Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11147 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — materjal stampat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li tul din is-sena ġew stampati s-segwenti,White Paper dwar il-Ġustizzja Riparatriċi; Miżuri Legali ta' Ġid għan-Negozji Żgħar u Medji; Rapport tal-ewwel Sena ta' Ħidma u; l-Medjazzjoni - Mistoqsijiet dwar il-proċess. Infurmat ukoll li dawn id-dokumenti ntbgħatu lil kategoriji ta' persuni nteressati, bħal Sindki, Periti, Tobba, Accountants, nies fin-negozju u fl-industrija, Kappillani eċċ. Dawn id-dokumenti ġew kollha stampati jew fuq karta reċikabbli jew reċiklata.
Leg 11 PQ #11747 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — financial instruments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari numru 11743.
Leg 11 PQ #11136 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jeżistux faċilitajiet li staqsiet dwarhom l-Onorevoli Membru. Dan ma jfissirx li f'każ li ssir it-talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa'.
Leg 11 PQ #11684 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuta sa l-aħħar tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #11738 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Uffiċċju tal-Ministru

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru hija kif ġej:- Head of Secretariat 1 Private Secretary 1 Asst. Private Secretary 1 Communications Co-ordinator 1 Office Co-ordinator 1 Secretariat Officers 4 Secretariat Pool 3 Secretariat Messengers 2
Leg 11 PQ #11823 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bejgħ ta' immobbli b'subbasta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rikorsi għall-bejgħ ta' immobbli b'subbasta xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2008 sal-lum? Kemm minn dawn ir-rikorsi immaturaw b'mod li effettivament immobbli nbiegħ bis-subbasta? Kemm minn dawn l-immobbli inxtraw mill-banek animo compensandi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #11879 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ksur tal-liġi dwar il-kaċċa u l-insib

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ttieħdu passi kontra tagħhom minħabba allegat ksur tal-liġi dwar il-kaċċa u l-insib matul l-2009? Kemm kien in-numru ta' każi tal-istess tip ta' allegati reati fl-2007 u 2008 rispettivament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- Sena 2007 282 2008 351 2009 187 sal-31 ta' Ottubru
Leg 11 PQ #10155 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Senteza ta' probation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bħalissa qegħdin taħt sentenza ta' probation u kemm taħt sentenza sospiża? Kemm-il waħda għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sa Lulju 2009, fil-Qrati tal-Ġustizzja, Malta, fl-uffiċċju tal-Probation kien hemm 375 każ attiv li bħalissa qegħdin taħt Ordni ta' Probation u 1119 sentenzi sospoiża li għadhom attivi. Infurmat ukoll li peress l-informazzjoni mitluba tkopri numru ta' snin, mhux possibbli li tingħata tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija. Fil-każ tal-Qorti tal-Maġistrati, Għawdex, infurmat illi hemm 19-il persuna taħt sentenza ta' Probation u 23 persuna taħt sentenza sospiża u li ħadd minn dawn ma għandu aktar minn tali sentenza.
Leg 11 PQ #10156 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti — persuni taħt sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt sentenza jew ordni mill-Qorti li jridu jiffirmaw l-għassa tal-Pulizija llum? Ġo liema lokalità qegħdin kull wieħed?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hawn 1,222 persuna li huma obbligati li jirrapurtaw f’xi Għassa tal-Pulizija, kif ġej: Għassa Persuni Għassa Persuni Għassa Persuni Valletta 43 Żejtun 52 Ħamrun 136 Qormi 78 B’Buġia 34 B’Kara 107 Żebbug 30 Żurrieq 51 Naxxar 49 Paola 77 Msida 52 Mosta 29 Luqa 13 Sliema 75 Qawra 54 Cospicua 88 San Ġiljan 82 Victoria 48 Żabbar 87 Rabat 37
Leg 11 PQ #11848 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Nomina għall-kariga ta' Imħallef

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies li applikaw sabiex jiġu nominati għall-kariga ta’ Imħallef sabiex jippresjedi quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress li l-lista tal-ismijiet tal-persuni li applikaw għall-kariga li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija ta’ natura konfidenzjali, ma nħossx li jkun għaqli li għandha tingħata.
Leg 11 PQ #11863 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — eżerċizzju ta' sparar mingħajr protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ordna li l-pulizija jiġu ordnati jagħmlu eżerċizzju ta' sparar bla ebda protezzjoni tal-widna fir-range tal-Furjana? X'background mediku għandu min ordna dan l-eżerċizzju? Sar xi forma ta' studju biex jiġi stabbilit x'inhuma l-effetti fuq is-smiegħ tal-pulizija minn tali eżerċizzju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-taħrig li jingħataw il-membri tal-Korp tal-Pulizija dwar l-użu ta’ armi tan-nar huwa maqsum fi tnejn – parti tiffoka l-aktar fuq l-użu tal-arma minn pozizzjoni statika u parti li tikkreja sitwazzjonijiet rejali li fihom membru tal-Korp jista jsib ruħu fihom waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Infurmat ukoll illi waqt il-parti tat-taħriġ minn pozizzjoni statika li jsir fir-range tal–Furjana, il-membri tal-Korp dejjem jiġu provduti b’apparat protettiv kemm għall-widnejn, kif ukoll għall-għajnejn. Waqt il-parti l-oħra ta’ dan it-tip it-taħriġ, li jkun jixbaħ sitwazzjonijiet rejali meta l-pulizija jkollu jiġri jew b’xi mod ieħor jitħabat qabel ma jsib ruħu f’sitwazzjoni fejn ikun hemm possibilta' li jkollu juża arma tan-nar, l-ilbies ta’ dan l-apparat jista' jkun ta’ periklu jew tfixkil kemm għalih kif ukoll għal ħaddieħor. Barra minn hekk, huwa wkoll parti mportanti fit-taħriġ, li l-membru tal-Korp jesperjenza hu personalment il-ħoss proprju li jiġi kkawżat kull darba li jiġi sparat tir minn arma tan-nar.
Leg 11 PQ #11865 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — xogħol extra f'Evans Building - ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgġid meta se jibdew jitħallsu dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jagħmlu xogħol extra mal-uffiċċju elettorali f'Evans Building, il-Belt Valletta? Jaf illi dawn ilhom ma jitħallsu għal dawn l-aħħar disa' xhur, sa minn Jannar 2009? Ma jidhirlux illi dan id-dewmien ta' aktar minn disa' xhur issa qabeż kull limitu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ħlas dovut lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għal xogħol extra mal-uffiċċju elettorali f'Evans Building bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena qed jinħadem u ser jitħallas mal-paga tal-bidu ta' Diċembru 2009.
Leg 11 PQ #11866 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għasses jew fond użat mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għassa tal-pulizija, jew fond użat mill-pulizija hu b'kirja mill-privat? Liema huma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi, hemm 29 Għassa tal-Pulizija mikrija mingħand il-privat. Dawn huma Attard, B'Kara, Ħad Dingli, Fgura, Għajnsielem, Għarb, Għargħur, Għasri, Gudja, Gżira, Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Marsa, Marsaxlokk, Mellieħa, Imqabba, Nadur, Qrendi, Ħal Safi, San Ġwann, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Xewkija, Xgħajra, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żebbuġ (Għawdex), Żurrieq u Ħal Qormi.

Ħwienet tal-logħob

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11760 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-indirizzi tal-ħwienet tal-logħob kollha li hawn f'Malta u f'Għawdex li ġew magħluqa mill-pulizija, inkluż in-numru ta' magni f'kull ħanut?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10152 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sentenzi ta' ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' ħabs, probation u sentenzi sospiżi s-sena l-oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Qorti tal Maġistrati Għawdex Sentenzi ta' ħabs 3 Sentenzi sospiżi 16 Probation Orders 5 Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali (Malta) Qrati tal-Magistrati: Sentenzi ta’ ħabs 288 Sentenzi sospiżi 358 Probation Orders 158 Qrati Kriminali (Superjuri) Sentenzi ta’ ħabs 115 Sentenzi sospiżi 20 Probation Orders 12 Fir-rigward il-Probation Orders li ngħataw mill-Qrati tal-Maġistrati, din ma tinkludix statistika ta’ awla partikolari peress li ma kenitx qed tinżamm.
Leg 11 PQ #10812 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkazjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:-
Leg 11 PQ #11541 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħal Far Fire Training Grounds

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10925 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid x'titlu għandha l-kumpanija privata li qed tokkupa u topera minn parti mill-Ħal Far Fire Training Grounds? Meta ngħatalha din it-titlu? X'inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatalha dan it-titlu? Dawn il-kundizzjonijiet huma miftuħa għal kumpaniji oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi permezz ta’ ftehim iffirmat fis-7 ta’ April 2000, kumpanija privata ġiet mogħtija l-jedd li tuża is-servizzi u l-faċilitajiet fil-Fire Fighting Training Grounds li hemm fil-Fire Station ta’ Ħal Far. Dan il-ftehim li sar fil-presenza tan-Nutar tal-Gvern, kien awtorizza lil din il-kumpanija privata li topera għal perjodu ta’ erba’ snin mid-data tal-iffirmar; dan il-ftehim seta’ jiġi awtomatikament imġedded kull tliet snin wara l-ewwel perjodu. Il-kundizzjonijiet jinsabu elenkati fil-ftehim imsemmi. Infurmat ukoll illi sa issa ma hemm ebda kumpanija oħra li għandha ftehim simili.
Leg 11 PQ #11672 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 103 persuna li daħlu jaħdmu a bażi ta' kuntratt u li tali kuntratt huwa l-unika bażi għall-impjieg tagħhom. Infurmat ukoll li hemm 54 persuna oħra li għalkemm bħalissa qegħdin jokkupaw posizzjoni a bażi ta’ kuntratt definit, dawn għandhom impjieg permanenti li mhuwiex marbut ma' tali kuntratt.
Leg 11 PQ #11729 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — emails

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Tajjeb jingħad li skont Ċirkulari numru 7 tal-2006, maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-korrispondenza li tasal permezz tal-email għandha tiġi acknowledged fi żmien ġurnata tax-xogħol. Tweġiba jew informazzjoni għal korrispondenza aktar kumplessa għandha tingħata fi żmien ħamest ijiem minn meta jkun intbgħat acknowledgement, iżda meta risposta tirrekjedi li jsiru xi riċerki, dawn ir-risposti jieħdu aktar żmien.
Leg 11 PQ #10143 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni taħt 16-il sena — alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni taħt is-16-il sena jixorbu l-alkoħol din is-sena? Kemm inqabdu persuni jbiegħu alkoħol lil persuni taħt is-16-il sena din is-sena? Fejn inqabdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ma kien hemm ebda persuni taħt l-età li nstabu jikkonsmaw xorb alkoħoliku.