Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku – ħaddiema Għawdxin jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3811 u 4899 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu ħaddiema Għawdxin Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi, sena b’sena, mis-sena 2021 sal-lum? Jista' jgħid ukoll preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub rigward l-ħaddiema li jidher li għandhom indirizzz fuq Għawdex huwa kif ġej: Sena Servizz Pubbliku Awtoritajiet, Aġenziji u Entitajiet Governattivi li huma fid-dekasteru tal-Prim Ministru 2021 1,401 7 2022 1,621 8

Negozji b’tender mal-Gvern – impjegati — transfers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4966, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x’azzjoni qed issir biex ikun żgurat li jekk ikun hemm trasferiment ta’ negozju b’tender tal-Gvern, l-impjegati kollha jiġu trasferiti bl-istess paga, bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol u sinjorità?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4967.

Servizz Pubbliku u Settur Pubbliku — ħaddiema bir-remote working/teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Permanenti Prinċipali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5491 u jgħid kemm hemm ħaddiema, nisa u r-rġiel, li jaħdmu fis-servizz pubbliku kif ukoll fis-settur pubbliku li qed jaħdmu permezz tar-remote working/teleworking?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li filwaqt li l-ammont ta’ Uffiċjali Pubbliċi li jaħdmu bir-remote working fis-Servizz Pubbliku huwa kif ġej: Nisa: 706 Irġiel: 312 Filwaqt li l-ammont ta’ Uffiċjali Pubbliċi li jaħdmu bit-teleworking fis-Servizz Pubbliku huwa dan : Nisa: 1065 Irġiel: 347

Żieda fil-prezzijiet tal-ikel u prodotti oħra

Question

Fid-dawl tad-diskors tiegħu fil-pubbliku fejn stqarr li hemm ċerti negozjanti/importaturi li qegħdin jgħollu l-prezzijiet tal-ikel u prodotti oħra b’tali mod li diversi prodotti tal-ikel qed jogħlew, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ser ikun qiegħed jieħu biex jara li ma jkunx hawn/jitkomplewx dawn li qal li huma abbużi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li din l-amministrazzjoni hija kommessa li tiġġieled għall-interessi tal-konsumaturi. Qabelxejn tagħmel dan billi bid-deċiżjonijiet li tieħu tkun hi li ma żżidx il-piż fuq il-konsumatur kif kien jiġri f’amministrazzjonijiet oħra ta’ żmien Gvern Nazzjonalista li żiedu l-kontijiet tal-enerġija u t-taxxi, biex nagħti biss żewġ eżempji. Fl-istess ħin irridu nibqgħu nsaħħu l-Malta Competition and Consumer Affairs Authority biex taqdi l-irwol tagħha skont il-liġi. Illum il-budget għal din l-awtorità tela’ għal €7.3 miljun, id-doppju ta’ dak li kienet talloka għal dan il-għan l-amministrazzjoni ta’ qabel l-2013. Filwaqt li aħna kommessi biex innaqqsu l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-familji, l-Oppożizzjoni kkonfermat li kieku qed tmexxi lil pajjiżna kienet titfa l-piż taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija fuq il-familji. Xi ħaġa li l-imsieħba soċjali sostnew kienet twassal biex ikollna inflazzjoni double-digit.

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni – uffiċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tan-numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u l-grad tagħhom f’kull każ? Jista’ jgħid, f’kull każ, jekk il-postijiet humiex mimlija, meta mtlew, u jekk imtlewx wara sejħa pubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni huma dawk kif murija fit-tabella hawn taħt: Grad Data ta'ingaġġ Ingaġġ wara sejħa ghall-applikazzjonijet Kap tas-Segretarjat 01.06.2022 Assistenta Personali 09.12.2014 Direttur tal-Kommunikazjoni 27.04.2021 x Senior Coordinator 05.09.2018 Senior Administrative Coordinator 01.08.2022 Senior Policy Officer 01.07.2022 Manager 1(Compliance) 05.11.2018 x Manager 1 (Project Management) 10.07.2019 x Receptionist 18.11.2022 Messaġier/Xufier 01.06.2022

Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

MCESD – riżultat tal-istudju fuq id-Djalogu Soċjali

Question

B’referenza għall-PR221775, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat tal-istudju fuq id-Djalogu Soċjali ppreżentat lill-MCESD f’Diċembru 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dak li qed titlob jinsab fuq is-sit elettroniku li dwaru għamlet numru ta’ interpellanzi fl-aħħar xhur. Qed inpoġġi wkoll l-istess dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġett tal-Fgura Adventure Park

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3086 fejn staqsejt lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ u l-Innovazzjoni dwar il-proġett tal-Fgura Adventure Park li kien ġie mħabbar u mwiegħed mill-Gvern lejliet l-elezzjoni tal-2017 u ċjoè fl-aħħar ta’ Mejju 2017, peress li l-Ministru rrisponda li m’hemmx pjanijiet li dan il-proġett isir fil-Fgura, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li dan il-proġett f’dak is-sit, li anke ssemma f’diversi estimi tal-budgets ġie skartat? Jista’ jgħid jekk hemmx xi proġett ieħor maħsub għaż-żona indikata u ċjoè ż-żona ħdejn is-swar ta’ Bormla, biswit il-ground tal-Fgura FC? Huwa ġust li r-residenti tal-Fgura jiġu ttrattati b’dan il-mod?

Response (ABELA, ROBERT)

Kif m’għandix dubju li taf l-Onor. Interpellanta, il-Gvern għaddej bl-ikbar proġett ta’ investiment fi spazji miftuħa. Dan hu proġett li se jkun mifrux mal-pajjiż kif imwiegħed fil-manifest elettorali. Għal aktar dettalji speċifiċi nistieden lill-Onor. Interpellanta tagħmel id-domanda tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Inkjesta pubblika dwar mewt ta’ individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se tinħatar inkjesta pubblika dwar it-traġedja li wasslet għall-mewt ta’ persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, nhar it-3 ta’ Diċembru 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar dan il-każ qed tinżamm inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Inkwirenti u hemm ukoll l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet relevanti oħra. Jekk tassew irridu ġustizzja, ix-xogħol ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandu jitħalla jsir f’serenità. Fl-istess ħin irrid nappellalhom biex jagħtu importanza massima lil dan il-każ, biex issir ġustizzja b'ċelerità mal-familja tal-vittma, fuq quddiem nett, u mas-soċjetà.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari Ewlieni – vjaġġar barra minn Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ vjaġġar barra minn Malta li sar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni mill-elezzjoni tal-2022 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija; inkluż il-pajjiż li fih saret iż-żjara, l-għan taż-żjara, id-dati taż-żjara u, f’kull każ, min kien qed jakkumpanja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni?

Response (ABELA, ROBERT)

Bejn id-19 ta’ April u t-22 ta’ April, is-Segretarju Permanenti Ewlieni preċedenti attenda l-“Pre-opening of the 59th International Art Exhibition” f’Venezja akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta. Bejn l-10 u t-13 ta’ Mejju żar il-Portugall fuq xogħol marbut ma’ Heritage Malta fejn kien akkumpanjat minn persuna tal-istaff. Is-Segretarju Permamenti Ewlieni kurrenti, li nħatar fl-ewwel ta’ Ġunju, ma kellux xogħol barra l-pajjiż.

Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni – sottomissjonijiet mill-pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar ir-Riforma dwar it-Traffikar Uman u l-Prostituzzjoni bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2019?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Servizz pubbliku u settur pubbliku – ħaddiema bir-remote working/teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Permanenti Prinċipali jgħid kemm hemm ħaddiema, nisa u r-rġiel, li jaħdmu fis-servizz publiku kif ukoll fis-settur publiku li qed jaħdmu permezz tar-remote working/teleworking?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – ħaddiema bir-remote working

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċajli, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għall-ħaddiema taċ-Ċivil fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nirreferi lill-Onor. Interpellanta għad-dokument li diġà huwa pubbliku u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rigward il-ħaddiema fl-entitajiet fi ħdan l-istess dekasteru, it-tagħrif għadu qed jinġabar.

Persuni li għaddew il-Medical Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddew il-Medical Board mill-2021 sa kemm tiġi mwieġba din id-domanda u kemm hemm minnhom li reġgħu bdew jaħdmu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kien hemm 75 impjegat tac-Ċivil li għaddew il-Medical Board mill-2021 u ħadd minnhom ma reġa' beda jaħdem maċ-Ċivil.

Servizz tal-153 – telefonati fuq kwistjonijiet relatati ma’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-153 li jistaqsu fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2020, 2021 u 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kien hemm 198 telefonata fuq l-153 li staqsew fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali fi tliet snin.

Employee Support Programme

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ġie segwit mill-Employee Support Programme matul is-snin 2020, 2021 u 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li rigward klijenti ġodda li talbu l-ewwel appuntament għand l-ESP huwa kif ġej: 2020 – 348 2021 – 429 2022 – 369

Tqassim ta’ fondi għal ħidma tal-ġurnaliżmu stampat

Question

B'referenza għall-istqarrija li kienet saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru nhar il-21 ta' Mejju 2022 dwar il-fond ta' €500,000 biex isostnu l-ħidma tal-ġurnaliżmu stampat, jista' l-Prim Ministru jgħid kif tqassmu dawn il-flus?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Korpi dixxiplinati – persuni li taw il-25 sena servizz — pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-pulizija, il-membri tal-Armata u l-bqija li wettqu l-25 sena servizz, ikollhom iċ-ċans għal pensjoni sħiħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.