Marsalforn – tindif ta’ partijiet mill-bajja ftit qabel il-ftuħ tal-proġett tal-Menqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala nħasset il-ħtieġa li titnaddaf il-parti tal-bajja ta' Marsalforn fejn hemm il-paletta ftit qabel il-ftuħ tal-proġett tal-Menqa ta' Marsalforn fil-5 ta' Novembru 2020? Min kien responsabbli għall-kontaminazzjoni tal-paviment tal-porfido tal-Menqa biż-żejt li ħareġ minn trakk li ntuża fit-tindif imsemmi? Kemm swiet l-operazzjoni ta' tindif ta' dan iż-żejt u min ser iħallas għaliha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif tal-bajjiet isir kontinwament. F’kull inċident ta’ ħmieġ, kontaminazzjoni eċċ, d-dipartiment responsabbli jieħu ħsieb li jitnaddaf minnufih.
Marsalforn – Triq Santa Marija – xogħlijiet fin-naħa ta’ fuq tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fin-naħa ta' fuq ta' Triq Santa Marija, Marsalforn fuq ir-riħ tal-breakwater u jitwaħħal il-ħadid fuq l-irdum? Meta bdew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ u għalhekk d-domanda għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts ta' Gozo Channel (Holding) Company Ltd mill-1 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 kif ukoll ta' Gozo Channel (Operations) Ltd mill-1 ta' Jannar 2018 sat-30 ta' Ġunju 2020? Għala għadhom ma ġewx ippubblikati l-audited accounts ta' Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2018 ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-audit accounts tas-sena 2018 ġew ippreżentati lir-Registry of Partnerships ta’ Għawdex fl-14 ta’ Lulju 2020. Il-mistoqsija rigward il-management accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Holding) Ltd għandha issir lill-Ministeru ikkonċernat.
Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Gozo Channel topera bi ftehimi kollettivi differenti minn dawk tas-settur pubbliku, l-iskali tal-pagi ma jikkorispondux ma’ dak rikjest.
Proġetti, korsijiet li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti, korsijiet, eċċ. li huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 li għadhom ma tlestewx? X'sar s'issa fuq kull wieħed minnhom? X'jonqos isir? Skont il-ftehim ta' finanzjament li sar mal-Unjoni Ewropea, meta għandhom jitlestew? Kemm kienet l-istima oriġinali fil-ftehim ta' finanzjament u x'se tkun l-ispiża finali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-pjanijiet li għandu għal Kemmuna l-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll dwar il-Master Plan ta’ Kemmuna u jgħid xi progress sar f’dawn l-aħħar xhur rigward dan, u xi jmiss isir issa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-pjanijiet li għandu għal Kemmuna, il-Ministeru ppublika sejħa għall-offerti biex tiġi irranġata l-parti tat-triq mill-moll tal-Blue Lagoon sal-latrina pubblika. Ix-xogħol marbut ma’ din is-sejħa għall-offerti mistenni jibda fil-gimgħat li ġejjin dejjem jekk it-temp jkun jippermetti.
Tender for the Reinstatement of Rubble Walls across Gozo
Question
B'referenza għat-tender 'CT3017/2019 - Tender For The Reinstatement Of Rubble Walls Across Gozo As Part Of M4.4121' jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li jrid jsir permezz ta din it-tender inbediex u jekk iva kemm ilu li inbeda? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi kollha min-naħa tal-ERA u l-Planning Authority biex ikun jista’ jsir dan l-imsemmi xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol marbut ma’ dan it-tender beda f’Ġunju ta’ din is-sena. Xogħlijiet li qegħdin isiru jaqgħu taħt Schedule 1 permitted development Classes 2 and 3.
Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material at Villa Lauri
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2423/2019 - Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material, at Villa Lauri, Valley Road Birkirkara' li għalqet fis-7 ta' Lulju 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi proċess ta’ evalwazzjoni
Il-Miżieb u l-Aħrax — Ftehim mal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti li jirrigwardja ż-żoni tal-Miżieb u tal-Aħrax?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Permanent Secretary
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u fil-preżent hemm persuni li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Permanent Secretary tal-Ministeru għal Għawdex li huma impjegati bħala Consultants, Persons of Trust, Position of Trust, Contract for Service jew b'Direct Order sena b'sena u xahar b'xahar mill-10 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Pjazza San Franġisk – Project Leader tal-proġett ta’ Pavimentar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien u għadu l-Project Leader (isem, kunjom u grad) tal-Proġett ta’ Pavimentar u xogħol ieħor li sar u li għadu għaddej f' Pjazza San Franġisk u t-taraġ li jwassal għall-venda tal-karozzi tal-linja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-irwol ta’ Project Leader qed jitwettaq minn Uffiċċjal Pubbliku assenjat minn ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Gozo Channel – ħaddiema tal-kuntrattur – ħlas inqas minn ħaddiema oħra
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif ħaddiema li jaħdmu ma’ kuntratturi li ngħataw kuntratti ta' servizz mal-Gozo Channel qed jagħmlu l-istess xogħol bħal ħaddiema impjegati direttament mal-kumpaniji tal-Gozo Channel iżda qed jitħallsu ferm inqas tal-istess servizz? Jista' jgħid dan hux aċċettabbli għall-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt lill-Gozo Channel biex tagħti konjezzjoni ta’ dak li qed ikun issuġġerit minnu.
Gozo Channel – pjan ta’ kontinġenza minħabba l-COVID-19
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Gozo Channel għandhiex xi pjan ta' kontinġenza biex f'każ ta' ħaddiema li jirriżultaw pożittivi għall-COVID-19, is-servizz tal-vapur ma jieqafx u ma jaqax lura bħalma ġara nhar il-Ħadd 1 ta' Novembru 2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-każ li seħħ nhar il-Ħadd l-1 ta’ Novembru 2020 kien każ iżolat, il-kumpanija aġixxiet skont il-proċeduri meħtieġa u assigurat l-miżuri kollha neċessarji, inkluż iffumugar tal-vapur biex tassigura s-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema u tal-passiġġieri. Għalhekk il-proċessi u l-proċeduri li hemm fis-seħħ ħadmu.
Tender 'CT2281/2019 — Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Guzepp, Ghajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items'
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2281/2019 - Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Guzepp, Ghajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items' u jgħid biex wasal il-proċess beix din l-imsemmija tender tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Ministeru għal Għawdex — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn l-1 ta’ Marzu 2020 sal-lum, fil-Gozo Channel kien hemm ħaddiem wieħed li ħareġ bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persun/i bil-COVID-19.
Tender — 'MGOZ/MPU T37/2020 – Framework Agreement for the Delivery, Hiring, Set Up and Dismantling of Tents to be used in Various Events in Gozo (LOT 5)'
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'MGOZ/MPU T37/2020 – Framework Agreement for the Delivery, Hiring, Set Up and Dismantling of Tents to be used in Various Events in Gozo (LOT 5)' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-offerti ta’ Lot 5 qed jiġu evalwati skont sentenza 1504 maħruga mill-PCRB nhar is-27 ta’ Ottubru 2020.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-Bordijiet u Kumitati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid f'kull każ min kienu l-membri ta' kull bord jew kumitat sal-aħħar ta' Diċembru 2019 u min huma l-membri ta' kull bord jew kumitat fid-data li titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16565 li għamel hu stess ftit tal-ġimgħat ilu. Fir-rigward tas-sena 2019, qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-kamra.
Attachments:PQ 16962 Ministeru għal Għawdex bordijiet u kumitati.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm u hemm ħaddiema seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex, sena b'sena u xahar b’xahar mill-1 ta' Ġunju 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu mal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid x'kien ix-xogħol tagħhom (il-grad jew job description) liema Ministeru, entità, awtorità, korporazzjoni aġenzija jew kumpanija tal-Gvern kienu jaħdmu qabel ġew seconded jew ġew on loan mal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Community Scheme Workers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat jiffurmaw parti dawn il-ħaddiema, kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom, kif ukoll jgħid x'korsijiet sarulhom sa issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirilhom matul is-sena 2021 mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.