Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew adottati tfal minn pajjiżna minn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin bejn is-sena 2017 sal-lum, sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet.
Fl-istess waqt l-awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.
Adozzjoni — Pajjiżi fejn hu permess li ssir adozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-pajjiżi minn fejn qed ikun permess li jsiru adozzjonijiet ta' tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet.
Fl-istess waqt l-awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.
Adozzjoni — Koppji jew individwi approvati bħala ġenituri addottivi prospettivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin li ġew approvati bħala Ġenituri Addottivi Prospettivi (PAPs) u li għadhom qed jistennew biex jaddottaw?
Response (FALZON, MICHAEL)
Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet.
Fl-istess waqt l-Awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti jew ditti li jagħtu konsulenza fil-Ministeru tiegħu jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jagħti d-data ta' ingaġġ tal-konsulenza u l-ħlas rispettiv mill-bidu tal-konsulenza tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l Ministru jgħid kemm għandu persuni jservu ta' Arbitri għall-finijiet tal-artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet ta' dawn il-persuni u d-data tal-ħatra tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
DSS Umpires
Date of
Current Appointment
Dr
Noel
Camilleri
03/02/2022
Dr
Adrian
Camilleri
03/02/2022
Dr
Edward
Gatt
03/02/2022
Dr
Shaheryar
Ghaznavi
03/02/2022
Dr
Katia
Mercieca
03/02/2022
Dr
Vincent
Micallef
03/02/2022
Dr
Luciano
Busuttil
04/09/2021
Dr
Noel
Cutajar
04/09/2021
Dr
Simon
Micallef Stafrace
18/10/2021
Dr
Joseph Mario
Sammut
18/05/2021
Sitt skema tal-inġustizzji tal-passat – Persuni li se jibbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kemm-il persuna se tkun qed tibbenefika mis-sitt skema tal-inġustizzji tal-passat u kemm hu l-investiment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li madwar 5,000 persuna ser jkunu ntitolati għall-għotjiet li ser jitħallsu skont it-tliet skemi mfassla mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.
B’kollox, bejniethom ser jitħallsu madwar €10 miljun.
It-termini u kundizzjonijiet tal-iskemi ġew ippublikati fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ April, 2022.
Iż-żmien biex wieħed japplika jagħlaq fl-aħħar ta’ Lulju 2022 u l-ħlasijiet jsiru aktar tard matul is-sena wara proċess ta’ verifika.
L-iskemi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jgħoddu għal :
1. Persuni li daħlu fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f’dipartmenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi;
2. Persuni li kienu;
(i) impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-settur pubbliku wara li għamlu xi żmien iservu f’wieħed mill-korpi tax-xogħol imwaqqfa qabel l-1979; jew
(ii) impjegati mal-Gas Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta; jew
(iii) apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta.
L-iskema għall-eks ħaddiema tax-xatt qed titħaddem mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali skont ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-General Workers’ Union. Din ser tkun is-sitt u l-aħħar sena ta’ din l-iskema li tapplika għal dawk il-ħaddiema jew l-eredi tagħhom li kienu msieħba fil-Port Pension and Contingency Fund bejn l-4 ta’ April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007.
Ċentri LEAP – għajnuna lil persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’għajnuniet konkreti qed jingħataw persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali miċ-Ċentri LEAP?’
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2019, is-servizz li kien jingħata mill-programm LEAP għadda għand l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). B’impenn lejn il-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali (2014-2024), il-ħidma tal-ACTS favur tisħiħ tal-iżvilupp soċjali ħolistiku tal-komunità, ssir minn tim multi-dixxiplinarju magħmul minn social workers, social mentors, community development workers, family therapists, psychotherapists, counsellors u parenting coaches.
Fejn jidħlu l-isfidi tas-saħħa mentali, l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità taħdem fuq:
1. il-prevenzjoni, billi taddotta prattiċi li jwasslu għal ħajja sana;
2. li tkabbar il-kapaċità tal-membri tal-komunità fis-suġġett, filwaqt li trawwem aktar kuxjenza biex il-ġirien jieħdu ħsieb aktar xulxin speċjalment f’kuntest ta’ komunitajiet vulnerabbli, u
3. billi toffri sapport konkret lil persuni li jkunu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali.
L-ACTS għandha relazzjoni ta’ kollaborazjoni stabbli mas-Servizz Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, fejn b’mod regolari isir skambju ta’ idejat u prattiċi, billi ż-żewġ servizzi huma ffukati fuq il-komunità.
Din il-kollaborazzjoni issir permezz ta’ laqgħat regolari bejn il-managment taż-żewġ entitajiet, kif ukoll bejn il-professjonisti li jaħdmu dirett mal-komunità.
L-ACTS, permezz taċ-Ċentru tal-Qawra, toffri spazju kliniku biex professjonist mis-servizz nazzjonal ta’ Saħħa Mentali jiltaqa’ mal-klijenti tiegħu minn dik il-komunità mingħajr ma’ joħloq ħafna skariġġ minn post għal ieħor. Il-fatt li żewġ servizzi qegħdin fl-istess ċentru jgħin biex dawk ir-residenti li jieħdu servizz, jew jinħass li għandhom boznn iż-żewg servizzi jingħataw servizz aktar integrat.
Ħidma oħra tal-ACTS hja li tospita support groups permezz tas-servizz soċjali u terapewtiku tal-ACTS fil-komunità fil-Qawra. B’kollox jiġu offruti żewg sapport groups, wieħed bil-Malti u ieħor bl-Ingliz biex residenti li jkollhom sfidi ta’saħħa mentali ikollhom spazju fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jsibu soluzzjonijiet mill-esperjenzi ta’ xulxin. Barra dan, l-istess servizz għandu grupp li jiltaqa’ b’mod regolari biex jindirizza is-solitudni. Fil-Belt Valletta, ukoll hemm Mental Health Support Group li huwa immexxi minn social worker u community development worker.
Tajjeb li wieħed isemmi ukoll li teżisti relazzjoni bejn il-professjonisti miż-żewg entitajiet imsemmija, fir-rigward ta’ referrals u care plans ta’ residenti li huma klijent taż- żewġ servizzi, ladarba il-klijent rispettiv ikun komdu li ż-żewġ servizzi jaħdmu flimkien. Dan is-servizz huwa mifrux ma’ Malta kollha.
F’kull servizzi tal-komunità madwar Malta, l-ACTS għandha inċentivi li jgħinnu lil klijenti tagħha, ikollhom ħajja mentali sana. Fil-komunità tal-Kottonera hemm gruppi bħal Qawsalla, self help group, u iTeens, grupp ta’ żgħażagħ u adoloxxenti, fejn jsiru diskussjonijiet u sessjonijiet li jtejjbu ir-reżiljenza tal-komunità fis-saħħa mentali. Isiru wkoll proġetti oħra li jikkontribwixxu direttament u indirettament lejn it-tisħiħ tas-saħħa mentali tar-residenti fil-komunità, bħal kollaborazzjoni man-nursery tal-football tal-Fgura United u inizzjattivi ta’ sostennibiltà tal-ambjent fuq it-teorija tal-permaculture.
Is-servizzi kollha tal-ACTS jaħdmu direttament ma’ persuni bi problemi jew diffikultajiet ta’ saħħa mentali u permezz ta’ interventi individwali u pjan ta’ kura individwali li jaħdmu għat-tisħiħ tas-saħħa mentali tar-residenti.
Adozzjoni u fostering ta’ tfal minn pajjiżi barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati u fostered tfal minn pajjiżi barranin matul is-sena l-oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-ewwel parti tal-mistoqsija tagħha, fir-rigward ta’ kemm ġew addottati tfal minn pajjiżi barranin matul is-sena l-oħra, tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ tfal fostered għall-istess perijodu, ser jingħata minni, f’seduta oħra.
Arbitru tas-Servizzi Soċjali – appelli minn persuni residenti f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid x' qed iżomm milli appelli quddiem l-Arbitru tas-Servizzi Soċjali li jkunu sottomessi minn persuni residenti f'Għawdex ma jinstemgħux f'Għawdex? Jaf li ħafna Għawdxin qed ikollhom jiġu Malta diversi drabi għal dawn l-appelli? Jista' jieħu l-passi biex dawn jibdew jinstemgħu f'Għawdex stess?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8740 tal-Leġiżlatura XIII, jista’ l-Ministru jgħid kemm baqa’ bankini fil-lokalità ta’ Marsaskala li għandhom problemi ta’ aċċessibilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Poltika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B'referenza għall-European Child Guarantee,
inizjattiva li tiggarantixxi li tfal fil-bżonn ikollhom aċċess għal servizzi essenzjali u b'hekk timpedixxi u tiġġieled il-faqar fost it-tfal, u peress li din kienet imħabbra mill-Kummissjoni Ewropea fl-2019 u ġiet adottata mill-Kunsill tal-Ewropa f'Ġunju 2021 u kull stat membru kellu jissottometti National Action Plan sa Marzu 2022, jista' l-Ministru jgħid:
1. Jekk dan sarx minn Malta;
2. Jekk le, min ser ikun involut fit-tfassil ta' dan il-pjan; u
3. Meta se jitlesta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Gvern qed jiddiskuti l-abbozz hekk imsejjaħ National Action Plan dwar il-European Child Guarantee li mistenni ikun lest sa Ġunju.
Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 – anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 169 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 – anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 170 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u li bdew jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €400 mill-1 ta' Jannar 2022? Jista' jgħid kemm minnhom qegħdin jgħixu fil-komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.