Ministeru għall-Finanzi – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Serious Transaction Reports (STR) saru fuq il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, minn meta twaqqaf, sena b’sena? Kemm kienu l-STRs li l-bank ġibed l-attenzjoni għalihom lill-awtoritajiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba titqies bħala kunfidenzjali, u l-iżvelar tagħħa huwa pprojbit mil-liġi.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2561, jista' l-Ministru jgħid kemm-il paġna fih il-kuntratt, inkluż kwalunkwe appendiċi, li ġie ffirmat nhar it-Tnejn 10 ta' Lulju 2017 bejn id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar l-implimentazzjoni tal-Corporate Financial Management Solution (CFMS)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt fih 2,291 paġna b'appendiċi kollha.
FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija, ġew fil-fatt investigati mill-pulizija u kemm minn dawk investigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? X’inhi l-fehma tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern waqqaf task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li se jfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kapijiet ta’ dipartimenti, uffiċjali u ħaddiema tal-Ministeru għall-Finanzi u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, iltaqgħu mal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tal-laqgħat, fejn saru l-laqgħat u x’kien l-eżitu ta’ kull waħda minn dawn il-laqgħat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex jew jafx b’rapporti u/jew ilmenti dwar il-persuna u l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn ir-rapport u/jew ilmenti u x’azzjoni ttieħdet dwarhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma rċevew ebda rapporti u/jew ilmenti dwar il-persuna u l-kumpaniji msemmija fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu m’għandhom ebda talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew kumpaniji msemmija fil-mistoqsija.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1829, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li jirrelataw għal kwistijonijiet li qamu qabel April 2016 s’issa ġew deċiżi mill-Arbitru? Fir-rigward tal-każ li għalih saret referenza fl-imsemmija tweġiba fejn allura diveri każijiet ġew miġbura f’każ wieħed peress li jirrelataw għall-istess mertu, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ dan il-każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’riferenza għat-tweġiba mressqa mill-istess interpellant għall-mistoqsija numru 1829, 35 każ minnhom kienu jirrelataw ilmenti dwar imġieba tal-provditur tas-servizz finanzjarju li seħħet qabel April 2016.
Fir-rigward ta’ dawk l-ilmentaturi li l-każ tagħhom jirrelata għall-istess mertu, il-proċess ta’ investigazzjoni qiegħed fi stadju avvanzat u d-deċiżjoni se tingħata dalwaqt.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu bħala Ministru għall-Finanzi qattx iltaqa’ mal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ magħha, għaliex iltaqa’ magħha, fejn saru l-laqgħat u x’kien l-eżitu ta’ kull waħda minn dawn il-laqgħat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata qatt ma ngħatat appuntament biex tiltaqa’ miegħi.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – pagi, salarji u perkaċċi lill-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu pagi, salarji u perkaċċi l-impjegati kollha tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2015, fl-2016 u fl-2017? Jista’ jagħti ċ-ċifra għall-2017 maqsuma xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Transport Malta — pagi, salarji u perkaċċi imħallsa lill-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu pagi, salarji u perkaċċi l-impjegati kollha ta’ Transport Malta fl-2015, fl-2016 u fl-2017? Jista’ jagħti ċ-ċifra għall-2017 maqsuma xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Bank Ċentrali ta’ Malta – bordijiet, kumitati u sotto-kumitati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw parti mill-bordijiet, kumitati u sotto-kumitati mwaqqfa fi ħdan il-Bank Ċentrali ta’ Malta, sena b’sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'rimunerazzjoni rċeviet kull waħda minn dawn il-persuni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Bank Ċentrali ta’ Malta – persuni ngaġġati bħala konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, min kienu jew huma l-persuni li ġew ingaġġati bħala konsulenti mill-Bank Ċentrali ta' Malta jew għandhom kuntratt għall-għoti ta' servizzi professjonali lill-Bank Ċentrali ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet irċeviet kull waħda minn dawn il-persuni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn taxpayers (individwi) f’Malta fl-2016 u kemm minnhom ma kellhomx l-ebda taxxa (FSS) xi jħallsu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ taxpayers (individwi) f’Malta fl-2016 kien 315,491.
Minnhom kien hemm 43,888
taxpayers
illi rriżulta li ma kellhomx taxxa xi jħallsu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn taxpayers (kumpaniji) f’Malta fl-2016 u kemm minnhom ma kellhomx l-ebda taxxa (FSS) xi jħallsu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ taxpayers (kumpaniji) f’Malta fl-2016 kien 55,164.
Peress li l-maġġorparti tal-formoli tat-taxxa tal-kumpaniji (sena bażi 2016), intbagħtu milux m’aħniex f’pożizzjoni li nagħtu l-figura totali ta' dawk il-kumpaniji li ma kellhomx iħallsu taxxa.