Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19751 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19229, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli biex jgħid kemm hi l-frekwenza tal-ikkalibrar ta’ Speed Cameras f'pajjiżna?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16908, jista' l-Ministru jgħid lil min u b'liema mod qed jitħallsu l-pagamenti relatati mal-kuntratt ta' karozzi tal-kiri li għandha fis-seħħ il-LESA - SPD2/2021/042, imsemmi fl-istess tweġiba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-ħlas ta’ tali servizz isir skont id-dokument tal-offerta pubblika. Ukoll infurmat illi l-Aġenzija LESA ddeċidiet li dan isir f’forma ta’ ‘set-off’ ma’ taħrikiet.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-każ tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, r-risposta hija fin-negattiv.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
ETC — Ħaddiema b’diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Employment and Training Corporation (ETC) għandhiex statistika ta' kemm-il persuna kellha tieqaf mill-impjieg tagħha matul l-aħħar sena minħabba li kellha diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali? Jekk iva, jista' jqiegħed din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni reġgħu daħlu lura fid-dinja tax-xogħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-raġuni ta' 'saħħa mentali' mhix inkluża fil-formola tat-terminu tal-impjieg provduta lil Jobsplus, iżda tiprovdi raġuni ta' 'saħħa'.
Korp tal-Pulizija — Kuntistabbli li rriżenjaw/irtiraw - 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli li rriżenjaw u/jew irtiraw mill-Korp tal-Pulizija fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tmienja u erbgħin (48) kuntistabbli li irtiraw, irriżenjaw jew għal xi raġuni ma baqgħux fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2022.
Korp tal-Pulizija — Kuntistabbli li rriżenjaw/irtiraw - 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli li rriżenjaw u/jew irtiraw mill- Korp tal-Pulizija fl-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlieta u ħamsin (53) -il kuntistabbli li irtira, irriżenja jew għal xi raġuni ta’ saħħa ma baqgħax fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) (jew bl-isem ta’qabel) li rriżenjaw u/jew irtiraw fl-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlett (3) uffiċjali li fil-jiem ta' qabel kienu jirraportaw għax-xogħol mal-Financial Crimes Investigations Department (FCID), mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID), li irtiraw fis-sena 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) (jew bl-isem ta’qabel) li rriżenjaw u/jew irtiraw fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm ħames uffiċjali li fil-jiem ta' qabel kienu jirraportaw għax-xogħol mal-Financial Crimes Investigations Department (FCID), li irtiraw, irriżenjaw għal xi raġuni spiċċaw fis-sena 2022. Ukoll kien hemm persuna waħda li ġiet boarded out għal raġuni ta' saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) (jew bl-isem ta’qabel) li rriżenjaw u/jew irtiraw fl-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sitt (6) uffiċjali li fil-jiem ta' qabel kienu jirraportaw għax-xogħol mal-Financial Crimes Investigations Department (FCID), li, irtiraw, irriżenjaw għal xi raġuni spiċċaw fis-sena 2023.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Residenza San Vinċenz de Paul — Tibdil tal-karta tal-identità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li ssegwi l-Aġenzija Identità għal tibdil tal-karta tal-identità tal-anzjani li jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kif jiskatta dan il-mekkaniżmu? Jista' jgħid ukoll jekk it-talba għal tibdil ta' indirizz tridx issir mill-anzjan innifsu, mill-amministraturi tar-Residenza San Vinċenz de Paul jew fuq inizjattiva tal-Aġenzija stess?
Dar tal-anzjani — Tibdil /tiġdid tal-karta tal-identità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal tibdil u/jew tiġdid tal-karta tal-identità ta' anzjani li jirrisjedu f'xi dar tal-anzjani u kemm iddum l-Aġenzija Identità biex tagħmel dan it-tibdil? Jista' jgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni pendenti antika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li meta applikazzjoni ta' karta tal-identità tkun sottomessa mill-applikant, din tiġi proċessata minnufih.
Residenza San Vinċenz de Paul — Tibdil tal-karta tal-identità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal tibdil u/jew tiġdid tal-karta tal- identità ta' anzjani li jirrisjedu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kemm iddum l-Aġenzija Identità biex tagħmel dan it-tibdil? Jista' jgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni pendenti antika?
San Pawl il-Baħar — Ilmenti dwar storbju eċċessiv billejl
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19261 dwar ilmenti fuq storbju eċċessiv u/jew xogħol li kien qiegħed isir billejl fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-ilment li sar u liema kien il-post indikat fl-ilment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ilmenti kienu dwar storbju minn xogħol ta’ kostruzzjoni li kien qed isir bil-lejl fi proprjetà fi Triq San Pawl, f'San Pawl il-Baħar. Il-bqija tal-informazzjoni ngħatat fir-risposta oriġinali.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċess akkwista ċ-ċittadinanza Maltija l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk ġiet akkwistata bl-iskema taċ-ċittadinanza b'investiment, jista' jgħid min kien l-aġent u s-subaġent għaliha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li din il-persuna ġiet naturaliżżata bħala ċittadin Malti bis-saħħa tad-dispozzizzjonijiet tal-artiklu 10(1) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.