Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24074 u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati iċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma’ karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ chemotherapy tingħata barra minn Malta u li ma tingħatax f’Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-kimoterapija u l-immunoterapija li huma meqjusa bħala ‘standard of care’ huma kollha disponibbli għall-kura tal-pazjenti
L-unika trattament li bħalissa mhux disponibbli hu trapjant tal-mudullun. Pazjenti li jinħtieġu dan it-trattament jiġu mibgħuta fi sptar f’Londra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xhur u ġranet fis-sena 2024 il-mediċina Rasagiline 1mg tabs kienet out of stock mill-POYC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-mediċina Rasagiline 1mg ma kienitx tlaħħaq mad-domanda f’xi jiem f’Mejju, f’xi jiem f’Ġunju u f’xi jiem f’Awissu 2024. Dan għax min ifornixxi l-mediċina ma kienx qiegħed iġib il-mediċina fil-ħin.
It-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tikkonferma li CPSU dejjem fornixxa lill-POYC b’din il-mediċina, fejn ħafna drabi ġew fornuta aktar mid-domanda u b’hekk setgħu jinqdew il-pazjenti kollha matul is-sena kollha.
Persuni barranin — Border visas għal raġunijiet mediċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi fis-snin 2022, 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ wkoll jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 24706 u jgħid min huma l-konsulenti legali li kienu u/jew għadhom qed jagħtu servizz legali lill-Ministeru tiegħu u lid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-26 ta' Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm tħallsu għas-servizzi professjonali tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tal-entitajiet għandha tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22962. Għar-rigward tad-dipartimenti ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-fornituri li jipprovdu s-servizz ta' trasport f'kull Ċentru ta' Matul il-Jum f'Malta u Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, l-fornituri li jipprovdu s-servizz tat-trasport għaċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva f’Malta huma kif ġej:
Lokalità
Kuntrattur
Dingli, Mtarfa, Hamrun, Luqa, Qormi, Żurrieq, Safi Mosta, Naxxar, Sliema u Bormla
Executive Transport
Żejtun u B’Bugia
JV Health
Il-lokalitajiet li mhumiex imsemmija fit-tabella t’hawn fuq, jiġu provduti trasport mill-Kunsill Lokali tal-lokalità stess jew inkella m’għandhomx bżonn trasport.
Iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum f’Għawdex ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
MOU — Organizzazzjoni volontarja Step Up for Parkinsons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24048 u 24192 u jgħid jekk sarx il-Memorandum of Understanding mal-Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson's hekk kif ġie imħabbar mill-istess Ministru waqt il-maratona televiżiva ġbir ta' fondi fis-26 ta' Ottubru 2024? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument? Jekk le, meta hu mistenni li jsir dan il-MoU?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-MOU mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha out of stock l-Methylphenidate Slow Release 18mg u meta ser terġa’ tkun disponibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn dawn il-pilloli hawn nuqqas globali, fil-fatt kull pajjiż qed jirċievi stokk ristrett. Pajjiżi bħar-Renju Unit, il-Portugall, u Franza ħarġu export bans biex dan il-prodott ma joħroġx barra minn pajjizhom. Sadanitant, id-Dipartiment tas-Saħħa għandu ordnijiet għal dozi differenti bil-għan li nkunu nistgħu nagħtu alternattiv għad-dozi li jiġu s-soltu. Ninsab infurmat li l-pilloli Methylphenidate 18mg slow release tqassmu fl-entitajiet tas-saħħa fit-23 ta’ Diċembru 2024. Suppost id-dipartiment għandu jirċievi stokk f’dawn il-jiem.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-somma ta’ €1,460,245.88 għandha tinġabar mill-Gvern għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin mill-isptar Mater Dei u dawn il-pazjenti ma kellhomx dritt għal servizzi b’xejn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li nżammu għall-kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) fl-2022, 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni biex dawn it-trabi nżammu fl-NPICU?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsba infurmat li n-numru ta’ trabi u tfal li ddaħħlu fil-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) hu kif ġej: fl-2022 daħlu 449; fl-2023 daħlu 515 u fl-2024 daħlu 562 (din iċ-ċifra hi proviżorja).
Ir-raġunijiet komuni biex dawn it-trabi inżammu fl-NPICU huma kif ġej: il-piż tat-tarbija, problemi respiratorji u dwar l-ikel, bacterial sepsis u neonatal jaundice.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Ministeru qiegħed joħroġ l-ingaġġ tat-tobba mhux skont il-ftehim settorali iżda miftuħ għall-persuni barranin minflok għall-Maltin biss?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tobba Maltin kollha jigu ngaġġati. Meta jkun fadal izjed vakanzi il-Ministeru jerġa joħroġ sejħiet għal perjodu definit għal tobba barranin sabiex il-pazjent jinqeda aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar Mount Carmel mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21495.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar Mater Dei mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21494.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar Karin Grech mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm is-Sur Stephen Zammit li ilu jokkupa l-kariga ta’ CEO fl-Isptar Karin Grech mill-2014.
Residenza San Vinċenz de Paul – Kapijiet eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar San Vinċenz de Paul mill-2012 ’il quddiem? Jista’ jipprovdi l-ismijiet kif ukoll id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-kapijiet eżekuttivi tal-Isptar San Vinċenz de Paul kienu dawn:
Isem u Kunjom
Data tal-bidu
Data tat-tmiem
Dr Josianne Cutajar
Ġunju 2013
4 ta’ Ottubru 2023
Is-Sur Jorgen Souness
5 ta’ Ottubru 2023
Sal-lum