Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23378 u jgħid jekk l-energy audit fuq l-Isptar Mater Dei tlestiex? Jekk tlesta, jista' jqiegħed kopja tieghu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, meta se jitlesta dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Energy Audit fl-Isptar Mater Dei għadu ma sarx.
Id-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Isptar Mater Dei lesta rapport dwar x’jirrikjedi biex isir Energy Audit tal-isptar, f’dak li huwa riżorsi umani, apparat u esperti, kif ukoll x’inhuma l-benefiċċji.
Ir-rapport bir-rakkomandazzjonijiet ġie diskuss internament bejn il-
management
tal-isptar u ġie deċiż li għandhom jinxtraw l-istrumenti meħtieġa biex l-
Energy Audit
tal-isptar issir mid-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Isptar Mater Dei.
Bħal issa qed jiġu preparati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex jinxtara l-apparat meħtieġ. Billi l-isptar huwa kbir ħafna, huwa stmat li
Energy Audit
komprensiv jieħu madwar sena biex jitlesta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23379 u jgħid jekk sarux energy audit fuq l-isptarijiet: Karen Grech; Boffa u Craig u fuq il-health centres? Jekk saru, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux, jista' jgħid meta dawn se jsiru u meta se jitlestew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu nieqes it-tilqim li suppost jingħata lit-tfal? Meta se jerġa' jkun hawn provvista tiegħu għax qed ibatu dawk il-familji li ma jaffordjawx jixtru dan it-tilqim għal uliedhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Immigranti irregolari — TB, HIV, Hepatatits B u Hepatitis C
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ immigranti rregolari li fl-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010, sena b’sena instabu li kienu qed isofru mit-TB, mill-HIV, mill-Hepatatits B u mill-Hepatitis C separatament ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont in-notifikazzjonijiet mibghuta lit-Taqsima Kontroll u Prevenzjoni ta’ Mard, l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta’ immigranti irregolari li nstabu jsofru mit-TB, mill-HIV, mill-Epatite B u Epatite C għas-snin imsemmija hija hekk:
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
HIV
1
6
9
9
15
8
9
Tuberkulożi
10
15
15
24
38
31
24
Epatite B
-
-
3
1
4
9
4
Epatite C
-
2
1
-
1
2
3
Dipartiment tas-Saħħa — kwestjoni dwar il-bacteria tal-E.coli
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa llum dwar l-E.coli u dan fid-dawl ta' dak li ġie komunikat mill-BBC ricentement dwar l-impatt fuq l-umanità li din il-bacteria qed tikkawża fir-Renju Unit u dan fid-dawl li ħafna mit-turisti fil-gżejjer tagħna jiġu mir-Renju Unit ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm numru ta pajjiżi fl-Ewropa li irrapurtaw każijiet ta diarrhea bid-demm ikkawżati mill mikrobu E. Coli 0104 u f’xi każijiet kien hemm xi kumplikazzjonijiet li anke wasslu għal xi imwiet (14 s’ issa). Il-maġġor parti tal-każijiet kienu fil-Ġermanja. Każijiet ġew ukoll irrapurtati mill-Iżvezja, id-Danimarka, L-Olanda, Franza, L-Ingilterra, l-Awstrija, u Spanja.
Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Publika qed jagħmel monitoraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni kemm lokalment kif ukoll ta’ dik fl-Ewropa. Malta tipparteċipa f’sistemi ta’ komunikazzjoni Ewropej li fihom jiġu irrapurtati minnufih kull każ ta’ infezzjoni kif ukoll allerti oħra kemm f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa kif ukoll dak li jirrigwadja is-sigurta’ fl-ikel.
Mill-informazzjoni miġbura s’issa ma hemm l-ebda riskju assoċjat mal-miġja ta’ turisti f’Malta.
Sptar Mater Dei — Waiting list għal operazzjonijiet u servizzi oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta’ nies li qegħdin fil-waiting list għal operazzjonijiet u servizzi oħra fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jagħti lista ta’ x’inhuma l-operazzjonijiet u s-servizzi l-oħra ta’ dawn il-waiting lists u jgħid kemm hu ż-żmien ta’ stennija f’kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Ministeru tiegħu in vista tal-outbreak tal-Eschericiae Coli fir-Repubblika Federali Tedeska? X'kontrolli qed isiru fuq ikel u żrieragħ li jiġu importati mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu ħilitna kollha biex din l-Eschericiae Coli ma tinfirixx għal ġo pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li peress li Malta hija membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja, fuq din il-materja, Malta timxi mal-pajjiżi Ewropej l-oħra skont id-direttiva uniformi li jinħarġu wara konsultazzjoni sħiħa mal-istati membri. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika ilu jsegwi din il-problema minn mindu dehret għall-ewwel darba permezz ta’ żewg sistemi li jeżistu fl-Unjoni Ewropeja; waħda magħrufa bħala Rapid Alert System for Food and Feed (RASFF) li tiġi segwita mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u waħda dwar Early Warning and Response System (EWRS) li hija segwita mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Iż-żewġ sistemi jaħdmu fuq sistema ta’ network ta informazzjoni fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum. Fil-preżent ma jidher li hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi kontrolli speċifiċi fuq ikel u żrieragħ impurtati mill-Unjoni Ewropeja.
Dipartiment tas-Saħħa — eżerċizzji ta' Production Cost
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23846 u jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jagħmilx eżerċizzji tal-production costs bħal per eżempju per patient skont is-servizz/kura diversi li jingħataw tas-saħħa? Jekk isiru dawn l-eżerċizzji, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-workings ta' dawn l-eżerċizzji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23848 u jagħti d-dettalji ta' kemm kien hemm sodod fl-isptarijiet matul dawn l-aħħar ħames snin, sptar sptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Fid-dawl tal-outbreak tal-E. Coli (li apparentament tinxtered b'ċertu faċilità) fil-Ġermanja u f'pajjiżi oħra Ewropej, jista' l-Ministru jgħid x'misuri ta' kawtela ttieħdu f'pajjiżna:
a) fir-rigward ta' importazjoni ta' ħaxix frisk u
b) fir-rigward ta' persuna li jivvjaġġaw lejn il-pajjiżna milquta u affetwat u fir-rigward ta' turisti li jiġu mill-istess pajjiżi milquta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat illi peress li Malta hija membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja, fuq din il-materja, Malta timxi mal-pajjiżi Ewropej l-oħra skont id-direttiva uniformi li jinħarġu wara konsultazzjoni sħiħa mal-istati membri.. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika ilu jsegwi din il-problema minn mindu dehret għall-ewwel darba permezz ta’ żewg sistemi li jeżistu fl-Unjoni Ewropeja; waħda magħrufa bħala Rapid Alert System for Food and Feed (RASFF) li tiġi segwita mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u waħda dwar Early Warning and Response System (EWRS) li hija segwita mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Iż-żewġ sistemi jaħdmu fuq sistema ta’ network ta informazzjoni fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum. Fil-preżent ma jidher li hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi kontrolli speċifiċi fuq ikel u żrieragħ impurtati mill-Unjoni Ewropeja jew xi raġuni biex b’xi mod jigi ikkontrollat jew ristrett l-ivvjaġġar bejn pajjiżi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fis-sena jsir kontroll u spezzjonar fuq il-livel ta' purifikazjoni ta' drenaġġ fl-impjant ta' Sant Antnin fin-Nofsinhar ta' Malta biex jassigura li l-livel ta' purifikazjoni jkun tajjeb u li tisqija minnu ma jkunx ta' dannu għas-saħħa ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26564, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kwantitajiet ta' mediċina in stock li kellu l-gvern jew l-entità governattiva konċernata fl-aħħar ta' Mejju 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-31 ta’ Mejju 2011 l-istokk tal-mediċini li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant kien kif jidher hawn taħt:
Medicina
Dipartiment tal-Procurements
Sptar
Mater Dei
POYC
Sptar Boffa
Extavia (beta Interforeron 1B) – id-Dipartiment jixtri Beta Interferon 1B li mhux dejjem tkun tad-ditta.
55 x 15
65 x15
4 x 15
0
Enbrel ( etanercept 25mg)
50 mg
55 x 4
NIL
206 x 4
NIL
0
NIL
0
NIL
Mabthera ( Rituximab 500mg)
NIL
27
N/A
25
Avonex (Beta Interforen 1A Injections)
399 X 4
105 x 4
13 x 4
N/A
Herceptin ( trastuzumab)
249
0
N/A
188
Viramun (nevirape)
44 x 60
21 x 60
N/A
N/A
Velacade (Bortezomib 1 mg vials)
50
117
N/A
N/A
Avastin (bevacizumab) 100mg vials
17
5
N/A
N/A
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mediċini li jintużaw tant bħal Nuelin 250mg u Enalapril 20mg qegħdin out of stock bħalissa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Theophyline (Nuelin) 250mgs tinstab in stock kemm fid-Dipartiment tal-Procurement kif ukoll fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei u fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. L-aħħar stock tal-mediċina Enalapril 20mg ħareġ mid-Dipartiment tal-Procurement fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju. Madankollu din il-mediċina tinstab in stock fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei u mistennija tasal konsenja oħra aktar tard dan ix-xahar.
Can the Minister say what quality controls (by the public health) are being taken to ensure that the sprinklers are not spreading Legionnaires Disease?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-sprinklers li jintużaw fil-beraħ, dawn ma jaqawx taħt il-provedimenti tar-Regolamenti. tal-2006 dwar il-Kontroll tal-Leġjonella iżda sprinklers oħra bħal dawk użati għal kontra n-nirien, jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-persuna responsabbli mill-fond sabiex isir il-monitoraġġ neċessarju skont l-istess liġi.
Can the Minister say what quality controls (by the public health) are being taken to ensure that the sprinklers are not spreading Legionnaires Disease?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-sprinklers li jintużaw fil-beraħ, dawn ma jaqawx taħt il-provedimenti tar-Regolamenti. tal-2006 dwar il-Kontroll tal-Leġjonella iżda sprinklers oħra bħal dawk użati għal kontra n-nirien, jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-persuna responsabbli mill-fond sabiex isir il-monitoraġġ neċessarju skont l-istess liġi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet quddiem xi dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru biex jinfetħu spiżeriji (f'liema lokalità)? Kemm kien hemm talbiet għall-ftuħ ta' spiżeriji li ġew rifjutati mid-dipartiment ikkonċernat, matul l-aħħar ħames snin? Fejn kienu dawn it-talbiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet quddiem xi dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru biex jinfetħu spiżeriji (f'liema lokalità)? Kemm kien hemm talbiet għall-ftuħ ta' spiżeriji li ġew rifjutati mid-dipartiment ikkonċernat, matul l-aħħar ħames snin? Fejn kienu dawn it-talbiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — tfal u żgħażagħ li ddaħħlu l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal taħt l-għaxar snin li ddaħħlu l-isptar matul l-2010 u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar? Kemm kien in-numru ta' tfal/ żgħażagħ li ddaħħlu fl-isptar mill-istess lokalità fl-istess perjodu ukoll fl-2010? Kemm żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena minn San Pawl il-Baħar (lokalità sħiħa) iddaħħlu l-isptar fl-istess perjodu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-2010 kien hemm 123 tfal taħt l-għaxar snin; 67 tfal bejn l-għaxar u l-ħmistax- il sena; u 232 żgħażagħ li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar. Dawn jinkludu In-patients u day cases iżda ma jinkludux it-trabi li twieldu f’dan l-istess l-isptar u li ma kellhomx bżonn jinżammu għal xi kura.
San Pawl il-Baħar — tfal u żgħażagħ li ddaħħlu l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal taħt l-għaxar snin li ddaħħlu l-isptar matul l-2010 u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar? Kemm kien in-numru ta' tfal/ żgħażagħ li ddaħħlu fl-isptar mill-istess lokalità fl-istess perjodu ukoll fl-2010? Kemm żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena minn San Pawl il-Baħar (lokalità sħiħa) iddaħħlu l-isptar fl-istess perjodu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-2010 kien hemm 123 tfal taħt l-għaxar snin; 67 tfal bejn l-għaxar u l-ħmistax- il sena; u 232 żgħażagħ li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei u li kienu ġejjin minn San Pawl il-Baħar. Dawn jinkludu In-patients u day cases iżda ma jinkludux it-trabi li twieldu f’dan l-istess l-isptar u li ma kellhomx bżonn jinżammu għal xi kura.