Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema seconded
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni li talbu li jiġu seconded? Jista’ għal kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema jgħid kemm ilhom seconded, xi grad huma, u kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tieni sitt xhur ta’ din is-sena s’issa attendejt għall-‘Commonwealth Sports Ministers Meeting’, filwaqt li hemm skedat ukoll l-EYCS Council Meeting
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22521, dwar direttivi maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttivi msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22588 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22383, dwar studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22383 fejn fiha hemm it-total ta' studenti li talbu servizz tal-SpLD bil-profil ta’ dyslexia fl-iskejjel tal-Istat. Intant niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-mistoqsija kif inhi ma tistax titwiegeb.
Malta Further and Higher Education Authority – riżenji ta’ impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' riżenji ta' impjegati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA), xahar b xahar minn Jannar 2022 sal-lum?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar tal-2022 s’issa kien hemm total ta’ 14-il riżenja, filwaqt li ġie ngaġġat 27 impjegat ġdid sabiex b’hekk ikomplu jsaħħu l-operat.
Ħal Qormi — Skola Primarja ta’ San Ġorġ - Xogħlijiet
Question
Fid-dawl ta’ bosta lmenti dwar l-istat li tinsab fih l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li ilu jingħad li se jibda x-xogħol fuq din l-iskola, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar id-data ta’ meta se jibda dan ix-xogħol u meta effettivament se jkun qed jispiċċa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament qed jiġi preparat abbozz għal sejħa għall-offerti ġdida. Infurmat li x-xogħol mistenni jsir f’żewġ fażijiet sabiex l-iskola tibqa’ topera waqt l-eżekuzzjoni tal-proġett.
L-ewwel fażi għandha tibda matul l-2025 u tkun lesta matul l-2026, filwaqt li t-tieni fażi mistennija tkun lesta lejn tmiem l-2027.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol twettaq fl-Iskola Primarja ta' San Ġorġ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kif kien imwiegħed fil-manifest tal-Partit Laburista?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student li għandu l-kundizzjoni tal-autism spectrum disorders (ASD) beda/kompla bl-istudju tiegħu fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, (jew jekk din l-informazzjoni mhux disponibbli, jipprovdi l-aħħar figuri u jgħid għal liema data jirreferu dawn il-figuri)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji, terzjarja, MCAST, Università, eċċ.) u allura jgħid kemm hawn studenti li għandhom din il-kundizzjoni f’kull livell? Jista' wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex, it-total ta’ studenti li għandhom ADHD li bdew/komplew bl-istudji tagħhom jammonta għal 1,768 li dan jinkludi skejjel tal-Istat, Knisja u kif ukoll Indipendenti. Filwaqt li n-numru ta’ studenti rreġistrati mal-Inclusive Education Unit fl-MCAST għall-awtiżmu hu ta’ 197 student.
Infurmat li l-Università ta’ Malta tista’ tippublika l-figuri wara l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu fondi f’taħriġ għall-istaff tal-Institute for Education (IFE), il-Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS) u l-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA) bejn l-2020 u l-2024? Jista’ jagħti dettalji fuq it-taħriġ li ngħata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total tal-ispiża mill-entitajiet imsemmija, matul is-snin msemmija s’issa, kien ta’ €68,398.32. Dan l-ammont ġie nvestit f’diversi taħriġ għall-impjegati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’konsulenzi u min kienu l-konsulenti tal-Institute for Education (IFE), il-Foundation for Educational Services (FES), il-Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS) u l-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA) bejn l-2020 u l-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul il-perjodu msemmi l-IFE, l-FES u kif ukoll l-MFHEA ma ngaġġawx konsulenti, filwaqt li l-FTS nefqet madwar €42,000 f’konsulenzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati (full-time u part-time separatament) mal-Aġenzija Żgħażagħ fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti n-nefqa f’pagi għal dan il-perjodu, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-pakketti finanzjarji differenti tas-CEO tal-Aġenzija Żgħażagħ matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-pakkett finanzjarju tas-CEO tal-Aġenzija msemmijja hu marbut mal-Public Service Salary at Scale 3 kif speċifikat fil-Management Grading and Salary Structure 2019-2021.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19147, jista' l-Ministru jgħid kemm studenti b'learning disabilities komplew għal MCAST, Università jew istituzzjoni edukattiva oħra u jaqsam din l-informazzioni sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġa ġie mtenni fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19146, tali nformazzjoni hi ta’ natura sensittiva u għalhekk mhux ser tiġi ppublikata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19146, jista' l-Ministru jgħid kemm studenti b'learning disabilities lestew l-iskola sekondarja u komplew għal post-secondary u jaqsam din l-informazzioni sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġa ġie mtenni fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19146, tali nformazzjoni hi ta’ natura sensittiva u għalhekk mhux ser tiġi ppublikata.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2023?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti taċ-chairperson tal-entitajiet Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS), Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES), Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), Institute for Education (IFE), SportMalta u Sports Governance and Integrity Authority?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li c-chairpersons tal-bordijiet ma jkollhomx kuntratt, iżda ittra tal-ħatra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda entità taħt id-dekasteru tal-Ministeru bl-isem ta’ Sports Governance and Integrity Authority.