Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b'diżabilità li tapplika għall-parkeġġ blue badge tingħatax l-għażla biex ikollha personalised parking bay jew inkella parking bay li ma jkunx personalizzat? Jekk iva, x'inhuma d-differenzi fil-kriterji biex persuna tikkwalifika għal personalised parking bay jew għal parking bay li ma jkunx personalizzat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna tista’ tagħmel talba għal parkeġġ personalizzat fit-triq tagħha jew fil-viċinanzi. Madankollu, jekk it-talba tkun approvata, il-parkeġġ ikun riservat għall-użu komuni. Din it-talba tista’ ssir permezz tal-Kunsill Lokali jew direttament mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta.
Peress li parkeġġ riservat ikun għall-użu komuni, l-uniku kriterju li jittieħed in konsiderazzjoni huwa dak loġistiku, jiġifieri jekk hemmx spazju adegwat fejn jista’ jiġi allokat il-parkeġġ riservat. Jekk il-parkeġġ mitlub ikun personalizzat, l-applikant ikun meħtieġ jimla applikazzjoni u jibgħatha fl-indirizz indikat.
La darba l-Awtorità tirċievi l-applikazzjoni, issir evalwazzjoni biex jiġi vverifikat jekk id-dokumenti kollha meħtieġa humiex preżenti biex l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata. Jekk id-dokumenti jkunu korretti, l-applikazzjoni tintbagħat għand l-Aġenzija Sapport sabiex it-tabib tal-Aġenzija jagħmel valutazzjoni medika tal-applikant.
F’każ li l-applikant jikkwalifika, l-Aġenzija Sapport tinforma lill-Awtorità, li mbagħad tkompli l-proċess biex, flimkien mal-applikant, jiġi identifikat post addattat fejn jista’ jsir il-parkeġġ riservat.
Min-naħa l-oħra, jekk l-applikant ma jikkwalifikax, l-Aġenzija Sapport tinforma lill-Awtorità, li tkun obbligata tinforma lill-applikant li ma kienx eliġibbli għal parkeġġ personalizzat riservat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21900 u jgħid x’inhu t-timeline biex isiru xogħlijiet li kienu mħabbra li ser isiru fil-Pjazza Awrikarja ġewwa San Ġwann?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Pjazza Awrikarja f’San Ġwann mistennija jibdew fil ġranet li ġejjin u jieħdu madwar tliet xhur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22504 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-RfP li kien inħareġ minn Transport Malta biex tiġi privatizzata dik li llum tissejjaħ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex? Jista’ jqiegħed ukoll kopja tal-ftehim mal-operaturi privati li ngħataw din il-konċessjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari ser tingħata f’seduta oħra.
Ta’ Xbiex — Capitanerie ta’ Gardens Yacht Marina - PA00680/22
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22505 u jgħid min applika għall-permess PA00680/22 fuq il-bini tal-Capitanerie ta’ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex? Min ħallas għall-permess u għas-servizzi konnessi mal-ħruġ tiegħu, inkluż dawk tal-arkitett u tal-istudju neċessarji? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices kollha konnessi u l-kopji tal-pagamenti kollha li saru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni għall-permess PA00680/22 ġiet sottomessa mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta, iżda l-ispejjeż kollha kkonċernati ma’ din l-applikazzjoni, inkluż dawk tal-arkitett u l-istudji kollha neċessarji kif ukoll il-bini tal-istess capitanaire, ġew u se jiġu mħallsa mill-operatur.
Trasport pubbliku — Proġett pilota ta’ autonomous buses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett-pilota ta’ karozzi tal-linja li jaħdmu b'mod awtonomu u jiddiskrivi l-miżuri tekniċi li qed jiġu implimentati biex ikun żgurat li l-infrastruttura tat-toroq tkun ippreparata b’mod adegwat li tista’ takkomoda karozzi tal-linja li jaħdmu b’dan il-mod? Jista’ jgħid ukoll jekk il-mira li l-proġett ikun uffiċjalment beda sal-bidu tas-sena 2025 għadux realistiku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett pilota jifforma parti mill-proġett metaCCAZE u huwa kofinanzjat taħt il-programm Horizon Europe. Malta permezz tal-konsorzju magħmul mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Università Ta’ Malta, il-Malta Public Transport u l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ser jittestjaw vettura li taħdem b’mod awtonomu f’diversi rotot f’Malta u Għawdex.
Dan il-proġett qiegħed fil-fażi preparatorja fejn qed isiru diskussjonijiet interni u ma’ stakeholders sabiex il-proġett pilota jkun jista’ jiġi implimentat matul is-sena 2026 fuq medda ta’ 8 xhur. Dan it-team bħalissa qiegħed jaħdem fuq numru ta’ binarji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-proġett li jinkludu analiżi fuq liema rotot ser tkun qiegħda topera din il-vettura, evalwazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-karatteristiċi ta’ vetturi ta’ dan it-tip kif ukoll analiżi fuq il-qafas leġislattiv.
Raħal Ġdid — Triq is-Sultana - Xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22995, fejn ġie mwieġeb li ‘fit-triq imsemmija, l-ebda sistema ta’ rainwater run-off tal-bjut ma tqabdet mas-sistema tad-drenaġġ.’, u fid-dawl li ir-ritratti annessi juru li f’tal-inqas każ wieħed (minn diversi f'din it-triq) ir-rainwater run-off li qabel saru x-xogħlijiet fuq il-bankina kien jagħti għat-triq (kif mitlub bil-liġi); ġie mqabbad mas-sistema tad-drenaġġ mill-kuntrattur ingaġġat minn-Infrastructure Malta; jista’ allura l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar dawn il-konnessjonijiet illegali, u jara li x-xogħol jiġi spezzjonat sabiex ikun stabbilit kemm saru konnessjonijiet ta' dan it-tip mill-kuntrattur imqabbad?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Il-Belt, Valletta — Studji fuq spazji ġodda ta’ parkeġġ u vjaġġar
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk sarux studji fuq spazji ġodda ta’ parkeġġ u l-ivjaġġar lejn il-Belt, Valletta? X'riżultati nkisbu u kemm infaqna fuq dan il-proġett u l-PR relatat fl-2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun iktar speċifika fir-rigward tal-imsemmi studju.
Santa Luċija — Triq Dawret it-Torri - Zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm zebra crossing fl-aħħar parti ta’ Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Lulju tas-sena 2024 l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta approvat pedestrian crossing fi Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija.
Il-Port il-Kbir — Pjanijiet ġodda għar-riġenerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru juri l-pjanijiet il-ġodda għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, jindika liema żoni huma maħsuba jew ġew allokati għal liema industrija, u jikkonferma jekk dawn ġewx finalizzati? Jista’ wkoll jipprovdi pjan tal-inħawi proposti u jispjega liema mollijiet se jintużaw għal liema industrija/settur, lil min ġew allokati, u jekk hemmx rilokazzjoni prevista, min se jiġi rilokat u fejn se ssir din ir-rilokazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10459 li ngħatat fil-4 ta' Lulju 2023 rigward Proġetti Marittimi ġewwa Għawdex mill-Ministeru tiegħu, ċjoè minn Infrastructure Malta, fejn kien ġie mwieġeb li 'l-kuntratt tax-xogħol fuq l-iskall tal-Qbajjar li hu stmat li jiswa madwar kwart ta’ miljun ewro issa huwa aġġudikat, bix-xogħol mistenni jibda wara s-sajf. Dawn wara li l-Aġenzija Infrastructure Malta għaddiet minn proċess biex ġabet il-permessi neċċessarji biex jitwettaq dan ix-xogħol.
Ix-xogħol preparatorju għax-xogħlijiet f’Ħondoq u d-Dwejra għaddej ġmielu, bl-Aġenzija mistennija toħroġ is-sejħa għall-offerti ta’ dawn ix-xogħlijiet fix-xhur li ġejjin, b’investiment li jilħaq kważi nofs miljun ewro', jista’ l-Ministru jgħid liema minn dawn il-proġetti msemmija, beda x-xogħol fuqhom, meta nbeda, kemm minnhom tlestew u meta tlestew u kemm ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li fuq l-iskallijjiet tal-Qbajjar u Ħondoq għaddej il-proċess biex jinġiebu l-clearances neċessarji mill-BCA biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol. Mhux pjanat li isir xogħol fiż-żona tad-Dwejra fiż-żmien immedjat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19423 u 22376 u jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn din il-leġislatura ma kien hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22614 u 23010 u jgħid kemm swew il-Variable Messaging Signs li ġew installati fl-aħħar snin f’diversi toroq arterjali u distributorji, inkluż il-Marsa, Santa Venera u x-Xatt ta’ Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Ministru Interpellant l-Variable Messaging Signs li ġew installati f’diversi fil-proġett ta’ Kirkop Tunnels & Intersection, u l-Luqa Junction, kif ukoll il-Marsa, saru b’investiment ta’ €338,485.02.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22615 u 23011 u jgħid kemm hemm Variable Messaging Signs li ma jaħdmux? Għal kull każ, jista’ jgħid kemm ilu ma jaħdem u għalfejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellat illi bħalissa hemm 9 Variable Messaging Signs (VMS) minn 118 li ma jaħdmux korrettament. L-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta se tkun qieghda tintegra dawn il-VMS fil progett holistiku tal intelligent transport Management System (ITMS).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22960 u 23038 u ċjoè: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 13187, jista' l-Ministru jaġġorna r-risposta bil-lista sħiħa tal-pjanċi tal-vetturi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ vetturi bil-pjanċi li jispiċċaw bl-ittri “GY” u “LY” flimkien mal-Liċenzja tal-Operatur abbinata magħhom. Nixtieq infakkar li, kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13187, dawk il-vetturi fil-lista li huma mmarkati bil-kulur griż jirreferu għal vetturi li jew huma ggaraxxjati jew għandhom il-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni tagħhom skaduta minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 499.68.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22979 u 23039 u jgħid kemm ġew ingaġġati Enforcement Officers ma' Transport Malta minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Jannar 2021 sal-lum ġew ingaġġati 54 Enforcement Officers.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22982 u 23040 u jgħid kemm saru spot-checks u spezzjonijiet minn uffiċjali ta' Transport Malta bejn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll abbażi ta' dawn l-ispezzjonijiet, kemm twaqqfu vetturi minn fuq it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta fit-tabelli segwenti:
Spot-Checks u Spezzjonijiet
Roadside Inspections conducted by V.I.U
2021
2022
2023
2024
JANUARY
29
25
25
27
FEBUARY
22
13
23
23
MARCH
23
24
26
24
APRIL
24
15
21
26
MAY
26
24
22
27
JUNE
26
24
20
23
JULY
27
23
24
27
AUGUST
26
24
24
25
SEPTEMBER
27
15
24
25
OCTOBER
26
12
26
26
NOVEMBER
26
16
26
-
DECEMBER
20
9
24
-
302
224
285
253
Kemm Twaqqfu Vetturi
NUMBER OF VEHICLES CHECKED BY VIU
2021
2022
2023
2024
JANUARY
499
375
297
482
FEBRUARY
451
325
305
453
MARCH
389
325
504
455
APRIL
524
250
321
435
MAY
454
315
293
418
JUNE
448
300
279
390
JULY
340
419
402
425
AUGUST
348
419
388
420
SEPTEMBER
430
350
495
485
OCTOBER
316
287
580
450
NOVEMBER
325
337
499
-
DECEMBER
224
248
474
-
4,748
3,950
4,837
4,413
Vetturi bil-QZ plates — Vetturi li jitħallew ipparkjati barra
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23124 u jgħid jekk vetturi li jkunu għall-kiri (QZ plates) jistgħux jitħallew ipparkjati barra meta ma jkunux qegħdin taħt kuntratt ta' car hire jew lease?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolament 52 tal-Liġi Sussidjarja 499.68 jipprovdi li “l-operatur għandu jara illi l-vetturi kollha reġistrati taħt il-liċenzja tiegħu u wżati fl-operazzjonijiet tiegħu jiġu dejjem iggaraxxjati jew ipparkjati mhux fit-triq waqt li ma jkunux mikrija.”
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23026 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16962 dwar il-ġebel kbir li hemm fix-Xatt tal-Kalkara li qed iwassal biex id-dgħajjes ma jistgħux jorbtu max-xatt, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi risposta? Jista’ jgħid ukoll kif din il-problema tista' tissolva?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi iktar dettalji rigward liema u x’tip ta’ ġebel qiegħed jiġi riferut, f’liema żona b’mod dettaljat u jekk mhux fuq l-art jew fil-baħar.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm ġew installati charging points ġodda fl-2024 kif ukoll kemm ġew installati charging points mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Karozzi elettriċi u plug-in hybrids — Skemi ta' sussidji
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-iskemi ta' sussidji għal karozzi elettriċi u plug-in hybrids fl-2024? Jista’ jgħid meta spiċċaw il-fondi għal dan is-sussidju u kemm ibbenifikaw minnu u jekk l-inizjattiva hix se tkompli fis-sena li ġejja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Settembru tas-sena 2024 ġew approvati 3,183 applikazzjoni għall-iskemi ta’ sussidji għal vetturi elettriċi ġodda li jammonta għal total ta’ €25.5M. L-iskema tal-plug-in hybrids ingħalqet fl-2022 u ma’ gietx imġedda.
Dettalji addizzjonali dwar l-iskemi ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin.