Ħal Qormi — Triq il-Kanun – xogħol infrastrutturali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4580, jista’ l-Ministru jispeċifika meta se jsir ix-xogħol infrastrutturali fi Triq il-Kanun, Ħal Qormi, eżattament il-parti ta’ bejn Triq il-Valletta u Triq is-Sebħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – ħlas ta’ planning gain fir-rigward ta’ proġett ta’ appartamenti
Question
B’referenza għall-proġett ta’ appartamenti li jinsab għaddej bħalissa fi Triq Lewis Wettinger, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-planning gain li se jħallsu l-iżviluppaturi fuq dan il-proġett u jekk hemmx xi pjanijiet dwar kif se jkun qiegħed jintuża?
Response (BORG, IAN)
Il-Permess ta’ l-Iżvilupp PA 4811/15 kien approvat mill-Bord ta’ l-Ippjanar fit-28 ta’ April, 2016 suġġett għal din il-kundizzjoni :
‘This ‘Full Development’ permission is subject to a financial planning contribution of EUR 193,283 (one hundred ninety-three thousand, two hundred and eighty-three Euro) in favour of the Planning Authority's Planning Gain Fund, for the part financing of the highway improvements at the junction of Triq il-Mitħna l-Qadima and the Miżieb in Mellieħa.
This planning contribution will be due whenever the Planning Authority approves the abovementioned junction improvements. However, the whole amount or the remaining balance shall be paid prior to the issuing of the Final Compliance (Completion) Certification (excluding partial).’
Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – traffic junction
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex tinbidel it-traffic junction li tinsab biswit il-proġett ta’ appartamenti li qed jinbnew bħalissa fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa, u li tgħaqqad Triq il-Mitħna l-Qadima ma’ Triq Lewis Wettinger u anke mat-triq magħrufa bħala Tal-Miżieb? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru:
Jispjega x’inhu l-għan għall-bdil f’din il-junction?
Ipoġġi l-pjanti ta’ din it-traffic junction fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jagħti timeline ta’ kif se tkun qed titwettaq din il-bidla?
Jgħid kemm se tiġi tiswa din il-junction?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser isir it-twessigħ tat-toroq skont kif Transport Malta applikat lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Planning Authority –tiswijiet tal-bankini fejn ikun sar xogħol ta’ kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Planning Authority għandhiex id-dmir u d-dritt li wara li tkun tlestiet il-kostruzzjoni fuq binja, tordna lil min ikun wettaq dak ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jew lis-sid tal-binja, biex il-bankina jew terġa’ ssir jew tara li tkun fi stat tajjeb u mhux ta’ periklu għal min jimxi fuqha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar titlob lill-Iżviluppatur jagħmel garanzija bankarja biex jassigura li jekk ikunu saru ħsarat lil xi bankina li ma jkunux tranġaw, din l-istess garanzija tagħmel tajjeb għad-danni sofferti iżda fil-każ li ma jkunx hemm ħsarat jew dawn ikunu remedjati tali garanzija tiġi rilaxxata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-preżent il-Gvern huwiex qed joffri skema ta’ manutenzjoni fuq bini antik? Jekk iva, x’inhuma l-kriterji sabiex tingħata din l-għajnuna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bi b’pjaċir illum ħabbarna l-iSkema il-Ġdida tal-2018 li dettalji tagħha qedgħin jingħataw hawn taħt;
Skema 2018
·
€10 miljun (fondi mir-regolarizzazzjoni)
·
Applikazzjoni Online
·
F’każ ta’ kera, consent form iffirmata mis-si
d
·
Gruppi:
o
Pubbliku
§ 7.5 miljun Ewro budget
§ Sa 70% rebate
§ Massimu: 10,000 UCA, 50,000 Grade 2, 10,000 Grade 1
o
Persuni b’diżabilit
à
§ 1 miljun Ewro budget
§ Sa 70% rebate
§ Massimu: 10,000
§ Restawr u aċċessibilità
o
Pensjonanti
§ 1 miljun Ewro budget
§ Massimu: 10,000
§ Restawr tal-faċċata
o
Għaqdiet volontarji reġistrati
§ 500,000 Ewro budget
§ Massimu: 10,000
§
Restawr tal-faċċata
·
Miftuħa 2 t’April 2018 sa 28 ta’ Ġunju 2018 (first come first served)
o Xogħlijiet jibdew wara l-1 t’April 2018 u jitlestew f’sentejn. Xogħlijiet jibdew biss wara li jingħata l-permess, u jridu jiġu ppreżentati l-irċevuti.
o Applikazzjoni għal fondi ssir minn Periti permezz ta’ applikazzjoni online.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4544, jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tieħu l-passi sabiex tara li fi Triq il-Kbira fil-Mosta, issir il-bankina immedjatament ħalli jitneħħa l-periklu, għaliex sal-lum ma hemmx post ta’ bankina minn fejn jimxu n-nies u Transport Malta qed tieħu ż-żmien biex tawtorizza li ssir il-bankina mitluba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
In-Naxxar – Ċentru tal-Fieri – Traffic Impact Assessment, Environmental Impact Assessment u Social Impact Assessment
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk sarux jew jekk hux se jintalab li jsiru Traffic Impact Assessment, Environmental Impact Assessment u Social Impact Assessment fuq il-proġett li hu intenzjonat li jsir flok dak li sal-lum hu magħruf bħala ċ-Ċentru tal-Fieri fin-Naxxar, liema proġett se jkun qed ifisser żieda ta’ madwar 500 unit residenzjali fil-lokalità tan-Naxxar? Jekk dawn l-istudji saru, jista’ jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
L-Onor. Interpellant, skond ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, qiegħed jagħmel referenza għall-applikazzjoni PA2284/16 li qiegħdha fi stadju avvanzat ta' konsultazzjoni quddiem l-istess Awtorità tal-ippjanar. Infurmat li ġie mitlub Transport Impact Assessment kif ukoll Project Description Statement liema studji huma meħtieġa għall-ipprocessar komplut f' dak li hu Trasport u Ambjent.
L-ipprocessar tal-applikazzjoni preżentament qiegħed sospiż jistenna informazzjoni meħtiega.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex jinbidlu żewġ bus shelters li jinsabu fi Triq Hompesch, il-Fgura, ftit metri ‘l bogħod mill-mina ta’ Hompesch?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li jinbiddlu iż-żewg bus shelters qodma li jinsabu fi Triq Hompesch, il-Fgura.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li jitkompla x-xogħol fuq roundabout li saret riċenti bejn il-Fgura u Bulebel, fi Triq id-Dejma, faċċata ta’ Triq il-Karmnu (il-Fgura) minn Transport Malta, li jonqos li jkun impoġġi l-ħamrija u jitpoġġew xi pjanti/fjuri?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ikkumissjonat lill-MELP flimkien mal-ELC, li qed jikkordinaw bejniethom biex ix-xogħlijiet jitkomplew.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-individwu li jaħdem ma’ Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li dan għamel kummenti ta’ theddid serju fuq Facebook kif riprodott fl-istampa li qed tidher separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min naħa ta’ Transport Malta qegħdin jinfurmawni, li l-individwu li jidher fl-istampa tal-profil ta’ Facebook li tidher fl-iscreenshot mibgħuta separatament, għalkemm fid-dettalji tal-profil tiegħu elenka li hu impjegat ma Transport Malta, la qatt kien u anqas huwa, impjegat ta’ l-istess Transport Malta.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 155, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-positions of trust fil-Ministeru tiegħi, huma dawk fis-Segretarjat u Senior Manager.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – bini li jżommu b’titolu ta’ kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bini li d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jżommu b’titolu ta' kera sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika liema huma dawn il-binjiet, minn liema dipartiment/entitá qed jinkrew u min huma s-sidien tagħhom? Jista' jgħid kemm qed tkun in-nefqa f’kiri għal dawn il-binjiet fis-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru minn Transport Malta u l-Ministeru tiegħu tul il-leġiżlatura li għaddiet (Marzu 2013 sa Ġunju 2017) ġewwa Għawdex? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa totali f’kull proġett li sar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-leġiżlatura li għaddiet (Marzu 2013 sa Ġunju 2017) saru tiswijiet ta’ ħsarat u manutenzjoni fuq il-mollijiet fl-Imġarr, Għawdex li jammontaw għal €241,902.64.
CTB Concessions, Regularisation of CTB Concession u Regularisation of Development Inside Development Zone
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi d-differenza bejn CTB Concession, Regularisation of CTB Concession u Regularisation of Development Inside Development Zone? Jista’ l-Ministru jgħid jekk proprjetà li kien inħarġilha CTB Concession tkunx tista’ tiġi kkunsidrata bħala proprjetà li għandha l-permessi neċessarji tal-bini?
Response (BORG, IAN)
Ir-risposti għad-domandi tal-Onor. Interpellant jemerġu mil-ligi. Issir riferenza għall-Artikolu 91 u t-tmien skeda tal-Kapitolu 504 tal-Ligijiet ta’ Malta, kif ukoll għall-Avviz Legali 229/2012. Issir referenza wkoll għar-regolamenti 3(b) u 4 (2) tal-Avviż Legali 285/2016, u għar-regolamenti 3(a) u 4(1) tal-istess Avviż Legali.
Dwar l-import ta' CTB, issir riferenza għad-deciżjoni ġudizzjarja fl-ismijiet L-Avukat Dottor Christian Farrugia bħala mandatarju tal-assenti Barry Eustance vs Karkanja Developments Limited - Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) deċiża nhar it-Tlieta, 28 ta’ Ġunju, 2016; Rikors Ġuramentat Numru 104/2014JVC. Hemm appell pendenti dwar din id-deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' bilanċi ta' fondi li jifformaw parti mill-Planning Gain li kull kunsill lokali separatament għandu jieħu mill-Awtorità għall-Ippjanar? X'ammonti minn dawn il-flus huma diġà committed u għal liema proġetti? X'bilanċi ta' fondi għadhom mhux committed?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra maqsum f’żewġ tabelli.
Waħda turi l-bilanċi ta' fondi li jifformaw parti mill-Planning Gain li kull kunsill lokali separatament għandu għad-dispozizzjoni tiegħu u għadhom mhux committed. Fit-tieni tabella hemm indikat l-ammont ta’ flus li huma committed iżda għadhom mhux imħallsa, flimkien mal-proġett li għalih huma committed dawn il-fondi.
Qed nifhmu li l-użu tat-terminu Planning Gain fil-fatt qed jirreferi għad Development Planning Fund kif kontemplat fl-artiklu 59 tal-Att 7 tal-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx Traffic Impact Assessment qabel ma ġie deċiż li tinbena bypass f'Ħ’Attard? Jekk it-Traffic Impact Assessment sar, jista’ jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, x'inhi r-raġuni li dan ma sarx u kif il-Ministru u l-konsulenti tiegħu waslu għad-deċiżjoni li ssir bypass?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 3799 u 4394.