Legislature:
Category:
Reset
Active:

ASEM — Delegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew delegati barranin għall-konferenza internazzjonali organizzata f'pajjiżna mal-entità ASEM fil-25 u fis-26 ta' Jannar 2024 u min kienu r-rappreżentanti ta' Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 117 il-Delegat attendew għall-konferenza msemmija. Malta kienet irrappreżentata minni bħala Ministru tal-Edukazzjoni u miċ-Chief Executive Officer tal-MFHEA, Dr. Rose Anne Cuschieri.

EquestriMalta u MRC — Ftehim

Question

B'referenza għall-ftehim iffirmat ftit tal-jiem ilu bejn EquestriMalta u l-Malta Racing Club (MRC), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha u dettaljata dwar inizjattivi, proposti u meta l-għotja li sejra tgħaddi mill-awtorità EquestriMalta lil MRC?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Istitut għall-Edukazzjoni — Rapport ta’ Ħidma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tal-Istitut għall-Edukazzjoni (IFE) għas-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta — Rapport ta’ Ħidma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA) għas-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li r-rapport imsemmi qiegħed fl-istadji finali tiegħu sabiex jiġi ppublikat.

FES — Rapport ta’ Ħidma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) għas-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta’ Malta — Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika grafika ta’ studenti ġodda fl-Università ta’ Malta mill-1986 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ studenti għal din is-sena skolastika mhuwiex finali, dan mistenni jiżdied matul ix-xhur li ġejjin.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Uffiċjali bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar għaxar uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tiegħu bl-ogħla pakkett finanzjarju annwali? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed minnhom u x'jinkludi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tas-Servizz Pubbliku huma marbuta ma' skali skont il-kategorija li jappartjenu. U għaldaqstant il-pakkett finanzjarju huwa marbut ma' dik il-kategorija dejjem hekk kif approvat jew maqbul fi ftehim tal-kategorija.

MUT — Skola Guardian Angel - Direttivi

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22852 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22521, dwar direttivi maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttivi msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 65 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom minn 65 sena 'l fuq, li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk hemm, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-ħaddiema, skala skala, u jekk humiex tal-kuntrattur?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li għandhom minn 65 sena 'l fuq hemm total ta’ 136, dawn jinsabu fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi. Intant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22282. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4588 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 289 ta' nhar l-Erbgħa, 27 ta' Novembru 2024)

Ilmenti dwar entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) kemm irċeviet ilmenti dwar l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bejn Settembru 2023 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-MFHEA rċeviet għaxar (10) ilmenti rigward l-entità msemmija.

Investigazzjoni dwar entità

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' meta daħlu l-ilmenti li rċieva l-Kunsill Mediku dwar l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bejn Settembru 2023 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif ġiet investigata mill-istess Kunsill Mediku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

MFHEA — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-applikazzjonijiet tal-Malta Further and Higher Education (MFHEA) biex l-awtorità tingħaqad mal-entitajiet internazzjonali European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) u European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ENQA ħarġet ir-rapport u dan jinsab pubbliku fuq il-website; External review of MFHEA (2023) • ENQA

MFHEA — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġaladarba saru l-applikazzjonijiet uffiċjali tal-Malta Further and Higher Education (MFHEA) biex l-awtorità tingħaqad mal-entitajiet internazzjonali European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) u European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR) meta dawn saru? Jekk dan sar, tista' l-awtorità tal-MFHEA tgħid jekk Malta ġietx aċċettata bħala membru? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi forma ta' risposta minn dawn l-entitajiet u jekk dan huwa fil-pozittiv, x'tip ta' risposta hemm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ENQA — finanzjament

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min ġiet iffinanzjata il-konferenza tal-entità European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-konferenza ġiet iffinanzjata mill-Awtorita għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta, b’kofinanzjament mill-ENQA nnifisha.

ENQA — rappreżentazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min kienet irrapreżentata l-konferenza tal-entità European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) fil-konferenza li saret f'Ottubru 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara d-domanda tiegħu.

ASEM — Nefqa fuq konferenza internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa u kif ġiet iffinanzjata l-konferenza internazzjonali mal-entità ASEM li saret f'Malta fil-25 u fis-26 ta' Jannar 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża globali kienet tammonta għal €71,452.39. L-ispejjeż kienu koperti konġuntivament bejn il-Ministeru tiegħi, l-MFHEA u l-Associazione CIMEA (Centro di Informazione sulla Mobilità e le Equivalenze Accademiche).