Awtorità tad-Djar — Dipartiment għal Bini - azzjoni fuq saqaf t'appartament tal-gvern
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7823 fejn staqsejt meta ser tittieħed azzjoni f'leak tal-ilma li hemm f'saqaf f'appartament tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta ser tissewwa l-ħsara u dan meta sar rapport minn perit tad-Dipartiment għal Bini u Tiswija fi ħdan l-Awtorità tad-Djar, u meta dan l-istess perit qal x'azzjoni għandha tittieħed?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob L-Onor. Interpellant biex jipprovdi l-indirizz tal-persuna inkonċernata biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba, għax għat-tieni darba ir-referenza dwar din il-mistoqsija mhix tajba.
każ ta' kumpannija li falliet — ħaddiema bla xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7931 u jinvestiga kumpannija li d-dettalji qed jidhru separatament, li kienet timpjega madwar 60 ħaddiem li din skont il-management falliet? Issa li l-ħaddiema spiċċaw la jistgħu jirreġistraw u anqas flus ma jieħdu, jista' jara x'jista' jsir u jinħareġ forma ta' kumpens biex dawn il-familji jkollhom xi forma ta' għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bħalissa id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg għaddej bl-investigazzjonijiet dwar il-kumpanija li rrifera għaliha l-Onor. Interpellant wara li fit-30 ta’ Marzu 2009 il-ħaddiema kollha (40 impjegat) ingħataw is-sensja. Id-Dipartiment qed jagħmel dak kollu li jista’ biex jagħmel kuntatt mad-diretturi ta’ din il-kumpanija li jgħixu l-Ingilterra sabiex il-kumpanija tirrispetta l-proċeduri ta’ collective redundancies u biex l-impjegati jiġu mogħtija l-ħlasijiet dovuti.
Informat ukoll li bħala norma, impjegati li jkunu fuq il-kotba ta kumpanija ma jkunux jistgħu jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel Parti qabel l-impieg ma jkun terminat. Ninsab informat li f’dan il-każ saru l-arranġamenti neċessarji bejn id-Dipartiment u l-ETC biex dawn il-ħaddiema jiġu mqegħda fuq l-ewwel parti tar-Reġistru. B’hekk għandu jiġi faċilitat il-proċess biex jinsab impieg alternattiv, filwaqt li dawn il-persuni jkunu intitolati għall-assistenza soċjali.
Għawdex — nies li jirreġistraw - xogħol li qed ifittxu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7859 u jgħid x’inhuwa x-xogħol li qed ifittxu dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex taħt l-ewwel parti u t-tieni parti separatament? Jista’ jagħti n-numru ta’ reġistranti skont ix-xogħol li qed ifittxu u maqsuma f’nisa u rġiel?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8014 u jgħid fl-aħħar tal-2008 kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom part-time biss (m’għandhomx xogħol full time) f’Malta u Għawdex separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f’Novembru ta’ l-2008 kien hemm 4,124 persuni jaħdmu għal rashom bħala part-time biss. Dawn ma jħaddmux impjegati magħhom u m’għandhomx xogħol ieħor full-time. Minn dawn 3,629 kienu qed jaħdmu f’Malta filwaqt li 495 kienu qed jaħdmu f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kif issir l-għażla biex jimtlew il-vakanzi fid-Day Centres tal-Anzjani? Il-postijiet vakanti jimtlew mill-home helpers jew mod ieħor? X'inhuma l-kriterji tal-għażla?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed tingħata l-mediċina texoterlil dawk li għandhom kanċer tal-prostata, meta diġà tingħata lil dawk bil-kanċer tas-sider?
Għaliex dawn il-pazjenti mhux qed jiġu mgħejjuna bl-għoti ta' din il-mediċina?
kuntratt għal min għandu art mogħtija mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-affarijiet sabiex residenti/sidien li jgħixu ġo djar li bnew fuq art mogħtija lilhom fi żmenijiet fejn kellna gvernijiet differenti, imma għadhom fuq konvenju, sejrin jiġu regolarizzati u jsiru il-kuntratti neċessarji? Nfakkar li esponenti tal-gvern preżenti tliet snin ilu kienu qalu li fi żmien sena kellhom jibdew jsiru dawn il-kuntratti u nies li kienu fuq konvenju kellhom jiġu regolarizzati? Jista' jgħid kemm hawn żoni f'Malta u f'Għawdex li fil-fatt qegħdin bil-konvenju u li qed jistennew li jsir il-kuntratt?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi L-Awtorita’ tad-Djar ma jkollhiex informazzjoni dwar meta l-art li fuqha mibnija dawn ir-residenzi ser tgħaddi f’idejn l-Awtorita’ sabiex ikun jista’ jsir il-kuntratt. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet.
Informat ukoll li 50 lokalita f’Malta u f’Għawdex li qegħdin b’Konvenju u jrid isir il-kuntratt.
Għajnuna biex żgħażagħ joħorġu mill-problema tad-droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ u persuni oħrajn talbu l-għajnuna biex jkunu jistgħu joħorġu mill-problema tad-droga matul is-sena 2008? Kemm minn dawn iż-żgħażagħ bdew kors ta' riabilitazzjoni matul l-istess sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-2008 kien hemm 386 persuna li ġew referuti lid-Drugs Community Team u lit-Teen Support Services. Minn dawn 34 bdew il-kors ta' riabilitazzjoni matul l-istess sena. Madanakollu huwa tajjeb li wieħed jinnota li mit-386 klijent jista jkun hemm klijenti minnhom li jkunu bdew il-kors ta’riabilitazzjoni m’Aġenziji oħra eż. mal-Caritas jew l-OASI
Jista' l-Ministru jispjega xi prospetti għandhom l-assistant care workers fl-Isptar Mater Dei? Kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaqgħu f'dan il-grad? Xi scale jinsabu fih? Dawn jistgħu jsiru care workers? Jekk iva, x'korsijiet iridu jagħmlu? Dan il-kors huwa aċċessibbli għal kull assistant care worker? Kull meta jsir u kemm ilu ma jsir? Hemm il-ħsieb li jerga' jsir dalwaqt ? Jista' jgħid ukoll jekk dawn l-istess ħaddiema jistgħux isiru health assistants u allura jsiru scale 14 bħall-bqija tal-health assistants? Hemm job description li jifred ix-xogħol ta' health assistants minn dak ta' assistant care workers?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-iSptar Mater Dei hemm sitt (6) Assistant Care Workers: ħamsa (5) minnhom jinsabu fi skala 16 u wieħed (1) fi skala 17.
Wieħed jista’ isir care worker skont kif elenkat fil-
Classification, Regrading and Assimilation of the Social Work Class – Social Work Support Service,
iffirmat f’Lulju 1995 bejn il-gvern u l-Unions (GWU u UHM), jiġifieri jew permezz ta’ sejħa pubblika għal dawk li għandhom livell ta’ edukazzjoni ta’ GCE/SEC, jew li spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja, jew li għandhom Journeyman’s Certificate jew kwalifika ta’ sengħa relata.
Informat ukoll li s-sejħa għal Health Assistants hija miftuħa għal dawk il-Hospital Auxiliaries li jkunu ilhom ħmistax (15) – il sena fis-servizz u jkunu għamlu kors qasir.
Iva, hemm
job descriptions
għall-Health Assistants u għall-Assistant Care Workers.
Awtorità tad-Djar — bejgħ t'appartamenti, djar, maisonets u garaxxijiet
Question
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru t'applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorità tad-Djar abbażi tal-iskemi tagħha għall-bejgħ t'appartamenti/djar/maisonets/garaxxijiet eċċ. matul l-2008 rispettivament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew:
a) aċċettati?
b) rifjutati?
ċ) akkomodati?
d) mhux akkomodati?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2008, l-Awtorita’ tad-Djar kellha Ħarga Numru 74 tal-postijiet għall-bejgħ. Għal dawn il-postijiet kien hemm 129 applikazzjoni. Bħalissa l-Awtorita’ tad-Djar tinsab fil-proċess li talloka dawn il-postijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li nqabdu jaħdmu illegalment matul is-sena 2008, maqsuma xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalità kienu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' abbuż minn benefiċċji soċjali matul is-sena 2008, maqsuma skond it-tip ta' benefiċċju? Jista' jgħid ukoll għal kemm hu l-ammont li jrid jiġi rkuprat għal kull tip ta' benefiċċju?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li barra dawn, xi każijiet li d-Direttorat identifika għadhom pendenti għad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tas-Sigurta` Soċjali.
Informat li d-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni) ma jżommx statistika ta’ kull ammont li jrid jiġi rkuprat għal kull tip ta’ benefiċċju, iżda l-ammont totali ta’ flus li jridu jiġu rkuprati mill-Benefiċċji Soċjali msemmija fit-tabella huwa ta’ €968,000. L-irkuprar ta’ dawn isir mid-Diviżjoni tas-Sigurta` Soċjali. Ta’ min isemmi li dan l-ammont ma jinkludix l-iffrankar ta’ flus li kienu jitħallsu fuq l-imsemmija Benefiċċji Soċjali kieku dawn ma ġewx imwaqqfa, li għas-sena li għaddiet huwa stmat li kien jammonta għal €2,523,500.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7702 u jgħid: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5633 u 7389, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li d-dipartiment konċernat jifhem id-diffikultà li għandhom pazjenti bil-karta r-roża fir-rigward ta’ antibiotic f’forma ta’ injection u mhux pilloli kif jingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7389? Jaf il-Ministru li dawn l-injections disponibbli b’karta roża, fil-fatt jaħdmu biss fuq numru ristrett ta’ mikrobi u tant ieħor jintużaw għexieren ta’ snin li r-reżistenza għalihom hi tali li ftit għad għandhom utilità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li t-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7389 ma tirreferix għal antibijotiċi orali iżda dawk ta' kull tip ta' forma farmaċewtika, jiġifieri minn pilloli/kapsoli, għal injezjonijiet/infużjonijiet kif ukoll krem/ingwent. Kif intqal diġa l-antibijotiċi fil-formularju jiġu reveduti minn żmien għal żmien għal diversi raġunijiet fosthom biex dawk l-antibijotiċi li għalihom faċli tinħoloq reżistenza fil-komunita' ma jingħatawx fuq kartuna roża filwaqt li dawk li għalihom ma tinħoloqx reżistenza faċli jew mifruxa jistgħu jingħataw fuq kartuna roża. B'hekk l-utilita' tal-antibijotiċi tiġi massimazzata kemm hu possibli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinstab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7708, 7390, 6974, 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, l-Awtorità ratx kif health workers qegħdin jgħinu fil-ħarsien ta' saħħet il-ħaddiem u f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati:
a) tobba?
b) infermiera?
ċ) paramediċi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li skond l-A.L. 36/2003 ir-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-Xogħol, speċifikament paragrafu 9(1), min iħaddem għandu l-obbligu li jagħżel persuna waħda jew aktar li jkollha l-ħeġġa, kapaċitajiet, kompetenza u taħriġ neċessarju sabiex tassistieh fil-miżuri meħtiega fejn tidħol il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ fuq ix-xogħol.
Informat ukoll li l-liġi ma tispeċifikax il-kompetenza tan-nies hekk magħżula, u b’mod partikolari ma tesiġix li jkunu impjegati tobba, infermiera jew paramedici. Minn naħa l-oħra l-Awtorità hija konxja b’ numru ta’ kumpaniji li għadhom kuntratt għal servizz ma’ tobba, iżda s-servizz mitlub ikun limitat għall-verifika ta’ ‘sick leave’, (fattur li ma’għandu x’jaqsam xejn ma’ ‘occupational medicine’). L-Awtorità taf ukoll b’infermiera li joffru servizzi ġeneralment relatat ma’ l-għoti ta’ l-ewwel għajnuna u servizzi anċillari. Mhux magħruf in-numru ta’ dawn in-nies.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6542 u jgħid kemm hawn social workers kwalifikati, kemm minnhom qed ifittxu xogħol u kemm qed jaħdmu ta' social workers?
Għaqdiet — Persuni b'diżabilità - għajnuna finanzjarja u materjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna kemm finanzjarja u anke materjali lill-għaqdiet li joperaw fil-qasam tal-persuni b'diżabilità u lil liema għaqda ingħatat din l-għajnuna?