Filwaqt li wieħed jawgura li jkompli l-impenn favur it-tisħiħ tal-munita tagħna lkoll l-ewro, jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartimenti, aġenziji jew entitajiet governattivi, jew inkella xi korporazzjonijiet jew istituzzjonijiet li fihom għandu xi sehem il-Gvern Malti jew xi entitajiet ikkontrollati minnu, f'dawn l-aħħar xhur għamlux xi studji dwar worst-case scenario fl-eventwalità li tikkollassa l-munita ewro?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-volum li l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex kapaċi jipproċessa f'sena? Jista’ jgħid meta ġie inawgurat dan l-impjant u x’inhu l-volum li pproċessa kull sena mill-2000 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex għandu il-kapaċità jittratta l-medja ta’ madwar 2.2 miljun metru kubu ta’ drenaġġ fis-sena.
L-impjant ġie inawgurat fid-19 ta’ Jannar 2008.
Id-drenaġġ li ġie ipproċessat kull sena jammonta għal:
1.27 miljun m3 - 2008
1.42 miljun m3 - 2009
1.24 miljun m3 - 2010
1.33 miljun m3 - 2011 (sa l-aħħar ta’ Novembru)
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-koppja li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li ilhom ma jirċevuh u meta jċemplu lill-ARMS Ltd, dejjem jibqgħu bla risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31041, 30654, 30486 u 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta' drenaġġ ġenerat f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena għal dak li huwa domestiku, agrikolu u industrijali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta' drenaġġ trattat għat-tisfija matul dawn l-aħħar ħames snin? X'livelli ta' tisfija rriżultaw sena b'sena għall-istess perjodu ta' dan id-drenaġġ trattat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ drenaġġ li ġie ttrattat f’dawn l-aħħar ħames snin, sa l-aħħar ta’ Novembru 2011, jammonta għal 32.46 miljun metru kubu.
Il-livell ta’ trattament li ingħata fl-impjanti f’Għawdex (Ta’ Mġarr ix-Xini), fit-Tramuntana ta’ Malta (Mellieħa) u fin-Nofsinhar ta’ Malta (Ta’ Barkat) kien primarju (mekkaniku) u sekondaru (bijologiku) skond id-direttiva 91/271 EEC ta’ l-Unjoni Ewropeja għat-tfiegħ ta’ drenaġġ ittrattat fil-baħar.
It-trattament fl-impjant ta’ Sant' Antnin jinvolvi stadju addizzjonali (bil-filtri tar-ramel u chlorine) sabiex l-ilma ttrattat jintuża għall-agrikoltura. L-ammont li gie ttrattat fl-impjant ta’ Sant' Antnin u intuza għall-agrikoltura dawn l-aħħar ħames snin jammonta għal 5.99 miljun metru kubu i.e. madwar 18.5 fil-mija tal-volum trattatt globalment fl-istess perjodu.
Dħul tal-Gvern minn taxxa tal-VAT fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern f'dik li hija taxxa tal-VAT fuq il-mobile phones f'pajjiżna bejn Settembru 2010 u Settembru 2011? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-VAT dovuta fuq il-mobile phones ma tistax tiġi kkalkulata peress li l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-VAT mhijiex kategorizzata iżda tirreferi għal-VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti b’mod globali.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet konkluża l-inkjesta dwar il-mercaptans? Meta mistennija tiġi ppubblikata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rapport mħejji mill-Bord appuntat dwar dan il-każ ġie ppreżentat lili fil-bidu ta’ Jannar. Dan ir-rapport ġie mgħoddi liċ-Chairman Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex il-Board jagħmel l-analizi tiegħu u jagħti r-rejazzjoni uffiċjali tiegħu.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha żmien twil ma tirċievi wieħed?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30851 u jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex matul din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti u għal liema xogħlijiet ingħataw? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi lista ta’ kuntratti għal xogħlijiet f’Għawdex li ngħataw permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti matul is-sena 2011 (sat-12 ta’ Dicembru 2011), kif ukoll kopja ta’ kull kuntratt qegħdin jiġu mehmuża ma din ir-risposta. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex fir-rigward ta’ kuntratti li ma jaqgħux taħt il-benchmark tad-Dipartiment tal-Kuntratti, jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Malta u Għawdex separatament mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dan il-konsum kif kien imqassam fuq l-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ u dak domestiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-distillatur tal-Qala Għawdex huwiex proprjetà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jgħid b'liema titolu u meta għadda għand il-korporazzjoni? Jekk kemm-il darba din hija proprjetà tal-Korporazzjoni, jista' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet dwar l-użu ta' dan id-distillatur? Jekk fl-affermattiv, x'tip ta' użu hu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Peress li l-cleaners li hemm fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed jilmentaw għaliex mhux qed jingħataw overtime u dan qed jingħata lil staff ieħor li mhux inkarigat mit-tindif, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed tippersisti din is-sitwazjzoni u li allura tiġi indirizzata din id-diskriminazzjoni biex fl-allokazzjoni ta' overtime dan jingħata lil kulħadd u mhux lil ftit biss?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li mhux minnu li xogħol ta’ tindif qed jingħata lil staff mhux inkarigat minn dan l-istess xogħol u lanqas hu minnu li l-cleaners mhumiex jingħataw overtime. Hija diskrezzjoni tal-kaptan tal-vapur biex jara li l-crew jagħmel kull tip ta’ xogħol neċessarju u dan jixhed il-fatt li l-baħrin għandhom xogħol ta’ tindif li huwa ukoll elenkat fil-job description tagħhom. Għaldaqstant il-cleaners qed jingħataw l-istess opportunita bħal ħaddiema oħra biex jaħdmu overtime meta jkun hemm bżonn u meta l-kumpanija teħtieġ li ddaħħal ħaddiema b’overtime.
witholding tax derivanti minn kontijiet bankarji ta' minuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatment minn witholding tax derivanti minn kontijiet bankarji ta' minuri?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra huma obbligati li ma jagħtux informazzjoni lid-Dipartiment dwar il-benefiċċjarji tal-istess kontijiet meta dawn jagħżlu li tinqatgħalhom taxxa finali fuq id-dħul minn imgħax. Għaldaqstant id-Dipartiment m’għandux din l-informazzjoni u għalhekk ma tistax tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-Istat Malti għandu dejn taħt korporazzjonijiet, kumpaniji, aġenziji, xandir nazzjonali u organizzazzjonijiet oħrajn li jrid iħallas u jagħmel tajjeb għalihom it-tax payer Malti u Għawdxi kumpanija, kumpanija u dipartiment, dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba kumpanija, kumpanija, iżda biss b’mod aggregat, kif jitlob l-Att dwar l-Awtorità Maltija tal-Istatistika tal-2000. Barra minn hekk, xi kumpaniji għad m’għandhomx il-final audited accounts, u għalhekk il-figuri ta’ xi kumpaniji għadhom proviżorji.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30945 u jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Helicopteros Sureste — kontijiet pendenti ta' taxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma l-helicopteros sureste qabdu u telqu minn Malta ħallewx kontijiet pendenti ta' taxxa jew VAT? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm huma l-ammonti u x'qed isir mid-Dipartiment biex jiġbor l-ammonti dovuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.