Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali — tnaqqis ta' sigma
Question
Jista’ id-Deputat Prim Ministru jgħid x’għamel il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar tliet snin biex jeqred l-istigma f’pajjiżna li hija ta’ detriment kbir għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12254.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12380 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħaħ — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12404, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk reklamar fuq billboards mid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għas-Saħħa bejn Diċembru 2019 u Jannar 2020 kenux parti minn kampanja ppjanata u jekk hijiex biss kumbinazzjoni li dan il-blitz ta’ reklamar minn flus il-poplu seħħ fl-istess żmien li kien qed jikkampanja biex isir Kap tal-Partit Laburista?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda reklamar li sar mill-Ministeru għas-Saħħa ma kien relatat mal-kampanja ta’ Mexxej Ġdid tal-Partit Laburista.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Skola Medika ta’ Barts
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma r-raġunijiet li minkejja li f'dawn l-aħħar ġranet ġiet inawgurata l-Iskola Medika ta' Barts ġewwa l-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, nofs il-parking prinċipali li ilu iktar minn tliet snin magħluq minħabba l-bini ta’ din l-istess skola, għadu magħluq? Meta hu ppjanat li jinfetaħ u jibda jintuża mill-pubbliku u ħaddiema li jużaw dan l-uniku sptar ġewwa Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit imsemmi minnu li jinsab biswit l-iskola medika ta’ Barts bħalissa qed jintuża għal aħħar attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni. Dan se jkun miftuħ u disponibbli għall-finijiet ta’ parkeġġ fiż-żmien li ġej.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jagħti iktar dettalji dwar x’tibdil kien hemm, kemm fil-pjanti kif ukoll fit-targets u fit-timeframe il-ġodda ta’ meta għandu jibda u jitlesta x-xogħol ta’ Steward Healthcare għall-proġetti infrastrutturali ta' sptar ġdid ġewwa Għawdex li hija obbligata tagħmel ġewwa Għawdex u Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Steward Healthcare issottomettiet il-pjanijiet tagħha għar-riġenerazzjoni tal-kampus tal-isptar San Luqa lill-Awtorita’ tal-Ippjanar f’Diċembru li għadda. Fiż-żmien li ġej ser tkun qed tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-proġett f’Għawdex.
Wara l-approvazzjoni,
Steward Healthcare
se taħdem ma 'awtoritajiet u partijiet interessati sabiex jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet kemm jista' jkun malajr.
Skola Medika ta’ Barts — Studenti Għawdxin fil-Kamp Mediku
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk studenti Għawdxin fil-kamp mediku hux ser ikollhom l-opportunità li jsegwu korsijiet fl-iskola medika ta' Barts f'Għawdex u b'hekk jevitaw il-ħtiega li jivvjaġġaw lejn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reklutaġġ tal-istudenti għal-kors tal-Mediċina fl-iskola medika ta’ Barts huwa strettament skond il-kriterji stabbiliti mill-istess skola medika u approvati mill-General Medical Council.
Ministeru għas-Saħħa – nefqa fuq billboards, avviżi f’gazzetta u mezzi tat-trasport
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu f’billboards, avviżi f’gazzetta u mezzi tat-trasport (xarabanks pubbliċi) fix-xahar ta’ Diċembru 2019 u Jannar 2020 sal-ġurnata li titwieġeb din l-interpellanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-1 ta’ Diċembru 2019 u l-15 ta’ Jannar 2020 in-nefqa f’billboards, avviżi f’gazzetta u mezzi tat-trasport (xarabanks pubbliċi) tal-Ministeru għas-Saħħa kienet €2,385.29.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni fiċ-Ċimiterju tal-Mosta? Jista' jgħid x'se jsir biex titranġa l-ħsara li seħħet fil-maltemp ta' din ix-xitwa fejn siġra tidher li qed tiċċaqlaq u għamlet ħsara f'qabar biswit is-siġra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali laqgħa kwotazzjonijiet sal-Ġimgħa 24 ta’ Jannar 2020 sabiex tkun tista’ tinqala’s-siġra msemmija u b’hekk jitneħħa kull periklu.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Orthopaedic Unit – xogħol fuq bankina
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8992 li ngħatat fis-6 ta' Marzu 2019 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestix il-proċess ta’ procurement rigward il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol sarx u jekk intalabx u sarx il-Compliance (Completion) Certificate? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-binja bdietx tintuża għall-iskop li ġiet mibnija, jiġifieri bħala Orthopaedic Unit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet fuq il-bankina ta’ barra ħdejn il-bini tal-Orthopaedic Unit ġewwa l-isptar Ġenerali ta' Għawdex tlestew u s-sala l-ġdida tal-Ortopedija qegħda tintuża.
Ministeru għas-Saħħa — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12099, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella t’hawn taħt tindika n-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality tad-Dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa għas-sena 2019. Ninfurmah ukoll illi matul l-2019 in-nefqa fi fuel għal-boilers taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo kienet €202,903.16 filwaqt li f’Mater Dei kienet €1,439,017.59. In-nefqa tal-fuel tal-Isptar Mater Dei tinkludi ukoll il-fuel tal-Ambulanzi.
Minn Jannar sa Diċembru 2019
Dipartiment/Entita'
Nefqa fuq safar (€)
Nefqa fuq
fuel
(€)
Nefqa fuq
hospitality
(€)
L-ispi
¿
erija tal-Għa
¿
la Tiegħek
-
5,071.26
-
Ċentru Nazzjonali tat-Trasfu¿joni tad-Demm
-
6,658.20
114.2
Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo/L-isptar Sir Paul Boffa.
37,909.11
6,664.21
260.51
Kura tas-Saħħa Primarja
1,838.90
10,907.77
-
Central Procurement & Supplies Unit
7,183.56
2,665.78
4,499.51
L-isptar Mater Dei
156,127.57
102,686.77
395
L-isptar Monte Carmeli
2,171.82
63,535.01
-
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
5,458.22
100
-
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma ngħata l-ebda mpjieġ mill-Ministeru għas-Saħħa u/jew mill-entitajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page
Question
Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru jinforma l-Kamra jekk humiex isiru xogħlijiet sabiex jittaffa dak li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Karl Chircop, f’Raħal Ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed tintuża sistema ta’ wheelwashing minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin waqt il-bini taċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran f’Raħal Ġdid.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’għamel il-Ministeru tiegħu f’dawn l-aħħar tliet snin biex jeqred l-istigma f’pajjiżna li hija ta’ detriment kbir għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa f’dawn l-aħħar tliet snin ħadem biex inaqqas l-istigma tas-saħħa mentali kemm b’mod dirett u kif ukoll b’mod indirett. F’Lulju ta’ din is-sena, tnieda l-Pjan Strateġiku Nazzjonali għas-Saħħa Mentali għas-Snin 2020/2030, diġa saru diversi xogħolijiet strutturali kbar fl-Isptar Monte Carmeli fi proġett mifrux fuq medda ta’ ħames snin u li għalih ġew ivvutati €30 miljun u ser ikun qed jinbena sptar ġdid akut għas-saħħa mentali ħdejn l-Isptar Mater Dei. Liema sptar maħsub li jkollu madwar 100 sodda u li fih jilqa’ pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali akuti. L-isptar il-ġdid se jinbena ħdejn Mater Dei bil-għan speċifiku li jkun enfasizzat li l-kura tas-saħħa mentali m’għandhiex tkun segregata, imma tkun parti minn kura inklussiva. Komplejna nsaħħu iktar is-servizzi tas-saħħa mentali, b’enfasi fil-komunita’ fosthom anki mill-bereġ, bl-element bażiku jkun l-integrazzjoni tas-servizzi għall-qasam mentali ma’ dawk għall-qasam fiżiku. Huwa fatt magħruf li iktar mas-servizzi jiżdiedu u jaqirbu lejn in-nies, iktar tonqos l-istigma.
L-istigma kienet ukoll waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali u li l-istigma tinbidel fi stima jekk jintlaħħqu dawn l-għanijiet:
• Ikun hemm integrazzjoni sħiħa tas-saħħa mentali fi ħdan is-servizzi kollha tas-saħħa
• Il-fokus tal-kura li jgħaddi mill-istituzzjonijiet għal servizzi speċjalizzati fil-komunità
• Il-kura psikjatrika akuta timxi lejn l-Isptar Mater Dei
• Ir-rijabilitazzjoni ssir preferibbilment fil-komunità f’units dedikati
• Il-kura residenzjali fit-tul tingħata f'faċilitajiet dinjitużi
B’mod dirett il-Ministeru għas-Saħħa ħadem billi kien preżenti f’ kampanji u f’artikli u intervisti f’diversi ġurnali u rivisti, fil-midja soċjali, f’numru kbir ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni bil-għan li jqajjem aktar kuxjenza billi tingħata aktar informazzjoni u b’hekk tonqos l-istigma.
l-Uffiċċju tal-Kummissarju tas-Saħħa Mentali b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa Mentali fil-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa tal-Università ta’ Malta imbarka f'kampanja Nazzjonali dwar is-Saħħa Mentali tas-Saħħa, bl-isem #StopStigma. Il-kampanja tnediet fis-27 ta ’Novembru 2017 u dieħla fit-tielet sena tagħha. Il-kunċett ta’ din il-kampanja kien li jwassal tliet messaġġi principali:
·
Break the Silence
– ma nistgħux inkomplu nħallu persuni u familji ibatu waħedhom fis-silenzju
· Jiena il-Persuna u Mhux il-Kundizzjoni – immirat lejn rispett ugwali lejn persuni morda minħabba sfidi ta’ saħħa mentali
· Jiena Nista’ Naħdem Ukoll – biex nindirizzaw diskriminazzjoni fuq il-postijiet tax-xogħol
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-mediċina Folic Acid ilha, skont ma jien infurmat, madwar tliet xhur out of stock mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-folic acid mhuwiex out of stock.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12171 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija 12024, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma mqassmin il-ħaddiema Maltin u barranin skont il-professjoni u l-grad tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġor parti tal-ħaddiema barranin li jaħdmu f’Mater Dei (li jinkludi ukoll l-isptar Sir Anthony Mamo) huma Staff Nurses u Resident Specialists.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn kemm ilu li l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġie mogħti lil Vitals u issa lil Stewards, x'tagħmir mediku ġdid ġie installat u kemm kienet l-ispiża fuq dan it-tagħmir? Jista' jgħid f’liema taqsima tal-isptar ġie installat? Jista' jgħid ukoll jekk fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemmx magna tal-MRI u jekk le hemmx il-ħsieb li tiġi installata biex il-pazjenti Għawdxin, li huma numerużi u li jiġu bżonn is-servizz tal-istess apparat, jiġu ffrankati t-traġitt minn Għawdex għal Malta u lura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu. Ninfurmah ukoll illi l-pjan huwa li tiġi installata magna tal-MRI fl-isptar il-ġdid ta’ Għawdex.