Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12032 u jindika kemm huwa n-numru ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li hawn f’pajjiżna fil-preżent u f’liema lokalitajiet qegħdin jgħixu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2018 kien hemm 14,301 persuna li u¿at is-servizzi tas-saħħa mentali ġewwa Malta u Għawdex.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – persuni li soffrew Vjolenza Domestika
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12019 u jgħid kemm iddaħħlu persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba Vjolenza Domestika, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmaha li qabel is-sena 2016 din l-informazzjoni ma kinitx tinġabar.
Sena
Irġiel
Nisa
Total
2016
2
25
27
2017
2
21
23
2018
3
37
40
Minn dawn fl-2016 kien hemm 5 persuni li kienu ta’ nazzjonalità barranija, fl-2017 kien hemm 6 u fl-2018 kien hemm 13.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – waiting time
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 12022, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid kemm hu twil il-ħin kollu ta’ stennija (medju) minn meta pazjenti jidħlu fl-Emerġenza sakemm jingħataw sodda f’ward sena b’sena bejn l-2013 u l-2018?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi mill-2012 sal lum iż-żmien ta’ stennija sabiex issir il-vista tat-tabib u jsiru t-testijiet neċessarji fl-emerġenza naqas drastikament. Il-medja ta’ stennija fl-2018 minn meta pazjenti jidħlu fl-Emerġenza sakemm jingħataw sodda f’ward kienet ta’ 6 siegħat.
B’referenza għar-risposta għal-mistoqsija 12023, jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ħin li wieġeb din il-mistoqsija kien hemm numru ta’ ħaddiema fl-Isptar Mater Dei, fosthom tobba u nurses li ma’ kellhomx l-uniformi uffiċjali skont il-kategorija tagħhom? Jekk iva, x’kienet ir-ragun? U x’inhi s-sitwazzjoni fil-ħin li l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 5,311 il-ħaddiem li jaħdem f’Mater Dei, 2 ħaddiema qed jistennew l-uniformi tagħhom filwaqt li t-tobba li għadhom kif iggradwaw għad qed isir l-arranġament meħtieġ sabiex jingħataw l-uniformi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 12024, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma mqassmin il-ħaddiema Maltin u barranin skont il-professjoni u l-grad tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11280 u 11709, jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-Malta Eye Study u meta huwa ppjanat li joħorġu r-riżultati ta’ din ir-riċerka?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward il-Malta Eye Study bħalissa qed isir xogħol biex jintgħażel il-kampjun ta’ persuni li ser ikunu mistiedna jieħdu sehem. Meta jitlesta dan il-proċess, jibda l-istħarriġ proprju li mistenni jieħu madwar sentejn sabiex tkun tista tinġabar biżżejjed data u jibdew jinħarġu r-riżultati minn din ir-riċerka.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11276 u 11706, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-kartuna r-roża li għandhom il-kundizzjoni tad-Dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’taħriġ ingħata lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali matul is-sena l-oħra sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Meta u fejn sar dan it-taħriġ u kemm impjegati attendew għal dan it-taħriġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 u fl-2019 it-taħriġ li ngħata lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Dan it-taħriġ ingħata fiċ-Ċentru għat-Taħriġ tal-isptar Monte Carmeli.
2018
Suggett dwar xiex ingħata it-taħriġ
Jannar
Motivation at the place of Work
Frar
Information session re; UZURA delivered by Caritas
Marzu
De-briefing delivered by ESP personnel
April
Preventing Medical Errors
Mejju
Substance Abuse
Ġunju
The importance of Nursing Documentation
Awwissu
Perinatal Mental Health
Settembru
Nutrition
Ottubru
Motivational Interviewing
Novembru
Therapeutic Relationship
Diċembru
Holistic Counselling
2019
Frar
Perinatal Mental Health
Marzu
The presence of the Psychiatric Nurse in the Community
April
Narratives of Lived Experiences
Mejju
Expressive Healing Art
Settembru
Assertiveness
Ottubru
Cognitive Behavioural Therapy in Mental Health
(dan it-taħriġ ingħata fid-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-isptar Monte Carmeli
)
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li hawn f’pajjiżna fil-preżent u f’liema lokalitajiet qegħdin jgħixu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, wara li ħabbar li l-kura tal-prostata se tibda tingħata b'xejn, x'mediċini ser ikunu provduti bla ħlas fil-formularju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diversi mediċini ġew approvati għall- Benign Prostatic Hypertrophy. Tnejn diġa qed jingħataw b’xejn li huma Doxazocin u Finasteride. Ninfurmah ukoll li nbeda l-proċess biex jiddaħħlu wkoll l-alpha 1 adrenorecoptor antagonists u 5 alpha reductase antagonists li għalihom pre¿entament hemm sejħa miftuħa għall-offerti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm jammonta n-numru ta’ persuni rreġistrati għal servizzi mogħtija mill-klinika tal-Mtarfa Gender Wellbeing? Hekk kif id-domanda għas-servizzi mill-klinika Gender Wellbeing qed tkompli tiżdied, jikkunsidra l-Ministru li jżid iżjed kliniċi ta’ dan it-tip madwar Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’ issa hemm 120 persuna li ġew irriferuti lill-Gender Wellbeing Clinic. F’dan l-istadju ma hemmx pjan sabiex tinfetaħ klinika oħra li toffri l-istess servizz.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika uffiċjal li kellu credit card maħruġa lilu mill-Gvern ta’ Malta kien is-Segretarju Permanenti. Minkejja dan ma kien hemm l-ebda nfieq li saru fl-2018 u fl-2019.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7522 u ninfurmah ukoll li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fil-ħin li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hu n-numru ta’ ħaddiema (staff) li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei (li jinkludi wkoll SAMOC) hemm irreġistrati 5,311 ħaddiem li minnhom 347 huma ta’ nazzjonalita mhux Maltija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa ma ltaqax din is-sena? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn it-talba tiegħi li ġiet aċċettata miċ-chairperson nhar l-4 t’April biex jiġi diskuss “il-5G u t-telefonati ċellulari u l-mod kif jaffettwa s-saħħa u l-benessere tal-bniedem” qatt ma tresqet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitati parlamentari jaqgħu taħt l-instituzzjoni tal-Parlament u ma jagħmlux parti mid-dekasteru tal-Minsteru għas-Saħħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm professjonisti li fil-preżent qegħdin jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali? Xi professjoni għandhom u jekk humiex jaħdmu full-time jew le?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 498 professjonist full-time u 17 part-time li fil-preżent qegħdin jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 32312 tat-12-il Leġiżlatura u 7253 ta’ din il-Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid issa jekk intemmx il-proċess sabiex jinħolqu standards għad-Djar Residenzjali u Hostels sabiex ikunu konformi mal-istrateġija l-ġdida dwar is-saħħa mentali? Jekk iva, jista’ jpoġġi dawn l-Istandards fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġiet imnedija l-istrateġija nazzjonali għas-Saħħa Mentali f’Lulju ta’ din is-sena, bħalissa għaddejjin il-konsultazzjonijiet neċessarji dwar l-imsemmija standards mal-istake holders involuti.
Ministeru għas-Saħħa: Ħlas lil GPs għas-servizz li jagħtu lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23333 tat-12 il-Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet mal-istakeholders sabiex il-GPs u l-professjonisti oħra li jispeċjalizzaw fil-kura psikjatrika u li jagħtu servizz lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità jibdew jitħallsu għas-servizz li huma jagħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa kellu diskussjonijiet fit-tul li wasslu fi ftehim pożittiv mal-Assoċjazzjoni tat-Tobba tal-familja Privati biex jibdew jieħdu ħsieb pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali serji fil-komunita’ bi ħlas. Fil-ġimgħat li ġejjin ser toħroġ espressjoni t' interess (EOI) biex japplikaw Tobba tal-Familja Privati li huma nteressati f'din l-iskema biex jattendu għal programm ta' taħriġ minn Jannar li ġej, biex imbagħad tkun tista’ tibda l-iskema ukoll is-sena d-dieħla.
Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali — Numru ta’ spezzjonijiet għall-għarrieda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien in-numru ta’ investigazzjonijiet għall-għarrieda li saru mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali fis-servizzi mogħtija lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali f’din il-Leġiżlatura? Fejn saru dawn l-investigazzjonijiet?
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza — numru ta’ pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, sena b’sena, bejn l-2013 u l-2018? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza mis-sena 2013 sal-2018 jinsab fit-tabella hawn taħt flimkien ma kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin maqsumin skont il-kategorija fit-tabella.
Numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza
Hospital identification/
ID card letter2013*20142015201620172018
Maltese (M,L,P)9860099754103913108731108358106556
Gozitan (G,H)110011561211136013241275
Non-Maltese Residents (A)634283719834119261321814515
New Born/Children ( C)162819583804518173277731
Foreigners (F)803687029985106541153112442
Numru totali115706119941128747137852141758142519
Tfal bil-karta tal-identita’ M,L,P, G, jew H jidhru mal-kategoriji l-oħra.
*Minn Diċembru tal-2012 sa Novembru tal-2013.