Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsaskala – Triq il-Qaliet – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex ikun hemm traffic lights speċjalment fi Triq il-Qaliet, Marsaskala, billi ta’ spiss ċerti sewwieqa jgħaddu b’veloċità minn din it-triq traffikuża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-onorevoli interpellant, illi fi Triq il-Qaliet Marsaskala hemm 3 settijiet ta’ zebra crossings (bil-belisha lights) u 2 settijiet ta’ pelican crossings (bil-pelican lights). Din it-triq ghandha approvazjoni għal posted speed limit ta 50km/h. Normalment il-lights jintużaw biex jaqsmu n-nies filwaqt li jidher li l-issue msemmija, hija dik ta’ velocita’ qawwija. Għaldaqstant peress li din hija triq li taqa' taħt ir-responsabilta’ tal-kunsill lokali, l-Awtorita’ ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill sabiex tara x’hemm bżonn isir.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — organogramma

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-ka¿ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 13, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 5.

Paola Hub – Soluzzjoni għar-residenti dwar parkeġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20868, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi u xi żviluppi kien hemm wara, sabiex jiġi assigurat post għall-ipparkjar tar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 20868.

Tarxien – Triq l-Iskola – ġbir ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fil-qosor x’passi ser jittieħdu sabiex fil-parti fejn tispiċċa Triq l-Iskola Tarxien kantuniera ma’ Triq Ħal Tarxien Tarxien jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex ma’ jibqax jinġabar kwantità kbira ta’ ilma kif qed jiġri ma’ kull xita?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn local access roads u l-manutenzjoni ta’ culverts f’dawn l-inħawi taqa’ taħt ir-responsabilta tal-Kunsill Lokali.

Ħal Tarxien – Triq Lampuka — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra fil-qosor jekk il-parti ta’ Triq Lampuka Ħal Tarxien hijiex ser tinbidel billi ma’ tinsabx fi stat tajjeb?

Response (BORG, IAN)

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill. Filwaqt li bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn f’din il-lokalita’, it-triq indikata wkoll hija ppjanata biex issir fiż-żmien li ġej. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Gudja – Triq Santa Katerina u Triq id-Dejqa – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24033, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex aċċettabbli li toroq Santa Katerina u d-Dejqa, Gudja jibqgħu mhux lesti wara sentejn skorruti u jistax jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex ikunu lesti? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kif ser ikunu l-ispazji għall-ipparkjar tal-vetturi tar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23498. Il-kumplament tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Mosta – Triq il-Qalbiena – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex fi Triq il-Qalbiena fil-Mosta jsiru bus shelters għaliex f’din it-triq kull fejn hemm bus stop ma hemm l-ebda bus shelter?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għall-aktar kunsiderazzjoni.

Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’xogħlijiet ser isiru f'Triq Għajn Dwieli Raħal Ġdid senjatament fil-bidu tagħha tul dawn l-ġimgħat?

Response (BORG, IAN)

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Fit-triq indikata qegħdin isiru tiswijiet tal-ġnub tat-triq u manutenzjoni tal-wiċċ b’asfalt ġdid. Dawn ix-xogħlijiet qegħdin isiru f’fażijiet biex it-triq kemm jista’ jkun ma tingħalaqx u, kemm-il darba t-temp jippermetti, mistennija jitlestew sa tmiem dan ix-xahar. Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop. Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Imqabba – Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq il-Belt Valletta – studju fuq traffic island

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux is-'safety audits' neċessarji qabel ma ġiet installata 'traffic island' fejn jingħaqdu Triq il-Belt Valletta ma’ Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba peress li diversi sewwieqa li jużaw dawn it-toroq b'mod regolari, qed jilmentaw li din il-junction hija accident black-spot? Jista’ jara li jsir x-xogħol neċessarju biex dan il-periklu jitneħħa mill-aktar fis possibbli?

Response (BORG, IAN)

-Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Kirkop – Triq Danny Cremona — Bus stop ‘Ħal Kirkop-Barrieri’

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex il-bus stop bl-isem Ħal Kirkop - Barrieri li tinsab fi Triq Danny Cremona f'Ħal Kirkop faċċata taċ-Ċentru tas-Saħħa, issir aċċessibbli għal kull min ikun irid jagħmel użu minnha, peress li meta tagħmel ix-xita tant jgħaddi ilma tax-xita man-naħa ta' triq fejn jinsab dan il-bus stop li ħadd ma jkun jista’ jaqsam it-triq u dan anke fid-dawl li minn jagħmel użu mit-Trasport Pubbliku biex iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa f'din il-lokalità ma jkunx jista’ jagħmel dan meta tkun nieżla x-xita?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Driving Licence Exchange bejn Malta u Renju Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta reċentement ġiet introdotta id-driving licence exchange bejn Malta u r-Renju Unit, din għandha terminu ta' skadenza sal-aħħar ta' Frar 2022 meta persuna li jkollha liċenzja tas-sewqan tar-Renju Unit biex isir tali driving licence exchange trid tkun ilha f'pajjiżna minn tal-inqas sitt xhur u dan anke fid-dawl li skemi ta' driving licence exchange li għandu pajjiżna kemm ma’ diversi pajjiżi oħra li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea kif ukoll pajjiżi oħra bħal Awstralja, l-Iżvizzera u l-UAE m'għandhomx terminu ta' skadenza sakemm tista’ ssir tali driving licence exchange?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li It-tul tal-Memorandum ta’ Ftehim Malta-Renju Unit ġie diskuss, deċiż u miftiehem wara proċess ta’ konsultazzjoni bejn iz-żewġt naħat li laħaq ir-rekwiżiti immedjati u attwali taż-żewġ pajjiżi. Għalhekk id-deċiżjoni dwar it-tul tal-ftehim kellha tkun konsenswali u influwenzata mill-bżonnijiet taż-żewġ partijiet. Il-gvernijiet Malti u tar-Renju Unit huma impenjati li jkomplu n-negozjati meħtieġa wara din l-iskadenza biex ikomplu jiffaċilitaw l-użu tal-liċenzji tas-sewqan tagħhom fit-territorji rispettivi tagħhom, b’aktar ftehimiet fit-tul għall-proċess tal-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan eventwalment isiru mingħajr il-ħtieġa għal kwalunkwe test.

Cobblestone – inaċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament jekk għandux parir mill-Kummissjoni għal Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità dwar jekk il-cobblestone li jintuża f'diversi lokalitajiet, jikkawżax inaċċessibiltà għal persuni b'diżabilità? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja ta' dan il-parir fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Peress li f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin saru ħafna proġetti t’infrastruttura pubblika minn entitajiet, awtoritajiet u kunsilli lokali differenti, u peress li kull proġett ikollu l-ispeċifikazzjonijiet partikolari tiegħu, ikun apprezzat jekk jiġi speċifikat eżattament għal liema postijiet pubbliċi qed issir referenza f’din il-mistoqsija.

Rotta x300

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23033, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk hux se jilqa’ t-talba tal-istudenti Għawdxin u r-rappreżentanti tagħhom u jerġa’ jintroduċi l-linja X300 fuq ir-rotta taċ-Ċirkewwa kif kienet sa Ġunju li għadda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija parlamentari 23033 tirrigwarda bus stops f’kull lokalità ġewwa Għawdex u mhux rigward ir-rotta X300.

Toroq pubbliċi – trailers ipparkjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li trailers jitħallew ipparkjati f’toroq pubbliċi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leġislazzjoni sussidjarja 65.11 f'artiklu 79 tipprojbixxi b'mod ġenerali pparkjar ta vetturi u trailers f'postijiet speċifici msemmija f'dan l-artiklu bħal ma huma roundabouts, bus stops, pedestrian crossings, bankina u postijiet fejn marki tal-karreġġati jew sinjali tat-traffiku jipprojbixxu tali pparkjar, inkluż viċin kantuniera. Minbarra din il-legislazzjoni hemm erbgha legizlazzjonijiet ohra li huma: SL 363.177 li jsemmi l-lokalita ta' Marsaxlokk SL 363.221 li jsemmi l-lokalita ta' Marsascala SL 363.192 li jsemmi l-lokalita tal-Isla u SL 363. 203 li jsemmi l-lokalita ta' Birzebbugia. Dawn l-erbgha leġislazzjonijiet sussidjarji li jsemmu dawn il-lokalitajiet jipprojbixxu li trailers jitħallew jew li jiġu pparkjati lanqas b'mod temporanju u fl'ebda parti tal-lokalita’ ħlief dik il-parti ndikata għalihom jew fuq art privata. Għaldaqstant dan jurina illi trailers li huma lliċenzjati huma meqjusa bħal vetturi oħra u mhux regolati b'mod differenti ħlief fl-erbgha lokalitajiet li semmejt li huma Marsaxlokk, Marsascala, Isla u Birzebbuġa.

Trailer ipparkjat fi triq – numru ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk trailer ipparkjat fi triq, iridx ikollu numru ta’ reġistrazzjoni (number plate) imwaħħal?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant li kull trailer li jkun ipparkjat fit- triq ghandu jkollu number plates imwahhla u dan skond id-dispozzijoniet tal- Ligi Sussidjara 368.02 REGISTRAZZJONI U LICENZJAR TA’ VETTURI BIL-MUTUR, Artikolu 13.(2) jghid li L-ebda vettura bil-mutur ma tista’ tkun fit-triq, kemm jekk ipparkjata kemm jekk qed tintuża, mingħajr liċenza għaċ-ċirkolazzjoni valida, jew permess għaċ-ċirkolazzjoni validu jew diska ta’ liċenza temporanja valida, skont ma jkun applikabbli,maħruġa mill-Awtorità sakemm il-vettura bil-mutur ma tkunx e¿enti taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att. Kif ukoll Artikolu 32(1) jgħid li 32.(1) L-Awtorità għandha tagħti lid-detentur ta’ liċenza ta’vettura bil-mutur żewġ pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu juru l-marka tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-vettura mal-ħlas ta’ kemm jiswew dawk il-pjanċi kif hemm provdut fl-Ewwel Skeda. (2) Minbarra l-marka ta’ reġistrazzjoni, il-pjanċa għandha turi wkoll is-sinjal internazzjonali li jiddistingwi ta’ Malta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 dwar ir-rikonoxximent fit-raffiku intra Komunitarju tas-sinjali li jiddistingwu tal-Istati Membri li fihom l-vetturi bil-mutur u t- trailerstagħhom ikunu reġistrati. (3) Fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma huma permessi ebda ittra, numru, marka jew sinjal ieħor, ħlief dawk awtorizzati mill-Awtorità. (4) Meta dawn il-pjanċi ġodda jingħataw lid-detentur tal-liċenza, dan għandu jieħu ħsieb li jitwaħħlu minnufih b’mod sigurgħas-sodisfazzjon tal-Awtorità mal-vettura li għaliha jirreferu,waħda fuq quddiem u waħda fuq wara tal-vettura f’dik il-pożizzjoni li kull ittra u ċifra fuq il-pjanċa jkunu f’pożizzjonivertikali, jidhru tajjeb u jingħarfu sew: Iżda meta vettura bil-mutur tkun qed tiġbed trailer jew iżjed minn trailer wieħed, il-pjanċa ta’ wara tal-vettura għandha titwaħħal fuq in-naħa ta’ wara tat-trailer jew fuq in-naħa ta’ waratal-aħħar trailer, skont ma jkun l-każ. .

Salarju ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mas-salarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jammonta għal madwar €180,000 fis-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naqbilx mas-salarju li qed jallega l-Onor. Azzopardi ghaliex il-persuna indikata mhux veru għandha dak is-salarju, kif jista' jikkonferma kulhadd mill-kuntratti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għal mistoqsijiet fosthom tal-Onor. Azzopardi stess fix-xhur li għaddew.

Transport Malta u Infrastructure Malta – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru u l-ammonti individwali tal-kuntratti u d-direct orders maħruġa minn Transport Malta u Infrastructure Malta mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2021, f'dokument wieħed għal kull entità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23907.

Mosta – Triq Ta’ Żejfa — sinjali

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex isiru s-sinjali meħtieġa fit-toroq fejn f’Triq Ta’ Żejfa fil-Mosta, il-karozzi joħorġu jew jidħlu għat-Triq Patri Ġużè Delia, fiżŻona taż-Żokrija? Illum bla road markings hemm periklu meta l-karozzi jkunu deħlin f’Triq iż-Żejfa imma b’road markings, bħalma darba kien hemm, dan il-periklu kapaċi jonqos.

Response (BORG, IAN)

Fiż-żona tat-toroq indikati Infrastructure Malta għamlet sistemi ġodda taħt l-art għad-drenaġġ, tal-ilma u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Fejn diġà ngħata l-asfalt se jsiru s-sinjali fil-jiem li ġejjin, waqt li l-parti fejn fadal isiru xi xogħlijiet tkun lesta wkoll fi ftit ġimgħat oħra.

Central Link – xogħol mal-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol li baqa’ jsir mal-bdiewa fir-raba’ minn fejn għaddiet is-Central Link, xogħol ta’ tindif, xogħol ta’ ħitan, tneħħija ta’ ħamrija eċċ?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta tinsab għaddejja bl-aħħar ftit xogħlijiet sabiex fil-jiem li ġejjin tlest Central Link Project, investiment fit-toroq ewlenin ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u l-Imrieħel li qed inaqqas bin-nofs il-ħin fl-ivvjaġġar f’din iż-żona, filwaqt li jnaqqas drastikament it-tniġġis tal-arja mill-konġestjoni fl-inħawi residenzjali tal-madwar. Waqt il-bini tat-toroq ġodda ta’ dan il-proġett Infrastructure Malta ħadmet id f’id mal-bdiewa li għandhom artijiet fl-inħawi, sabiex ix-xogħlijiet ikollhom l-inqas impatt possibbli fuq l-uċuh tagħhom. Il-ħaddiema tal-proġett għaddew ħafna mill-ħamrija li tħaffret biex saru l-pedamenti tat-toroq ġodda lill-istess bdiewa, sabiex itejbu l-kwalità tal-artijiet tagħhom. Qabel ma ntefgħet lura f’dawn l-għelieqi, il-ħaddiema għarblu l-ħamrija mill-ġebel, biex tkun tista’ tinħadem aħjar. Fejn kien meħtieġ, Infrastructure Malta bniet ukoll ħitan ta’ lqugħ ġodda mal-ġnub tal-għelieqi jew irranġat dawk e¿istenti. Ħafna minn dawn il-ħitan huma lesti u għaddejjin biss l-aħħar ftit tiswijiet u aġġustamenti f’xi nħawi. Bi ftehim mal-istess bdiewa, il-livellar tal-ħamrija addizzjonali f’xi għelieqi fejn Infrastructure Malta żiedet il-ħamrija ser isir wara l-istaġun tax-xita għaliex jekk isir bħalissa meta tkun imxarba, tkun aktar ta’ ħsara milli ta’ ġid lill-istess uċuh.