Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-klijenti kollha (entitajiet Governattivi, kumpaniji mis-settur privat, individwi eċċ.) li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tat is-servizzi tagħha bi ħlas f’dawn l-aħħar ħames snin u nofs (2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 s’issa), sena b’sena, skont it-tabella li qed tintbagħat separatament? Jista’ jgħid ukoll min hu r-regolatur f'dan il-każ? Min jiddeċiedi liema huma l-każijiet li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha taħdem direttament fuqhom u titlob tariffi għas-servizz, u fuq il-bażi ta' liema kriterji jintgħażel klijent minn ieħor? Kif jiġu kkalkulati l-miżati peress li dan mhux preskritt legalment?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li s-servizzi li toffri s-Sovrintendenza li huma suġġett għal ħlas huma limitati għal:
· Spezzjonijiet ta’ artifatti ta’ patrimonju kulturali li jkunu qegħdin jiġu mpurtati fil-pajjiż, mhux mill-EU;
Examinations Fees (collected in terms of S.L.35.03 Fees for Examination of Works of Art)
2018
2019
2020
2021
2022
2023
€65,157
€22,125
€4,638
€20,379
€72,540
€27,052
· Assessjar ta’ talbiet għal esportazzjoni ta’ oġġetti mhux kulturali;
Administrative Fees (export of non-cultural items)
2018
2019
2020
2021
2022
2023
n/a
n/a
€15,907
€18,704
€20,478
€6,905
· Esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali;
Export/Re-Export of Cultural Items (over 50 years) (collected in terms of Art.54 of Cultural Heritage Act (CAP.446)
2018
2019
2020
2021
2022
2023
Administrative Fee
n/a
n/a
n/a
n/a
n/a
€110
Export/Re-Export Certificate
n/a
n/a
n/a
n/a
n/a
€2,310
Other Services rendered in terms of Cultural Heritage Act
2018
2019
2020
2021
2022
2023
n/a
n/a
€7,150
€48,244
€21,108
€0
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – dħul mill-Compromised Fine Mechanism
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul fis-sena 2022 bl-adozzjoni tal-'Compromised Fine Mechanism’ mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista’ jagħti rendikont ta’ dan id-dħul u jgħid minn fejn kien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-mekkaniżmu tal-Compromised Fines huwa mekkaniżmu tal-Awtorità kkonċernata u mhux tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Intant infurmat ukoll illi kull meta s-Sovrintendenza ressqet każ ta’ Compromised Fines quddiem l-Awtorità kkonċernata, dejjem kien hemm involut fil-proċess is-Sovrintendent.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – dħul mill-Compromised Fine Mechanism
Question
Peress li skont ir-Rapport Annwali tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tal-2019 il-'Compromised Fine Mechanism’ kien amministrat mill-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-multi nġabru u nżammu mill-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid ukoll minn fejn ġej is-sors tad-dħul għas-Sovrintendenza? Min kien l-uffiċjal li mexxa l-'Compromised Fine Mechanism’ f’isem is-Sovrintendenza dak iż-żmien, u min qed imexxi dan il-mekkaniżmu illum?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9504.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – debituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-debituri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk il-“miżati ta’ eżami u amministrattivi” huma fuq bażi ta’ flus kontanti, (irreferi għal paġna 9 tal-istqarrijiet finanzjarji awditjati tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2022) allura min irid jagħti l-flus lis-Sovrintendenza? Jista’ jagħti lista komprensiva tad-debituri u l-ammonti rispettivi?
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – kredituri
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-kredituri li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas total ta’ €768,508 hekk kif imniżżel fl-estimi finanzjarji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-ammont msemmi ma jirriflettix kredituri iżda huma proviżjonijiet.
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali – remunerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?
B’referenza għall-għeluq tad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jgħid qabel ma ħareġ l-istqarrija fejn ħabbar li se tingħalaq din id-Dar, jekk il-Kunsill ta’ Bormla qattx kien ikkonsultat dwar dan jew tal-inqas ġiex uffiċjalment informat? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie kkonsultat/informat u kif, jekk hux permezz ta’ laqgħat, jekk hux b’korrispondenza uffiċjali jew b’xi forma oħra? Jista’ jagħti d-data/i meta seħħet din il-konsultazzjoni/informazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li jien ma ħriġt ebda stqarrija fis-sens indikat mill-istess Onor. Interpellanta.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – pjanti għall-Project Green
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proposti li saru mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar għal dak li jikkonċerna Project Green? Liema kienu dawn il-proposti?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8233, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand il-Ministeru tiegħu dwar problemi fis-servizz tat-trasmissjoni free-to-air matul l-2022 u l-2023? Kemm minn dawn ġew solvuti? Kemm daħlu lmenti li jistgħu jiġu klassifikati bħala ‘każijiet rari’, u liema kienu l-lokalitajiet minn fejn saru dawn l-ilmenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-Public Broadcasting Services Ltd irċeviet mistoqsijiet mingħand 27 persuna, fir-rigward tas-servizz ta’ trażmissjoni free-to-air, li saru fl-2023.
Il-lokalitajiet li minnhom saru l-maġġoranza tal-mistoqsijiet kienu l-Baħrija, Tas-Sliema, San Ġiljan, Raħal Ġdid u Marsalforn.
Intant infurmat li l-uniku lokalità li minnha sar ilment minn grupp ta’ persuni kienet il-Baħrija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5566 u jgħid min kienu l-membri li ffurmaw il-Bord tal-Governanza fid-Direttorat tal-Kunsilli Lokali għas-sena 2022? X’kienet ir-remunerazzjoni tal-membri għas-sena 2022? Kemm-il darba ltaqgħu b’mod formali tul is-sena 2022 xahar b’xahar? Kemm daħlu każijiet ġodda tul is-sena 2022? Kemm każijiet ġew deċiżi tul is-sena 2022? Kemm kien hemm każijiet pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2022 u kemm ilhom pendenti? Min ser ikunu l-membri tal-istess bord għas-sena 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Membri tal-Bord tal-Governanza fid-Direttorat tal-Kunsilli Lokali għas-sena 2022, kif ukoll għas-sena 2023, kienu hekk kif ġej:
Chairman
Sur Simon Abela - €11,061.009 p.a.
Membri
Sur Duncan Hall - €4,096.79 p.a.
Sin. Sarah Lee Zammit - €4,096.79 p.a.
Sin. Speranza Chircop - €4,096.79 p.a.
Segretarju tal Board
Sur Pablo Cachia Belli - €4,096.79 p.a.
Intant infurmat li mit-twaqqif tal-Bord il-ġdid, l-istess bord iltaqa’ diversi drabi b’mod formali u kif ukoll informalment sabiex jiddiskuti u jixtarr numru ta’każijiet li sab li kienu pendenti u għadhom mhux magħluqa.
Intant infurmat ukoll li l-Bord għandu quddiemu 16 il-każ pendenti, li minnhom 8 kazijiet kienu infetħu qabel Marzu tas-sena 2022.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3369, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir f’Kerċem Tombs (Katakombi ta’ Għar Għerduf) sarux sabiex tibda l-ħidma arkeoloġika?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li żaru kull sit (admissions) amministrat minn Heritage Malta f’Malta u Għawdex, xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u minn Jannar sa April tal-2023? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u s-sena elenkata individwalment u skont jekk kinux tfal, adulti jew anzjani?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt.
GHAR DALAM
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
1075
1357
2167
3344
Senior Citizensizens
223
272
426
462
Students
141
213
266
571
Children
93
130
85
302
HAGAR QIM
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
4257
5099
8274
14672
Senior Citizensizens
718
879
2034
2887
Students
642
1071
1386
2490
Children
183
360
200
1011
HYPOGEUM
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
1309
1245
1535
1485
Seniors
0
482
13
520
Students
0
173
22
118
Children (6-12)
0
59
0
76
Last Minute
0
0
0
0
INQUISITOR`S PALACE
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
1007
1199
1995
2908
Senior Citizensizens
300
516
760
812
Students
150
185
426
419
Children
35
70
45
171
MNAJDRA TEMPLE
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
3676
4545
6368
10682
Senior Citizensizens
611
854
1615
2470
Students
514
846
1088
1978
Children
170
360
183
936
ROMAN DOMUS
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
622
867
1146
2060
Senior Citizensizens
158
326
511
612
Students
160
309
356
452
Children
31
86
35
175
NATIONAL MUSEUM OF ARCHAEOLOGY
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
2335
2889
4169
6674
Senior Citizens
754
745
1331
1529
Students
369
616
661
1121
Children
110
213
83
370
MUZA
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
1157
1225
1887
3115
Senior Citizens
334
409
601
554
Students
196
219
329
341
Children
27
57
23
82
NATIONAL MUSEUM OF NATURAL HISTORY
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
855
1086
1515
2011
Senior Citizens
102
238
257
354
Students
209
208
252
400
Children
69
131
91
244
FORT ST ELMO
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
3966
4583
6889
10855
Senior Citizens
760
1063
1998
2353
Students
620
904
981
1949
Children
189
362
210
838
VALLETTA UNDERGROUND
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
356
291
436
496
Senior Citizens
77
80
87
177
Students
58
89
40
72
Children
0
0
0
22
FORT ST ANGELO
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
1841
2338
3468
5280
Senior Citizens
420
674
1213
1413
Students
279
382
509
830
Children
58
146
69
419
PALACE ARMOURY
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
0
0
0
0
Senior Citizens
0
0
0
0
Students
0
0
0
0
Children
0
0
0
0
ST. PAUL`S CATACOMBS
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
3842
4956
6935
11498
Senior Citizens
434
704
1159
1542
Students
639
968
1150
2118
Children
188
389
167
806
STATE ROOMS
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
0
0
0
0
Senior Citizens
0
0
0
0
Students
0
0
0
0
Children
0
0
0
0
TARXIEN TEMPLES
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
1633
1722
3039
4440
Senior Citizens
382
513
996
1086
Students
263
409
593
823
Children
94
109
61
266
FORTRESS
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
61
96
71
202
Senior Citizens
10
16
50
15
Students
1
10
44
3
Children
1
4
1
5
FOLKLORE GOZO
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
633
844
1277
2028
Senior Citizens
145
237
433
508
Students
104
156
178
402
Children
45
91
46
215
GGANTIJA TEMPLES
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
4099
5929
10161
16789
Senior Citizens
623
929
1941
2631
Students
455
666
963
1952
Children
176
272
140
961
GOZO MUSEUM OF ARCHAEOLOGY
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
647
875
1354
2002
Senior Citizens
132
235
395
485
Students
102
164
202
439
Children
43
74
49
214
GOZO NATURE MUSEUM
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
533
710
1063
1581
Senior Citizens
94
171
279
302
Students
89
145
174
316
Children
40
68
38
197
TA` KOLA WINDMILL
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
520
688
1050
1902
Senior Citizens
112
253
477
484
Students
67
109
139
224
Children
30
53
32
207
OLD PRISONS
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
837
1135
1807
2761
Senior Citizens
164
227
476
562
Students
133
231
252
497
Children
58
111
70
352
BORG IN NADUR
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
271
225
275
329
Senior Citizens
67
45
61
51
Students
46
54
52
62
Children
31
12
8
19
HAGRAT
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
103
119
210
453
Senior Citizens
28
22
78
73
Students
13
6
14
13
Children
6
16
9
27
SKORBA
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
83
93
195
289
Senior Citizens
33
18
79
64
Students
12
12
153
37
Children
4
7
9
22
TA' BISTRA
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
Adults
48
8
74
5
Senior Citizens
8
63
17
0
Students
6
8
5
0
Children
0
0
15
0
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul finanzjarju minn kull sit amministrat minn Heritage Malta f'Malta u Għawdex, xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u minn Jannar sa April tal-2023? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u sena elenkata individwalment u jgħid x’kien il-valur tad-dħul minn ħlas ta’ persuni tfal, adulti jew anzjani?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ attivitajiet privati, in-natura tagħhom u d-dħul finanzjarju minn kull sit amministrat minn Heritage Malta f'Malta u Għawdex, xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u minn Jannar sa April tal-2023? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u s-sena elenkata individwalment?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“other expenditure” li huma mniżżlin fl-estimi ta’ Heritage Malta, apparti l-flus li ser jintefqu fuq “exhibition and events”, “general staff costs” u “marketing and communications expenses”? Jista’ jgħid kif se jintefqu u fuq xiex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:
§ ‘
Library
’ - xiri ta kotba għal użu ta’ riċerka u għall-kollezjoni;
§ ‘
Bank Charges and IFRS interest
- tariffi tal-bank għal użu tal ‘
epos machine
’ u ‘merchant accounts’ kif ukoll IFRS16 interest fuq propjetà;
§ ‘
Professional Diving service’
– Servizzi meħtieġa mill-‘
UnderWater Cutural Heritage
’ għal protezzjoni u management ta’ siti taħt il-baħar;
§ ‘
Licences
’ - liċenzji varji bhal pereżempju; liċenzji ta’ karozzi u liċenzji għal użu ta’ ‘software’ u
subscriptions
oħra
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hijiex toffri servizzi ta’ evalwazzjoni arkeoloġika, monitoraġġ arkeoloġiku u/jew servizzi ta’ konservazzjoni/restawr hija stess, apparti milli tirregola s-settur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija r-regolatur nazzjonali tal-patrimonju kulturali u parti mid-dmir tagħha huwa li tagħmel monitoraġġ fuq xogħlijiet ta’ restawr u arkeoloġija. Is-Sovrintendenza mhix operatur ta’ dawn ix-xogħlijiet fis-settur privat. Għaldaqstant is-Sovrintendenza twettaq il-monitoraġġ ta’ restawr tal-bini peress li għandha uffiċjali ddedikati għal dan ix-xogħol. Dan il-monitoraġġ isir kull fejn ikun hemm kundizzjoni ta’ restawr fil-permess ta’ żvilupp.
Intant infurmat li s-Sovrintendenza tipparteċipa f’xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni mill-uffiċjali tagħha, f’każijiet rari ta’ meta ikun hemm bżonn l-ispjeċjalizzazzjoni tal-uffiċjali tagħha.
Fir-rigward ta’ monitoraġġ jew evalwazzjoni arkeoloġika, infurmat li s-Sovrintendenza għandha rwol stipulat fl-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali, u huwa d-dmir tas-Sovrintendenza li tinvestiga u tissorvelja. Għaldaqstant m’huwiex każ li s-Sovrintendenza tkun qed toffri servizz meta twettaq evalwazzjoni jew monitoraġġ arkeoloġiku, imma pjuttost tkun qed twettaq id-dmirijiet tagħha flok tiddelegahom lil monitors (li huma persuni akkreditati u awtorizzati mis-Sovrintendnenza li jaħdmu fis-settur privat), speċjalment f’każijiet fejn ikunu jirrekkjedu l-intervent dirett tas-Sovrintendenza.
Infurmat ukoll li jista’ jkun hemm każijiet oħra fejn ikun hemm bżonn l-ispeċjalizzazzjoni tas-Sovrintendenza, u li mhux disponibbli fis-settur privat, u għaldaqstant ix-xogħol isir dirett mill-uffiċjali tas-Sovrintendenza.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9554, ninformah li hemm erba’ (4) persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.
Restawr ta’ swar u binjiet ta’ żmien il-Kavallieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta qed jiġu restawrati swar u binjiet ta' żmien il-Kavallieri, il-gwarniċi u l-'coat of arms' humiex qegħdin jiġu rrestawrati? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid għalfejn dawn mhux jiġu restawrati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi f’dan l-ambitu referenza jeħtieġ li ssir għall-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, u speċifikament għad-definizzjoni li jagħti l-Att għal kwalunkwe attività ta’ restawr:
"restawr" tfisser attività ta’ speċjalizzazzjoni għolja għall-konservazzjoni tal-integrità tal-patrimonju kulturali, li toħroġ il-valuri u
ttejjeb il-mod kif jinqara l-istat, il-forma u d-disinn oriġinali, fil-parametri ta’ materjal li jkun għadu jeżisti. Dik l-attivit
à għandha tkun imsejsa fuq proċess kritiku, storiku u xjentifiku ta’ valutazzjoni u mhux fuq konġettura.
Infurmat li l-firxa kbira ta’ xogħol ta’ restawr li għaddejja bħalissa hi ggwidata minn dawn il-prinċipji, u kull deċiżjoni hi meħuda wara li jsir proċess kritiku, storiku u xjentifiku ta’ valutazzjoni.
Infurmat ukoll li f’sitwazzjonijiet fejn xi gwarniċi u/jew ‘coat of arms’ mhux qed jiġu magħmula mill-ġdid, dan ikun għax l-imsemmi proċess ikun stabilixxa li m’hemmx biżżejjed għarfien biex isir dan.
Intant infurmat li f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-gwarniċi u/jew ‘coat of arms’ eżistenti u fil-forma tagħha tiġi msaħħa imma mhux mibdula.