Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pitkalija — tiswija fuq il-magna tal-ħasil tal-kaxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha ma taħdem il-magna tal-ħasil li hemm il-pitkalija biex tnaddaf il-kaxex li fihom il-bdiewa jġibu l-prodotti tagħhom? Għaliex qed iddum daqshekk ma tissewwa? Meta hemm il-ħsieb li tissewwa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ħasil tal-kaxxi jsir minn kumpannija privata.

Pitkalija — tiswija fuq it-tined

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jissewwew it-tined tal-pitkalija għax meta tagħmel ix-xita tidħol minn uħud minnhom u jinġabar ħafna ilma ġol-postijiet fejn ikun qed isir il-bejgħ u x-xiri tal-ħaxix u l-frott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif diġa għidt fil-Parlament diġà nħarġet sejħa għall-offerti biex isir xogħol fuq it-tined. Dan ix-xogħol mistenni jibda kmieni s-sena d-dieħla u mistenni li jitlesta fit-tielet kwart tal-istess sena.

sistema l-ġdida ta' arloġġi ma' spieri legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se taħdem is-sistema l-ġdida ta' arloġġi ma' spieri legali? Kemm se jħallsu l-bdiewa ta' kull spiera? Kemm se jħallsu tal-konsum? Kif se jiġi stabbilit il-prezz fejn l-ispieri jintużaw minn bdiewa differenti b'rati differenti ta' konsum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bħalissa għadu għaddej l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet li ntefgħu mill-bdiewa u r-raħħala. Il-bdiewa kif diġà għidt mhux se jħallsu għall-installazzjoni tal-meters mal-boreholes u spieri. Mhux possibli li tingħata aktar informazzjoni qabel dawn l-applikazzjonijiet ikunu pproċessati kollha.

Exclusive Economic Zone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux ħsieb li jiddikjara Exclusive Economic Zone ta' 200 mil nawtiku madwar Malta? Jista' jgħid jekk il-Gvern Malti avżax lill-Gvern Libjan dwar id-drittijiet ta' Malta f'każ li l-Gvern Libjan jiddikjara l-Exclusive Economic Zone?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi ghat-twegiba li se tingħata f’mistoqsija 21977.

Bir Lalla Saida

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tal-Gvern Malti dwar il-bir esploratorju msejjaħ Lalla Saida li jinsab madwar 120km fil-Punent tal-Bir Malti Tama 1 u li tħaffer b'riżultat ta' konċessjoni li ngħatat mill-Gvern Tuneżin allavolja dan il-bir Tuneżin jinsab f'żona li Malta tqis bħala parti mill-blata kontinentali Maltija? X'permessi ħareġ il-Gvern Malti għal dan il-bir Tuneżin u f'nuqqas ta' dawn il-permessi x'forma ta' protesta għamel il-Gvern Malti mal-Gvern Tuneżin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern Malti jsosni li parti mill-konċessjoni li ngħatat mill-Gvern Tuneżin fl-1973 u li fiha tħaffer dan il-bir tifforma parti mill-blata kontinentali ta’ Malta. Il-Gvern Malti għamel diversi protesti biex jipproteġi l-interessi legali tiegħu.

Konċessjonijiet għal tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk konċessjonijiet għal tħaffir għaż-żejt li qed jiġu offruti mill-Gvern Taljan madwar Pantelleria, Linosa u Lampedusa, jinkludix parti mill-blata kontinentali ta' Malta f'Area 6? Jekk dan hu l-każ, x'passi se jieħu l-Gvern Malti biex jipproteġi l-interessi ta' Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 21981.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Dipartiment/uffiċċji - lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka kemm-il uffiċċju/dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu għandu żewġ sulari jew iktar u jgħid f'liema hemm lift funzjonabbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — impjant tar-riċiklaġġ - arja taż-żona

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21783 u 21785, u jekk xi darba jiġi stabbilit xjentifikament 'l hinn minn kull dubju ddettat mir-raġuni li l-arja taż-żona fejn se jinbenda family park f'Wied il-Għajn hija talba għall-familji u uliedhom, anke meta l-impjant ta' riċiklaġġ ikun imbena kompletament u jiffunzjona fl-integrità tiegħu, jista' jgħid jekk il-Wasteserv hijiex se tibni full-sized football pitch għall-benefiċċju tan-nies ta' Wied il-Għajn bħala parti minn dan l-istess family park? Meta se jibda jinbena l-family park? X'juru r-riżultati tal-kwalità tal-arja li għandu f'idejh s'issa l-gvern għaż-żona ta' ħdejn l-impjant ta' riċiklaġġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ġnien ta' Pembroke — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema ġnien f’Pembroke kien qed jirreferi l-Ministru Tonio Fenech fid-diskors tal-budget tiegħu meta qal li se jitkompla x-xogħol fuq il-ġnien f’Pembroke? Jista’ jelenka x-xogħol li sar s’issa fuq dan il-proġett u x’qed jippjana l-ministeru meta jgħid li se jitkompla x-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pompi tal-fuel liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22099 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm hawn pompi tal-fuel (petrol stations) liċenzjati bħalissa f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pompi li minkejja li huma liċenzjati, mhux qed joperaw? Jekk iva, fejn jinsabu dawn il-pompi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sid ta' Razzett — ngħaġ u baħar tal-ħalib

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21674 u jgħid jekk huwiex permessibbli li sid ta' razzett li fih irabbi n-ngħaġ tal-ħalib, ikun jista' jrabbi ukoll baqra għall-ħalib? Jekk dan mhux permessibbli, jista' jgħid għaliex dan mhux possibbli?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin - trattament għall-iskart

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22000, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjonijiet finali quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġu identifikati s-siti msemmija fir-risposta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qxur tas-sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li dawk li kienu ġew magħżula sabiex ikollhom il-qoxra tagħhom tas-sajd mkissra (demolition) ġew sostituti b'oħrajn minflok?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ftehim proviżorju bejn Malta u l-Italja — dwar il-linja medjana li taqsam il-blata kontinetali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-ftehim proviżorju bejn Malta u l-Italja dwar il-linja medjana li taqsam b'ekwidistanza l-blata kontinetali bejn Malta u l-Italja, għadux jiġi rispettat mill-Gvern Taljan? Saret xi talba għall-estensjoni ta' din il-linja lejn il-Lvant?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21971.

Dritt fuq il-Medina Bank

Question

F'każ li dan il-ftehim proviżorju għadu effettiv, jista' l-Ministru jispjega għalfejn l-Italja qed tiċħad id-dritt ta' Malta fuq il-Medina Bank li tinsab ġeografikament iżjed 'l isfel mil-linja proviżorja bejn Malta u l-Italja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21973.

Medina Bank — pretenzjonijiet bejn Gvern Malti u Gvern Grieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern Grieg wassalx bil-miktub jew bil-kliem lill-Gvern Malti xi pretenzjonijiet tiegħu dwar il-Medina Bank jew il-linja medjana bejn Malta u l-Greċja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tal-Agrikolatura — ġwiebi approvati lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ġwiebi li ġew approvati mid-Dipartiment tal-Agrikolatura għall-bdiewa li applikaw għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jieħdu permessi għall-bini?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Xogħlijiet fid-Dipartiment u uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet f'kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn biex dawn il-premises ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għajnuna għal dawk li għandhom dħul baxx

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19859 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm nies li qed jibbenifikaw minn għajnuna li qed tiġi mill-Unjoni Ewropea għal dawk li għandhom dħul baxx, liema għajnuna titqassam mill-qassisin fl-irħula u bliet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet numri 15006 u 20714. L-għajnuna tista tingħata lil dawk il-persuni li jaqgħu taħt waħda minn dawn il-kategoriji; · Pensjoni tal-etá · Għajnuna Soċjali · Għajnuna Soċjali għal Xebba Omm · Għajnuna għal min ma jaħdimx · Carers Assistance/Pension · Severely/mentally handicapped · Għajnuna lill-Għomja · Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad · Persuna lil tikkwalifika għall-karta r-roża permezz tat-test tal-mezzi Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi.

għajnuna mill-Unjoni Ewropea — ikel għal min għandu dħul baxx

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19860 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il prodott ta' ikel bħala għajnuna mill-Unjoni Ewropa qed jiġu biex jitqassmu lil dawk li l-aktar għandhom dħul baxx?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 15006 u 17255.