Postijiet ta' skrivana mal-Cottonera Sports Complex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw għal post ta' skrivani mal-Cottonera Sports Complex? Kemm ġew interviewed? Kemm għaddew mill-interview? Kemm hemm postijiet vakanti? Ġew mimlija dawn il-postijiet? X'kienu l-kriterji tal-għażla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23051.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jagħmel id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u t-tmexxija tal-MCAST fir-rigward ta' studenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-AAT Diploma fl-Accounts u li ilhom madwar tliet ġimgħat mingħajr għalliema tal-external audit, meta dawn l-istudenti waslu fl-aħħar tal-kors u ħafna minnhom jistgħu jkunu effettwati fit-teżi? X'arranġamenti proviżorji se jsiru biex jiġi assigurat li dawn l-istudenti jkomplu bl-istudji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lekċerer qiegħda fuq ċertifikat mediku għal raġuni valida. Qed isiru arranġamenti biex jiġu mogħtija l-lekċers mitlufa, għaldaqstant l-istudenti mhux se jkunu żvantaġġati fl-istudji tagħhom għall-eżamijiet ta’ l-aħħar tas-sena.
tfal li mhux qed imorru l-iskola minħabba nuqqas ta' LSAs
Question
Tista' l-Ministru tgħid illum fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex kemm hemm tfal li l-ġenituri qed ikollhom iżommuhom id-dar għax m'għandhomx learning support assistant għal xi raġuni jew oħra? Kemm jiem ilhom ma jġibu t-tfal l-iskola u meta hemm il-ħsieb li jkollhom LSAs biex ikunu jistgħu jattendu l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-intervisti tas-supply learning support assistants saru. Ir-riżultat intbagħat il-Public Service Commission (PSC) it-Tnejn 31 ta’ Jannar 2011. Kif jgħaddi r-riżultat mill-Public Service Commission, jibdew jiġu ngaġġati s-supply learning support assistants skont il-ħtieġa.
L-informazzjoni mitluba dwar tfal li mhux qed imorru l-iskola minħabba nuqqas ta’ LSAS qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex kien jikkonsisti s-sehem ta' Malta fl-istudju PISA 2009+ u meta se joħroġ ir-riżultat ta' dan l-istudju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f’Ottubru 2009 sar il-field trial ma’ kampjun ta’ studenti li twieldu fl-1993. L-istudju prinċipali sar f’Marzu 2010 mat-tfal kollha li twieldu fl-1994. Dawn huma tfal li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom kienu fl-aħħar sena tal-iskola sekondarja. Ir-riżultati internazzjonali se jkunu ippubblikati f’ Diċembru 2011.
dħul tal-eżami nazzjonali ġdid — diskussjonijiet bejn ġenituri u għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'qed ikunu r-reazzjonijiet favur u kontra mill-għalliema u l-ġenituri fil-laqgħat li qed isiru għalihom bħalissa biex jiġi diskuss magħhom id-dħul tal-eżami nazzjonali ġdid flok dak tal-Junior Lyceum għat-transizzjoni bejn il-primarja u s-sekondarja? Tista' tgħid kif qed jiġu indirizzati l-punti ta' tħassib espressi mill-għalliema u l-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bidla mportanti bħal din toħloq mistoqsijiet minn dawk li jkunu se jiġu involuti fiha. Minn naħa tagħna bħala Ministeru u Direttorati, mill-mument li nħass li dan seta’ jsir, ġiet imsejħa sensiela ta’ laqgħat fejn uffiċjali tad-Direttorati ltaqgħu l-ewwel għal sagħtejn mal-għalliema u mbagħad għal sagħtejn mal-ġenituri.
Matul dawn il-laqgħat ġie spjegat fid-dettal kull ma hemm ippjanat, fuq proposti u bi qbil tal-iSteering Committee li kien kompost minn persuni kemm mill-iskejjel tal-Istat, mill-iskejjel tal-Knisja u mis-settur Privat. Ġie mqassam il-materjal kollu, jiġifieri dokumenti konnessi ma’ l-eżami,
specimen papers
u
recordings
, avolja kienu diġa jistgħu jiġu aċċessati fuq l-Internet, kemm lill-għalliema kif ukoll lill-ġenituri. L-għalliema ġew mogħtija
feedback sheets
dettaljati dwar kull karta u ġew mitluba jagħtu l-kummenti tagħhom biex jiġi żgurat kemm jista’ jkun li l-karti jkunu inklussivi u jkunu addattati għal kulħadd.
Sal-Ġimgħa 28 ta’ Jannar saru b’kollox għaxar laqgħat, u fadal laqgħat mal-pubbliku, laqgħat mas-settur tal-Knisja u tal-Privat. Din l-ewwel sensiela ta’ laqgħat indirizzat biss l-introduzzjoni tal-
Benchmark
. Hu maħsub li ssir sensiela sħiħa oħra ta’ laqgħat fejn jiġu spjegati l-mekkaniżmi li se jitħaddmu għal Form One fis-Sekondarji tal-Istat f’Settembru li ġej.
Nista’ ngħid mill-ewwel li kemm l-għalliema kif ukoll il-pubbliku apprezzaw l-isforz għal trasparenza, kif ukoll id-dettal li ġie mogħti. Il-ġenituri u l-għalliema fehmu wkoll li dawn il-laqgħat mhumiex biss għall-parenza, speċjalment meta, kif avvanzaw il-laqgħat, bdew jiġu nfurmati b’
feedback
li kien ingħata fil-laqgħat ta’ qabel, u b’xi deċiżjonijiet ta’ aġġustament li kienu diġa qed jittieħdu fuq punti validi li kienu qegħdin jitqajmu, fosthom:
· l-introduzzjoni tal-
Mental Paper
fil-Matematika. Ġie spjegat lill-ġenituri li dan it-tagħlim ilu preskritt fis-sillabu, huwa provdut mill-kotba li qegħdin jintużaw, u diġa qiegħed isir fil-klassijiet; ġew spjegati wkoll il-kundizzjonijiet li fihom se jsir l-eżami, jiġifieri kif se tinqara din il-karta u il-pawsi li jingħataw sabiex l-istudent iwieġeb.
· l-għalliema ntalbu jagħtu parir jekk it-testi tal-karta tas-Smigħ (il-
Listening Comprehension
) għandhomx jinqraw darbtejn jew tlett darbiet;
· kmieni fil-laqgħat tqajjem il-punt li fil-karta proposta għall-Kitba (ix-xogħol ta’ komponiment), il-kandidati ma ngħatawx għażla bejn is-suġġetti. Gie spjegat lil kulħadd li din hija l-prassi f’eżamijiet bħal dan, iżda sabiex ma jkunx hemm skossi kbar u tensjoni żejda għal din is-sena se jkun hemm għażla bejn żewġ suġġetti għaż-żewġ kitbiet li l-kandidati se jiġu mitluba jagħmlu.
· ġew spjegati fid-dettal id-deċiżjonijiet dwar eżenzjonijiet u arranġamenti speċjali skond kif inhi l-prassi f’dan it-tip ta’ eżami. Kontra dak li kien maħsub, kien hemm ġenituri li għalkemm fehmu li wliedhom setgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom, xtaqu li ma tinqatax linja dritta u t-tfal jagħmlu xorta l-eżami. Dan, per eżempju, fil-każ ta’ persuni nieqsa mis-smiegh li normalment wieħed kien jifhem li jiġu eżentati mill-karta tas-Smigħ (il-
Listening Comprehension
). Il-ġenituri pproponew li ladarba t-tfal qed jiġu mgħallma jaqraw ix-xufftejn u dan huwa l-mod kif huma jikkomunikaw, isiru arranġamenti biex it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw ukoll, skond il-mezzi tagħhom. Il-politika ġenerali hija li l-iskola tagħmel rakkomandazzjoni dwar it-tfal individwalment, u din imbagħad tmur għand il-professjonisti tad-Direttorati li jevalwaw u jieħdu deċiżjoni każ każ.
Il-
feedback
li qed jinġabar waqt il-laqgħat ser jintuża biex jiġu rfinuti l-karti tal-eżami ta’ Ġunju.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ttieħdet id-deċiżjoni li jintemm il-Music Option Project li kien qed jiġi żviluppat fil-Kulleġġ ta' Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Mużika bħala
option
se tibqa’ tkun offruta fil-Kulleġġ ta’ Għawdex. Anzi, din l-
option
għandha tidħol b’mod gradwali fil-kulleġġi l-oħra fis-snin li ġejjin.
Ħlasijiet minn studenti barranin li jistudjaw fl-Università
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barrarin li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn barra l-Unjoni Ewropea jistudjaw fl-Universita ta' Malta? Tista tgħid kemm qed iħallsu dawn l-istudenti għal coursesli qed jsegwu u minn liema pajjiż ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jiswew l-courses li qed jipprovdi l-MCAST lill-istudenti li jipparteċipaw fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST ma jitlobx ħlas għal korsijiet full-time tiegħu. It-tagħlim kollu jsir mingħajr ħlas. L-istudenti li jagħżlu l-korsijiet ta’ kwalifiki mal-BTEC jiġu mitluba jħallsu ammont li jkopri ir-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mill-BTEC. Il-Ħlas hu kif ġej:
BTEC Diploma €265.41
BTEC Extended Diploma €324.47
BTEC Higher National Diploma €343.37
Il-ħlas jsir skont il-livell tad-Diploma kif indikat aktar 'il fuq. Student jista’ jieħu sa ħames snin sabiex jikseb ċ-ċertifikazzjoni.
Dan ifisser li għall-istess ħlas il-kors jista’ jsir fuq bażi
Part-Time
sakemm ma jieħux aktar minn ħames snin.
Tista' l-Ministru tgħid x'jiġri jekk student ma jkunx jista' jħallas għal courses li jipprovdi l-MCAST allavolja jkollu l-kwalifiki kollha neċessarji biex jidħol għal dawn il-courses?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST għandu proċedura fejn student japplika għall-għajnuna minn fond apposta. Il-kulleġġ għandu kumitat stabbilit li jeżamina dawn it-talbiet biex tkun tista tingħata l-għajnuna meħtieġa. Studenti oħra b’diffikultajiet finanzjarji ġieli jħallsu pagamenti fuq medda ta’ żmien. Ta’ min ifakkar li l-istudenti għandhom l-iSmart Card u l-istipendju li jistgħu jużawhom għal dan il-ħlas.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u liema huma l-courses/degrees eċċ li trid tħallas fee għalihom u li jiġu provduti mill-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — proprjetà immobiljari
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tagħha jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtha mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tagħha u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha fis-sena 2010? Tista' tikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21875, tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ għax skont kura privata kienet ix-xewqa li din it-talba timxi 'l quddiem, filwaqt li nifhem bin-numru ta' talbiet kulħadd jipprova jagħmel l-aħjar għall-ulied?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ se jidher quddiem l-Istatementing Moderating Panel fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 22086 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tara li ħaddiema tad-Dipartiment tal-Korporazzjoni Enemalta jaraw li l-wires li huma fuq barra tal-post tal-individwu, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, u li jidhru perikolużi ħafna jiġu rranġati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-
wires
li saret referenza għalihom mhumiex responsabbiltà tal-Awtorità tad-Djar imma huma responsabilità tal-privat.
Riżultati ta' eżamijiet għal beadles fl-Università
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta se joħorġu r-riżultati tal-eżamijiet li saru għal beadles fl-Università, f'Awwissu 2010? Tista' tgħid kemm hemm bżonn persuni għal dan il-post? Tista' tikkonferma jekk sarux l-interviews biex jimtlew dawn il-postijiet? Jekk saru, min ġie msejjaħ? Jekk ma sarux, meta se jsiru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-intervisti għall-Beadles fl-Università saru f’Jannar 2011 u r-riżultat għadda lill-Kunsill f’laqgħa li kien hemm fis-27 ta’ Jannar 2011
Ħdax-il kandidat ġew imqegħda f’ordni ta’ mertu u jiġu msejħa meta jkun hemm vakanzi għal post ta’ Beadles fl-Università.
Il-lista tibqa’ valida għal sena mid-data tal-kunsill sas-27 ta’Jannar 2011.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iskejjel kollha primarji tal-gvern hux qed jitqassam is-servizz tal-ħalib b'xejn lill-istudenti kollha u jekk kienx hemm attentati mill-awtoritajiet skolastiċi biex dan is-servizz jieqaf minħabba nuqqas ta' fondi? B'mod speċifiku, x'inhi s-sitwazzjoni fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa? Huwa vera li t-twaqqif ta' dan is-servizz hu marbut ma' nuqqas ta' fondi? Kemm jiswa lill-Gvern is-servizz ta' tqassim ta' ħalib b'xejn lill-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-gvern fil-livell primarju? Hemm xi għajnuna mill-Unjoni Ewropea f'dan is-settur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ta’ kull sena, id-Dipartiment għall-Servizzi tal-Istudenti joħroġ ċirkulari fejn jistieden lill-iskejjel kollha statali, tal-Knisja jew Indipendenti sabiex japplikaw għallEU School Milk Subsidy Scheme. Din l-iskema tipprovdi lil dawk l-iskejjel li japplikaw b’sussidju fuq in-nefqa li jagħmlu biex jipprovdu ħalib frisk b’xejn lill-istudenti tagħhom. Din l-iskema tinħadem flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bħala il-‘Paying Agents’.
Sabiex jitħajru aktar skejjel jipparteċipaw f’din l-iskema, speċjalment dawk sekondarji, sussidju qed jingħata ukoll fuq
‘yoghurts’
li jiġu ipprovduti fl-iskejjel.
Id-dokument HELP, maħruġ mid-Direttorat għall-Servizzi Edukattivi, iħeġġeġ li kull tifel u tifla jieħdu mill-anqas 250ml ta’ ħalib frisk kuljum. Dan huwa l-istess ammont illi l-Kummissjoni Ewropeja tikkunsidra bħala eliġibli għas-sussidju fuq l-EU School Milk Subsidy Scheme
.
Hemm skejjel li jiddeċidu li l-ispiża fuq it-tqassim tal-ħalib frisk mhix waħda ġustifikata peress li t-tfal li jagħmlu użu minn dan is-servizz huma ftit u għalhekk jagħżlu li jutilizzaw il-fondi tagħhom fuq servizzi jew faċilitajiet oħra.
Nies li jirreġistraw għax-xogħol — xogħol fil-komunità
Question
Tista' l-Ministru tispjega l-mertu ta' kif jiġu magħżula minn fost nies li jirreġistraw għax-xogħol, sabiex iwettqu xogħol fil-komunità u kemm huwa l-ammont ta' nies li jinsabu jaħdmu fuq din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta ġiet imħabbra l-iskema din kienet tapplika biss għal dawk il-persuni li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal ħames snin jew aktar u li jkunu jirċievu l-benefiċċju tal-qagħad.
Il-parteċipanti jintgħazlu skont it-talbiet li jkollha l-ETC mill-entitajiet eleġibbli li jibbenefikaw. Hemm imbagħad kunsiderazzjonijiet oħra li wieħed irid jara fosthom: il-ħiliet mitluba mill-entitajiet skond ix-xogħol mitlub; il-lokalitajiet minn fejn ġejjin it-talbiet għaliex l-ebda parteċipant ma jista’ jintbagħat fl-istess lokalita` fejn ikun residenti. Dan ma japplikax meta l-entità involuta ma tkunx kunsill lokali. Biex ma jkunx hemm spejjeż żejda ta` transport għall-partecipanti, naraw li l-ebda parteċipant ma jkollu juża t-trasport pubbliku aktar minn darbtejn kuljum.
Bħalissa hemm 160 parteċipant fl-iskema, liema numru jvarja skond it-talbiet li jkollna minn żmien għal żmien. Dan in-numru se jiżdied fil-ġimgħat li ġejjin bid-dħul ta` parteċipanti ġodda.