Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-housing estates f'Għawdex li għadu ma tħallasx il-kumpens lis-sidien oriġinali meta ttieħdet l-art u jgħid kemm huwa l-ammont dovut għal kull żona separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi s’issa din l-informazzjoni tinsab f’idejn id-Dipartiment ta’ l-Artijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7556 u cioè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7304, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-125 li għadhom jaħdmu full-time sal-lum u mid-29 li għadhom jaħdmu part-time sal-lum qed jaħdmu Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant illi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7304, in-numru ta' dawk impjegati hu 125; 96 full time u 29 part time.
Minn dawn il-125 studenti li kienu sabu xogħol qabel ma’ ggradwaw f’Novembru 2008, 102 qed jaħdmu f’Malta u 23 qed jaħdmu f’Għawdex. It-23 persuna li qed jaħdmu f’Għawdex huma maqsuma hekk :- 12
full time
u 11
part time
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li għall-mediċina Avonex, li tingħata biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, wieħed qed ikollu jmur darba fil-ġimgħa għal injection waħda kull darba, b'inkonvenjenza għal min qed imur l-ispiżerija u b'aktar iffullar fl-istess sptar?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li għandha 80 sena u tgħix waħedha, li d-dettalji qed jidhru separatament, se tiġi msejħa biex tidħol f'xi dar għall-anzjani, meta f'Ottubru tas-sena li għaddiet l-applikazzjoni tagħha ġiet approvata ?
Jista' l-Ministru jinvestiga fiex wasal il-ħlas relatat ma' applikazzjoni għal skema 5, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li din il-familja kellha tirrikorri għal diversi spejjeż u li llum għadhom ma ġewx mogħtija mill-Awtorità tad-Djar?
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm għandna nies irrapurtati li għandhom dimentia? Kemm huwa kkalkulat li hawn każijiet b'kollox mis-soċjetà li għandhom din l-kundizzjoni? Jista' jgħid x'inhi l-politika nazzjonali tal-Gvern dwar din il-kundizzjoni? Jikkonsidra din il-kundizzjoni li hija prijorità fil-qasam mediku?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsijiet numru 6307 u 6825.
Proċedura biex kumpannija tnaqqas il-ġimgħa tax-xogħol
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7383, jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ meta saru l-applikazzjonijiet in kwestjoni u meta saru l-investigazzjonijiet kif ukoll meta nħarġu l-approvazzjonijiet in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Kif diġa ġie spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija parlamentari 7383, kull talba lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg tista’ tkun approvata għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba’ ġimgħat u jekk, fi tmiem dak il-perjodu, il-kumpanija titlob mill-ġdid dan il-permess terġa’ ssir verifika tas-sitwazzjoni mill-uffiċjali tad-Dipartiment.
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema li rrapportaw li kellhom inċident fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2008, kemm kien in-numru ta' ħaddiema li rrapportaw li kellhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li din l-istatistika ma tinġabarx u ma tinżammx mill-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset mid-dipartiment għas-sick leave matul l-2008 f'Malta u f'Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara għaliex omm separata, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief waqt li ommha kienet ħajja kienet tħallas l-ammont ta' €72 f'kera u issa li ommha mietet l-kera daret fuqha u qed tħallas l-ammont ta' €408 f'kera? Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ u jara jekk hemmx xi żball?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar filwaqt li kkonoxxit lis-sinjura bħala l-inkwilina il-ġdida, pero’f’każijiet bħal dawn, il-kirja tiġi riveduta. F’każijiet fejn l-inkwilin ma jkunx f’pożizzjoni finanzjarja li jħallas il-kirja mitluba, l-inkwilin inkun jista’ japplika għal sussidju fuq il-kera. F’dan il-każ,il-persuna tikkwalifika għall-sussidju massimu ta’ 70% u għalhekk ġiet mitluba tħallas 30% tal-kera kummerċjali.
Informat ukoll li l-ammont ta’ kera mitlub jitħallas mis-Sinjura huwa korrett u ma jistax jiġi modifikat.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' dewmien ta' ħlas ta' allowance lill-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' appell ta' persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li jinstab bla ebda dħul?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7886 u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7392 u 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7392 u 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Warferina — testijiet tad-demm - l-Isptar minflok fiċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5168 u cioè: Wara li xi xhur ilu, dawk li jitteħdilhom id-demm minħabba l-Warferina, u li jirrisjedu fin-nofsinhar tal-pajjiż, kienu nfurmati biex jibdew jagħmlu dan fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li minħabba fiha, dan l-aħħar, ħafna minn dawn il-persuni ġew imġiegħla jmorru jagħmlu dawn it-testijiet fl-Isptar Mater Dei? Huwa minnu li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid mhux qed jiġu aċċettati aktar minn 20 persuna kuljum għat-test tal-Warferina minħabba nuqqas ta' staff? Hemm xi problemi raġjonevoli kbar li qed iżommu lid-dipartiment milli jerġa' jibda jadotta l-proċedura preċidenti biex jevita bosta problemi u inkonvenjent żejjed lil numru kbir ta' anzjani? Jista' jindika jekk kienx hemm xi żviluppi fuq din is-sitwazzjoni u jekk kien hemm, jista' jgħid x'kienu dawn l-iżviluppi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ma nbidel xejn fil-procedura ta’ teħid tad-demm ta’ pazjenti li jieħdu l-Warfarina. Iżda f’każ li r-riżultat tad-demm ikun tali li jirrikjedi li d-doża tal-warfarina trid tiġi mibdula, it-test tad-demm ikun irid jiġi ripetut kemm jista’ jkun malajr. Dan minhabba li n-natura ta’ dan it-test tirrifletti fuq il-kundizzjoni medika tal-pazjent. Ir-riżultat ta’ dan it- test jinqara mit- tabib ta’ l-Anti Coagulant Clinic fl-iSptar Mater Dei. Għalhekk pazjenti li jkollhom riżultat mhux normali jibaghtu għalihom biex jerġa jsir eżami tad-demm immedjatament u mhux jingħatalhom appuntament fic-centru tas-saħħa.
Informat ukoll li l-ħin biex isiru eżamijiet tad-demm simili fic-centri tas-saħħa huwa limitat għaliex il-kampjun tad-demm irid jiġi trasferit lejn il-laboratorju ta’ Mater Dei mill-aktar fis possibli. Għalhekk in-numru ta’ pazjenti li jista’ jsirilhom l-eżami tad-demm fic-centri tas-saħħa huwa limitat għal bejn wieħed u ieħor 20 kuljum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7710, 7387, 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?
Child care subsidy scheme — Kwestjoni dwar tweġiba ta' mistoqsija parlamentari
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7887 u għar-risposta mogħtija, li l-mistoqsija trid tiġi riferuta lill-ministru kkonċernat, peress li preċedentement saret mistoqsija parlamentari 3643 lill-istess Ministru dwar l-istess suġġett u ngħatat risposta, jista' allura l-Ministru jgħid min hu l-ministu kkonċerant li għalih saret referenza fil-mistoqsija parlamentari 7887?