Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija — Surġenti li rriżenjaw/irtiraw - 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm surġenti li rriżenjaw u/jew irtiraw mill-Korp tal-Pulizija fl-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm dsatax (19) -il surġent li rriżenja, irtira jew għal xi raġuni ta’ saħħa ma baqgħax fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2022.

Korp tal-Pulizija — Surġenti li rriżenjaw/irtiraw - 2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm surġenti li rriżenjaw u/jew irtiraw mill-Korp tal-Pulizija fl-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm erbgħatax (14) -il surġent li rriżenja, irtira jew għal xi raġuni ta' saħħa ma baqgħax fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2023.

Korp tal-Pulizija — Kuntistabbli li rriżenjaw/irtiraw - 2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli li rriżenjaw u/jew irtiraw mill- Korp tal-Pulizija fl-2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm mija u erbgħin (140) kuntistabbli li rriżenjaw, irtiraw jew għal xi raġuni ta' saħħa jew oħra ma baqgħux fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2021.

Dar tal-anzjani — Tibdil tal-karta tal-identità

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li ssegwi l-Aġenzija Identità għal tibdil tal-karta tal-identità tal-anzjani li jidħlu f'xi dar tal-anzjani u kif jiskatta dan il-mekkaniżmu? Jista' jgħid ukoll jekk it-talba għal tibdil ta' indirizz tridx issir mill-anzjan innifsu, mill-amministraturi tad-djar tal-anzjani jew fuq inizjattiva tal-Aġenzija stess?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-talba sabiex isir tibdil tal-Karta tal-Identità ta’ anzjani li jidħlu fi djar tal-anzjani jew sabiex isir tiġdid tal-istess dokument ta’ anzjani li diġà jirrisjedu fi djar tal-anzjani normalment issir mill-amministraturi tal-istess djar tal-anzjani, u mhux inizjattiva minn jedda tal-Aġenzija Identità. Sussegwentement l-aġenzija Identità tiprovdi servizz fuq il-post.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Talbiet għall-ażil li ġew irrifjutati – Ftehim bilateralil għal ripatrijazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ftehim bilaterali hemm ma’ pajjiżi barranin biex dawk l-immigranti li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet irrifjutata, jiġu riptrijati minnufih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali. Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar. Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti. Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija. Twaqqaf Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna. Dan wassal sabiex żdiedu l-ammonti ta’ persuni li jkunu ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom, għaliex ma jkunux intitolati sabiex jibqgħu jirresjedu f’pajjiżna. Dawn l-azzjonijiet waslu għal riżultati li fl-2023 kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu ġewwa pajjiżna. Sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija Parlamentari fl-2024 ukoll kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu ġewwa pajjiżna. Ma’ dawn kien hemm ukoll diversi ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra li nstabu jgħixu Malta rregolarment u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew xi pajjiż ieħor fejn huma awtoriżżati li joqgħodu.

Sewqan taħt l-influenza tal-alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu mill-Pulizija jsuqu taħt l-influenza tal-alkoħol fis-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 nqabdu mija u ħdax (111)-il persuna mill-Pulizija u mill-Aġenzija LESA jsuqu taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16948.

Talbiet għal ażil li ġew irrifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet irrifjutata u jaqsam din l-informazzjoni skont kemm kull persuna (l-immigrant/a) ilu/ilha Malta, (bejn 0 - 5 snin, 6 - 10 snin, 11 - 15-il sena, 16 - 20 sena jew iktar), il-ġeneru u n-nazzjonalità tal-persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul is-sena 2023 u 2024 kien hemm 216-il deċiżjoni tal-International Protection Agency fin-negattiv.

Talbiet għall-ażil li ġew irrifjutati — Minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm minorenni dipendenti fuq l-immigranti li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet irrifjutata, u jaqsam din l-informazzjoni skont dawn l-etajiet: 0 - 5, 6 - 10, 11 - 15, 16 - 17?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18398.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Ħaddiema tal-Kuntrattur

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9105 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li hemm 159 ħaddiema tal-kuntrattur jaħdmu f’dan id-dekasteru. Dawn huma ingaġġati f’xogħlijiet ta’ tindif, sigurtà, messaġġiera/xufiera, farmaċisti, infermiera u ħaddiema klerikali.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12043 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Malta u Għawdex — popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' Malta u Għawdex separatament, kemm dawk b'ċittadinanza Maltija kif ukoll barranija, sena b'sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal risposta ta' mistoqsija parlamentari 12226.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-risposta hija fin-negattiv.

Serq irrappurat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19186 dwar serq irrappurtat, jista’ l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess xhur iżda għas-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapportat f’dawn il-gżejjer fis sena 2023, separatament għal kull lokalità, kien kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi is-serq skont il-kategoriji kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-każ tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, r-risposta hija fin-negattiv.