerri. Fir-rigward tad-dokumentazzjoni msemmija, tali dokumentazzjoni ġiet ippreżentata lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Triq it-Trunċiera – talba għal zebra crossing jew pelican lights

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9183, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba għal żewġ zebra crossings ġodda fi Triq it-Trunċiera hekk kif imsemmija fl-istess tweġiba? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll kopja tas-site plan ta' fejn intalbu l-istess crossings?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt lid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali sabiex tingabar l-informazzjoni mitluba.

Raħal Ġdid – Knisja Santa Ubaldeska – restawr tal-faċċata

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-proġett tar-restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ Santa Ubaldeska, f’Raħal Ġdid, isir tul din is-sena u jekk le, jgħid għaliex ma jistax isir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni li hemm lista ta’ proġetti oħrajn li jieħdu preċedenza fil-prijorità. Madankollu mhux eskluż li tittieħed azzjoni li titqies meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati mill-Ministeru tiegħu li jmorru jiftħu u jaħdmu fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati tas-segretarjat privat huma ingaġġati u jaħdmu b’rispett sħiħ u konsistenti mal-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2012. Dawn il-linji gwida għadhom fis-seħħ u fil-preżent dawn huma aċċessibbli fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jikkumplimenta l-Public Service Management Code.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Segretarjat Parlamentari — entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8916.

Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann– tiswijiet taċ-ċangatura

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7954, jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi biex Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta, tiġi rranġata fil-parti indikata fl-istess mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 7954.

Kunsilli Lokali – ħruġ ta’ permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma r-regoli li jiġu applikati mill-kunsilli lokali meta jiġu biex jagħtu permessi biex jitpoġġa xi krejn jew tagħmir ieħor fit-toroq, meta tkun ser tingħalaq xi triq, jew f'ċirkostanzi oħra simili li fihom residenti jkollhom bżonn jużaw parti mit-triq għal xi ħaġa personali? Jista’ jgħid jekk il-ħlasijiet mitluba humiex l-istess għal kull lokalità f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk permess jistax jinħareġ għal inqas minn 48 siegħa wara li jintalab? Jekk iva, hemm ħlas addizzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali li l-Kunsilli Lokali jimxu mar-Regolament 8 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.04 - Regolamenti dwar attivitajiet li jeħtieġu permess mill-Kunsill Lokali sabiex joħorġu permessi għal depożitu jew użu ta’ krejn jew makkinarju ieħor. Infurmat ukoll li l-ħlasijiet applikabbli jinsabu taħt Skeda B tal-istess Regolamenti. Permess jista’ jinħareġ mill-Kunsill Lokali anke jekk l-applikazzjoni tasal għand il-Kunsill Lokali f’inqas minn tmienja u erbgħin(48) siegħa qabel l-attività u kontra l-ħlas addizzjonali tad-drittijiet stabbiliti fl-Iskeda B.

Attivitajiet b’rabta mat-30 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali

Question

B’referenza għall-programm ta’ attivitajiet imfassal mill-Kumitat Organizzattiv għat-30 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali mhumiex mistiedna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, b’referenza ghall-programm ta’ attivitajiet li jimmarkaw it-30 sena ta’ Gvern Lokali li jkopri minn April 2023 sa Novembru 2023, l-attivitajiet li saru s’issa kienu jikkonsistu f’dan li ġej: 1. Fl-14 ta’ April 2023 – Laqgħa speċifikament għas-Sindki, Presidenti Reġjonali u Segretarji Eżekuttivi sabiex jiġi spjegat l-involviment tagħhom fl-attivitajiet ta’ matul is-sena. 2. Fit-8 ta’ Mejju 2023 – Konferenza dwar it-Tnedija tal-Viżjoni Strateġika tal-Gvern Lokali li għaliha kienu mistiedna Sindki, Viċi-Sindki, Segretarji Eżekuttivi u u Uffiċjali Għolja tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. 3. Konferenza Annwali mill-ANSEK li għaliha kienu mistiedna s-Segretarji Eżekuttivi, Sindki u Kunsilliera u Uffiċjali Għolja tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Se jkun hemm opportunita' li l-Ufficjali tad-Divizjoni jkunu mistiedna għal uħud mill-Attivitajiet li għad iridu jsiru, skont kif pjanat. Nieħu l-opportunita' li nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tad-Diviżjoni tax-xogħol tajjeb ferm li jwettqu.

Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn – rivista lir-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala huwiex se jerġa’ jibda jibgħat rivista ta’ kull sena lir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi l-Kunsill ilu ma joħroġ rivista għaliex inħass li peress li illum jeżistu mezzi alternattivi li huma aktar effikaċi u efficjenti, bħal Facebook u midja soċjali oħrajn, fejn in-nies saħansitra ikunu jistghu jagħmlu l-kummenti u rimarki tagħhom.

Kunsilli Lokali – promozzjoni tal-anzjanità attiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li ppromwovew l-anzjanità attiva fil-komunitajiet tagħhom f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, kif ukoll dan il-Ministeru jibqghu dejjem impenjati sabiex l-anzjanità attiva tibqa fuq l-ogħla prijorità ta’ ħidmet il-Kunsilli Reġjonali u Lokali fl-intier tagħhom.

Kawża dwar il-binja li qiegħed jokkupa l-Kunsill Lokali Gudja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li nfetħet kawża fil-Qorti sabiex il-binja li bħalissa tinsab okkupata mill-Kunsill Lokali Gudja tiġi rritornata lura lis-sidien oriġinali? Jekk iva, jista' jgħid xi pjanijiet u alternattivi hemm għall-Kunsill f'każ li dan iseħħ? Jista' jgħid jekk hemmx Kunsilli Lokali oħra li qegħdin jiffaċċjaw l-istess sitwazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-istess Kunsill Lokali mhuwiex parti mill-ebda kawża msemmija minnu. Intant infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali li s-sidien tal-proprjetà msemmija infurmaw lill-Kunsill Lokali li għandu jmur perit tal-fiduċja tas-sidien inkwistjoni sabiex jivvaluta l-proprjetà.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: DCS L-Entità Topera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE ACM L-Entità Topera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA TG Complex - Mrieħel 01-Jul-20 30-Jun-30 Sena 1 - €151,705.00 Sena 2 - €157,773.00 Sena 3 - €164,085.00 Sena 4 - €170,647.00 Sena 5 - €177,473.00 Sena 6 - €184,572.00 Sena 7 - €191,955.00 Sena 8 - €199,633.00 Sena 9 - €207,619.00 Sena 10 - €215,923.00 Festivals Malta L-Entità Topera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA 4 units f’ Europa House 1 ta’ April 2019 31 ta’ Marzu 2029 Sena 1 - €52,792.00 Sena 2 - €54,904.00 Sena 3 - €57,100.00 Sena 4 - €59,384.00 Sena 5 - €61,760.00 Sena 6 - €64,230.00 Sena 7 - €66,798.00 Sena 8 - €69,470.00 Sena 9 - €72,250.00 Sena 10 - €75,140.00 Ewropa Kreattiva L-Entità Topera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA 204,Triq l-Ifran, Valletta 1 ta Lulju 2020 Sena 2030 €18,408 Fondazzjoni Ċentru Kreattivita L-Entità Topera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Heritage Malta L-Entità Topera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA 5 Warehouses gewwa Hal-Far 21/05/2021 20/05/2027 €187,500 għall-5 warehouses li ji¿diedu b'5% kull sena 2 Garaxxijiet ġewwa r-Rabat, Għawdex 01/01/2023 31/12/2023 €7,300 MICAS L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Malta Philharmonic Orchestra L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA The Penthouse, Triq Jihn Lopez, Floriana May-15 Apr-25 € 86,800 Con Cathedral L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE SCH L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Teatru Manoel L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Valletta Cultural Agency L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA Uffiċċju Prinċipali 25 ta' Ġunju 2021 31 ta' Diċembru 2023 €96,028 Culture Directorate L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Local Government Division L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA Local Government Division Gozo Dar il-Ghaqda Triq il-Kastell Victoria Gozo 01-Jan-23 31-Dec-24 €8,000 Restoration Directorate L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE National Archives L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Malta Libraries L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Kunsill tal-Ilsien Malti L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE Kottonera Foundation L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena IVA Isla 04/11/2019 03/11/2029 €39,900 PBS L-EntitàTopera minn Binja Mikrija? (Iva/Le) Liema binjiet huma Meta bdiet il-Kirja Meta tagħlaq l-kirja Kemm hi l-kirja kull sena LE

Bormla — Delceppo Ground – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ġewwa Delceppo Ground, f’Bormla?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet mixjin hekk kif inhu ppjanat. Infurmat li sakemm ma jkunx hemm problemi mhux mistennija, jonqos biss li jsir turf artifiċjali fil-5-a-side football pitch, jiġu installati CCTV cameras u jitwaħħlu l-bandli.

San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl – talba għal zebra crossing jew pelican lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar ikkunsidrax talba biex issir zebra crossing jew pelican lights jew xi forma ta' mezz ieħor sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu t-triq b'mod sigur fi Triq San Pawl, viċin il-kappella tal-Madonna tal-Karmnu? Jekk iva, meta kkunsidra dan u x'deċiżjoni ttieħdet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-istess Kunsill ħa nota tas-suġġeriment li daħal ftit ġimgħat ilu. Infurmat ukoll li l-Kunsill rispettiv fil-prinċipju huwa favur dan is-suġġeriment u għaldaqstant se ssir evalwazzjoni.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — ħajt

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħajt li hemm fil-Pjazza De Paule, ġewwa Raħal Ġdid, li miegħu kellhom jitkabbru numru ta’ pjanti, jiġi kkurat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-istess Kunsill qiegħed jiddiskuti u jesplora diversi toroq 'il quddiem b’rabta mas-suġġett inkwistjoni.

San Pawl il-Baħar – Triq it-Trunċiera – talba għal zebra crossing jew pelican lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar ikkunsidrax talba biex issir zebra crossing jew pelican lights jew xi forma ta' mezz ieħor sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu t-triq b'mod sigur fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar, fiż-żona ta' Triq il-Klamari, hekk kif hemm numru ta' postijiet ta' parkeġġ li jintużaw minn diversi li jkunu jridu jimxu max-xatt tal-Qawra? Jekk iva, meta kkunsidra dan u x'deċiżjoni ttieħdet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fil-Laqgħa 63 datata nhar it-Tlieta 25 ta’ April 2023, l-istess Kunsill ma laqax talba mressqa biex fi Triq it-Trunċiera jiżdiedu żewġ Zebra Crossings ġodda u dan minhabba li diġà hemm applikazzjoni pendenti biex tiżdied oħra qrib il-‘pearched beach’ u fl-imsemmija parti tat-triq hemm tnejn (2) oħra.