Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni li għandhom disturbance allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari bin-numru 9573, ninformah li ma hemmx persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li nghataw ghall-mistoqsijiet parlamentari bin-numru 6212 u 6193, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Kunsilli Lokali – skemi għall-attivitajiet Kulturali

Question

B'referenza għall-iskema għall-attivitajiet kulturali 2023/2024, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dwar liema huma dawk il-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema? Liema huma l-attivitajiet kulturali li ser jiġu ffinanzjati permezz ta' din l-iskema u meta huma ppjanati li jsiru, kemm kienet l-istima għal kull attività u kemm minn din l-istima ser tiġi ffinanzjata minn din l-istess skema?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: REĠJUN TRAMUNTANA Kunsill Lokali Attivita' Data Fondi mitluba mill-KL Fondi Mogħtija skond il-Marki Ħal Balzan Jum San Valentinu 2024 18 Frar 2024 €10,991.25 €7,693.88 Il-Mellieħa Il-Villaġġ tal-Milied fil-Mellieħa 2023 15-17 Diċembru 2023 €41,378.40 €16,000.00 L-Imġarr L-Epifanija fl-Imġarr (It-Tieni Edizzjoni) 5,6,7 Jannar 2023 €38,850.00 €18,000.00 Il-Mosta San Martin fil-Mosta 10, 11, 12 Novembru 2023 €32,400.00 €18,000.00 San Ġwann Honey the kids goes Summer 28 Lulju 2023 €24,000.00 €14,000.00 San Pawl il-Baħar Destination North 22, 23, 24 Settembru 2023 €77,435.00 €20,000.00 REĠJUN LVANT Kunsill Lokali Attivita' Data Fondi mitluba mill-KL Fondi Mogħtija skond il-Marki Ħal Għargħur Christmas Market 3 Diċembru 2023 €15,300.00 €10,710.00 L-Iklin Festa Fjuri 2023 27 Mejju 2023 €15,317.45 €14,817.45 Ħal Lija Festa taċ-Ċitru 2024 L-aħħar Sibt jew Ħadd ta' Jannar 2024 €8,634.50 €7,771.05 Swieqi Ġieħ lil Niesna 30/08 - 14/09/2023 €16,362.50 €14,726.25 Ta' Xbiex Connecting through Culture 1 Lulju 2023 €37,241.00 €18,000.00 REĠJUN PORT Kunsill Lokali Attivita' Data Fondi mitluba mill-KL Fondi Mogħtija skond il-Marki Il-Birgu (Città Vittoriosa) BirguFest 2023 13 & 14 Ottubru 2023 €83,400.00 €18,000.00 L-Isla (Città Senglea) Il-Ħġejjeġ ta' San Ġwann - Festa Maltija 23 & 24 Ġunju 2023 €28,556.00 €20,000.00 Bormla (Città Cospicua) Cospicua Short Play Festival 2023 22 - 24 Settembru 2023 €41,650.00 €20,000.00 Fgura Il-Mixgħela ta' Ħamis ix-Xirka fil-Fgura 28 Marzu 2024 €29,005.00 €16,000.00 Floriana Ġenna ta' Ġensna 8 Ottubru 2023 €25,844.90 €20,000.00 Il-Kalkara Lejla Rnella 2023 4 Awwissu 2023 €24,350.00 €18,000.00 Ħal Tarxien Festa Ħelu Multikulturali n/a 26,886.00 €18,000.00 Ix-Xgħajra Xtajta Tlellex - Elementi Sajfin 12 Awwissu 2023 €20,000.00 €16,650.00 REĠJUN NOFSINHAR Kunsill Lokali Attivita' Data Fondi mitluba mill-KL Fondi Mogħtija skond il-Marki Ħal Qormi Mill-Ġulbiena sal-Milied 8 Diċembru 2023 €26,550.00 €18,000.00 Iż-Żejtun Zejt iż-Żejtun 2023 23 & 24 Settembru 2023 €27,530.00 €18,000.00 Birżebbuġa Milied fil-Pjazza 1 - 3 Diċembru 2023 €60,940.00 €18,000.00 Il-Gudja Il-Maġija tal-Milied 2 - 3 Diċembru 2023 €28,305.00 €18,000.00 Ħal Għaxaq Karnival Tradizzjonali Għaxqi 2024 9 - 13 Frar 2024 €13,370.00 €11,133.00 Ħamrun Ħamrun Chocolate Festival 21 Ottubru 2023 €68,401.00 €18,000.00 Ħal Luqa Festa Milied 15 Diċembru 2023 €23,089.75 €16,000.00 Marsa Milied fil-Marsa 2023 Settembru - Novembru; 8 Diċembru - 7 Jannar 2024 €20,000.00 €16,000.00 Marsaskala Milied Skaliż 15, 16 & 17 Diċembru €28,500.00 €16,000.00 Marsaxlokk Milied Xlukkajr 3, 16, 20 & 21 Dicembru 2023 €27,363.46 €18,000.00 Santa Luċija Kunċert orkestrali tal-Milied b'differenza 16 Diċembru 2023 €30,140.64 €16,000.00 Santa Venera Bethlehem f'Santa Venera 2023 3 ijiem f'Dicembru 2023 €22,237.95 €16,000.00 REGJUN PUNENT Kunsill Lokali Attivita' Data Fondi mitluba mill-KL Fondi Mogħtija skond il-Marki Ħaż-Żebbuġ Oratorio San Filep t'Aġġira Ottubru / Novembru 2023 €14,550.00 €13,095.00 Is-Siġġiewi Festa Għeneb Siggiewi 2023 17 Settembru 2023 €25,910.00 €18,000.00 Ħad-Dingli Wirja Agrarja 27 & 28 Mejju 2023 €21,740.00 €16,000.00 L-Imqabba Stilel taħt il-Kampnar 13 Ottubru 2023 €41,700.00 €18,000.00 Il-Qrendi Festival Agrarja tal-Patata 19 Mejju 2024 €27,336.00 €18,000.00 Ir-Rabat Rabat Sacrum 23 & 24 Settembru 2023 €65,781.00 €18,000.00 Ħal Safi Festa Familja 12 Novembru 2023 €15,281.00 €12,224.80 REĠJUN GĦAWDEX Kunsill Lokali Attivita' Data Fondi mitluba mill-KL Fondi Mogħtija skond il-Marki Għajnsielem Il-Milied f'Għajnsielem 7 Diċembru 2023 sa 6 Jannar 2024 €70,050.00 €18,000.00 L-Għarb Milied Tradizzjonali u Inklussiv Malti 7 Diċembru sa 6 Jannar 2023 €30,458.00 €18,000.00 L-Għasri Traditions: Wine, Olive Oil & Honey 23 Settembru 2023 €12,140.00 €10,341.00 Ta' Kerċem/Santa Luċija Milied taħt it-Tinda 16 Diċembru 2023 €30,540.00 €16,000.00 Il-Munxar/Xlendi Munxar Fireworks & Gastronomy Festival 17 Diċembru 2023 €36,029.00 €18,000.00 In-Nadur Milied fil-Pjazza / Christmas at the Square 12 Dicembru 2023 (f'kas ta' maltemp 15 Dicembru 2023) €25,850.00 €18,000.00 Il-Qala Qala International Folk Festival 15 - 17 Settembru 2023 €33,300.00 €18,000.00 San Lawrenz Sqaqien - 14-il pass artistiku għar-Randan 15 Marzu 2024 €29,040.00 €20,000.00 Ta' Sannat Festa Għaġina 10 Ġunju 2023 €30,320.00 €18,000.00 Ix-Xewkija Fiori D'Argenta 28 & 29 Awwissu 2023 €12,700.00 €10,710.00 Iż-Żebbuġ Natale sul Colle 16 - 28 Diċembru 2023 €20,225.00 €15,540.00

Kunsilli Lokali – skemi għall-attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi li ġew allokati mill-Ministeru li hu responsabbli minnu għall-iskema għall-attivitajiet kulturali 2023/2024 li għaliha setgħu japplikaw il-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Divizjoni ghall-Gvern Lokali li l-fondi li ġew allokati mill-Ministeru għall-iSkema għall-Attivitajiet Kulturali 2023/2024 u li għaliha setgħu japplikaw il-Kunsilli Lokali jammontaw għall-€699,412.43, b’€100,000 addizzjonali li huma ġejjin mill-Ministeru għat-Turiżmu b’totali globali ghalhekk ta’ €799,412.43 illi għalihom setgħu japplikaw il-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex.

Kotba mislufa mil-libreriji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba mil-libreriji pubbliċi mxerrda madwar Malta u Għawdex, sena b’sena, mill-2017 sal-2022?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: 2017 2018 2019 2020 2021 2022 Kotba Fiżiċi 906,455 1,014,146 1,031,868 571,778 580,302 623,939 Ebooks 4,521 8,200 14,001 46,042 40,900 35,677 Total 910,976 1,022,346 1,045,869 617,820 621,202 659,616

Gvernijiet Lokali — introduzzjoni tal-Quality Service Charter

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7545, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter tal-imsemmija Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba li għaddew lili mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Intant infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali illi għalkemm fit-tweġiba li ngħatat għad-domanda parlamentari 7545 il-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara u tar-Rabat (Għawdex) kienu rrispondew lill-istess Diviżjoni għall-Gvern Lokali li kellhom Quality Service Charter, issa rriżulta li tali Kunsilli m’għandhomx tali Quality Service Charter.

Kunsill Lokali ta’ Marsaskala – rwoli tal-kunsilliera

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-irwoli kollha li huma responsabbli tagħhom il-kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kunsillier Responsabbiltajiet. Sindku Mario Calleja Finanzi u Sigurtà, proġetti kapitali u membru tal-bord tar-rivista. Ambjent - ( Indafa ) – Kollezzjoni tal-iskart domestiku u goff, knies u BIS Komunitajiet tan-negozji flimkien ma' Entitajiet oħra inkluż il-Kleru. Tqassim ta' xogħol lill-ħaddiema tal-Kunsill Douzelage Town Twinning Organisation, Proġetti u Fundazzjoni GAL Xlokk. Viċi Sindku Janice Falzon: Ambjent, Ambjent fejn jidħol Riserva tal-Magħluq. Transport Pubblikuinkluż Bus Shelters. Ħarsien tal-annimali. Sports u attivitajiet fiżiċi. Bord editorjali tar-rivista. Kunsillier John B. Camilleri: Binja Amministrattiva. Enerġija, Ambjent Marittimu fejn jidħlu gaġeġġ tal-ħut u kull tniġġis tal-ibħra tal-madwar Integrazzjoni Soċjali u membru tal-Bord tar-rivista, komunitajiet. Kunsillier Charlot Mifsud: Edukazzjoni Primarja u rappreżentant tal-edukazzjoni fid Douzelage. Anzjani Indafa u tisbiħ tal-ġonna u promenade Kunsillier Dr. Patrick Camilleri: Rappreżentant tal-Kunsill fil-Wasteserv u l-Impjant ta` Sant' Antnin Rappreżentant tal-Kunsill fill-Kumitat tar-Reġjun Xlokk. Ħolqien ta'Websiteġdida tal-Kunsill flimkien ma' facebook. Edukazzjoni Sekondarja (li tinvolvi laqgħat maż-żewġ kapijiet tal-iskejjel tagħna flimkien ma' Charlot Mifsud għall-edukazzjoni aħjar fil-lokal tagħna.) Innovazzjoni Kunsilliera Mary Rose Mifsud Kultura, Attivitajiet soċjali (inkluż Jum Marsaskala.) Persuni b`diżabilità Ugwaljanza. Kunsillier Ryan Portelli Żgħażagħ u tfal. Proġetti tad-Douzelage. Applikazzjonijiet u rapport finali. Tħejjija għal-laqgħa Ġenerali Annwali f'Marsaskala fl-2022. Kunsillier Dr. Errol Cutajar Qasam Soċjali Infittxu residenti li ma jgħixux diċenti. Nippruvaw naslu kemm mal-knisja kif ukoll mal-Awtoritajiet Ċivili. Sanità. Infittxu garaxxijiet li jabitaw nies fihom mingħajr faċilitajiet sanitarji. Wirt Storiku. Kunsillier Il-Perit John Schembri: Infrastruttura tat-toroq. Disinji fuq proġetti proposti. Nidentifikaw għamara fit-toroq tagħna li jkollha bżonn manutenzjoni jew tinbidel. Hemm bżonn isir inventarju ta' kull biċċa għamara li għandna fit-toroq tagħna.

Mosta – restawr tal-mitħna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tiġi rrestawrata l-Mitħna tal-Mosta? Jekk iva, meta?

Response (BONNICI, OWEN)

L-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali jagħmlu r-restawr skont programme of works ibbażat fuq diversi fatturi, inkluż prijoritajiet. Intant tajjeb jiġi rrimarkat illi hemm diversi possibbiltajiet u għajnuniet finanzjarji li Kunsilli Lokali jistgħu jesploraw u japplikaw għalihom sabiex iwettqu proġetti ta’ restawr fil-lokalitajiet tagħhom, kif sar diġà minn Kunsilli Lokali oħra.

Raħal Ġdid – Triq l-Isqof Buhagiar – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru r-rapporti u t-tiswijiet neċessarji fi Triq l-Isqof Buhagiar, f’Raħal Ġdid, billi din hija waħda mill-iktar toroq użati mit-trasport u minn vetturi industrijali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid li meta jsiru rapporti lill-Kunsill dwar it-triq imsemmija, il-Kunsill dejjem jipprova jirrimedja kif jista' bil-ħaddiema għad-dispożizzjoni tal-istess Kunsill. Intant infurmat ukoll li dwar l-istess triq, il-Kunsill Lokali saħansitra anke kellu komunikazzjonijiet mal-entità kkonċernata sabiex tali triq tkun regolata aħjar.

Arts Council Malta — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Arts Council Malta u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Band Clubs Management Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Band Clubs Management Board u jgħid ukoll jekk hux qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Board of Warrants — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Board of Warrants u jgħid ukoll jekk hux qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Carnival Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Carnival Board u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Cottonera Supervisory Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Cottonera Supervisory Council u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Reġjun Lvant – nefqa annwali tal-ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa annwali tal-ġbir tal-iskart fl-2021 u fl-2022 ta’ kull kunsill b’mod seperat li hemm miġbura fir-Reġjun Lvant?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: NEFQA ANNWALI ĠBIR TAL-iSKART MATUL L-2021 u 2022 – KUNSILLI LOKALI TAR-REĠJUN TAL-LVANT- PQ 9631 Nru. Kunsill Lokali Skart Imħallat Skart Organiku Skart Imħallat Skart Organiku 2021 2021 2022 2022 14 Birkirkara €131,601.00 €121,478.00 €133,530.00 €123,324.00 21 Il-Gżira €101,244.00 €101,601.00 €101,244.00 €110,999.00 24 Ħal-Għargħur €33,928.00 €32,434.00 €28,862.00 €29,004.00 28 L-Iklin €20,716.16 €20,850.60 €20,985.12 €20,985.12 32 Ħal-Lija €21,266.52 €21,403.28 €27,555.14 €27,418.38 41 L-Imsida €109,854.61 €63,989.66 €142,847.39 €101,978.94 46 Pembroke €27,253.60 €27,201.90 €27,203.29 €27,029.53 47 Tal-Pietà €78,408.58 €35,720.69 €93,243.60 €62,186.00 52 San Ġiljan €93,600.00 €93,600.00 €94,200.00 €93,600.00 59 Tas-Sliema €242,270.44 €175,484.73 €244,530.25 €154,260.73 60 Is-Swieqi €146,606.99 €126,951.60 €173,424.94 €141,740.60 61 Ta’ Xbiex €22,049.15 €22,644.79 €23,083.08 €22,936.97

Kunsill Lokali Naxxar – pjanti għall-Project Green

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proposti li saru mill-Kunsill Lokali Naxxar għal dak li jikkonċerna Project Green? Liema kienu dawn il-proposti?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti rikjesti li għaddew lili mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Infurmat li tali dokumenti jinkludu siteplan, masterplan tal-proġett propost, deskrizzjoni dettaljata tal-proġett kif ukoll xi renderings diġitali tal-proġett. Intant, ninsab infurmat ukoll li Project Green qed tkompli titkellem mal-applikanti li l-proġetti tagħhom ma ntgħażlux, taħt l-ewwel sejħa tal-Community Greening Grant, biex tara kif dawn il-proġetti jistgħu jsiru ambjentalment aktar sostenibbli bil-possibbiltà li eventwalment jitwettqu.

Kunsill Lokali Mellieħa – pjanti għall-Project Green

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proposti li saru mill-Kunsill Lokali Mellieħa għal dak li jikkonċerna Project Green? Liema kienu dawn il-proposti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa illi l-istess Kunsill ressaq proposta lill-Project Green sabiex jiġi żviluppat ġnien pubbliku fuq art konfinanti minn Triq l-Għasel, Triq l-Etna u Triq Mons Franġisk Xuereb, fiż-żona ta’ Mellieħa Heights, skont il-permessi PA 1365/14 u PA 6425/19. Il-pjanti approvati u sottomessi lill-Project Green qed jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra iżda wkoll faċilment jistgħu jiġu aċċessati mis-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Xandir tal-Programm Love Island

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema stazzjon nazzjonali f’xi pajjiż fl-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit (BBC) jintwera jew intwera l-programm Love Island?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Public Broadcasting Services Ltd li l-istess PBS m’għandha ebda obbligu sabiex tissorvelja stazzjonijiet oħra.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3483 jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien u jgħid jekk il-proċess ta’ konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali huwiex magħluq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-proġett jinsab fi stat fejn il-Kunsill rispettiv ser ikun qiegħed jagħżel l-ispeċifikazzjonijiet tad-dawl dekorattiv sabiex jinħareġ it-tender. Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali rispettiv li l-process ta’ konsultazzjoni mas-Sovrintendanza tal-Patrimonju Kulturali għadu għaddej. Intant infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li l-permess PA 7489/19, fejn intalab tiġdid ta’ permess PA 20641/12, huwa relatat mar-rijabilitazzjoni taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien u mhux relatat mal-pjazza. Infurmat ukoll li s-Sovrintendenza għaddiet ir-rakkommandazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ u dan ġie approvat, u huwa validu sa Jannar 2024. Fuq nota finali infurmat li sal-lum għadha ma ġietx sottomessa Commencement Notice u għaldaqstant is-Sovrintendenza ma waqqfet l-ebda xogħol ladarba dan għadu ma bediex.

San Pawl il-Baħar – Dawret in-Nawfraġju – dawl pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dawl pubbliku kollu, u allura anke d-dawl dekorattiv, li hemm fiż-żona ta' Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, inkluż iż-żona tal-boathouses, ikun kollu mixgħul? Fid-dawl li ġew irrapportati numru ta' ħsarat hawnhekk, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li dawn it-tiswijiet isiru? F'każ li l-ħsarat mhumiex responsabilità tal-Kunsill Lokali, jista' jara li l-Kunsill Lokali jinforma lill-entità kkonċernata dwar dawn il-ħsarat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-manutenzjoni fuq l-arbli tad-dawl dekorattivi saret nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2023. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li rigwardanti l-kumplament tal-lampi li preżentement jinsabu mitfija, saret applikazzjoni dwarhom mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar mal-entità relattiva nhar l-24 t’April 2023, sabiex dawn ikunu regolarizzati u mqabbda mal-grid enerġetiku min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta. Intant infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv li dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati mill-entitajiet kkonċernati.