Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 692 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija, u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 693 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 – anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 550 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 169 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 huwa ta’ 22. L-Għotja ta’ €300 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom 75 sena imma li għadhom m’għalqux it-80 sena.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 — Anzjani li jgħixu fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 551 u jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fil-komunità li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 huwa ta’ 22. L-Għotja ta’ €300 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom 75 sena imma li għadhom m’għalqux it-80 sena.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 – anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 552 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 170 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u li bdew jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €400 mill-1 ta' Jannar 2022? Jista' jgħid kemm minnhom qegħdin jgħixu fil-komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani li għandhom ’il fuq minn 80 sena li rċevew l-ammont ta’ €400 mill-1 ta’ Jannar 2022, kien ta’ 19,275. Minn dawn kien hemm 18,802 persuni li qegħdin jgħixu fil-komunità. L-Għotja ta’ €400 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena.

Persuni li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 691 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni sal-aħħar tal-2021? Jista' jindika kemm hemm persuni li jieħdu xi forma ta' pensjoni f'kull kategorija u jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Pensjoni Nisa Irġiel Total Pensjoni tal-Età (AP) 2,767 677 3,444 Pensjoni tal-Irtirar 21,828 50,959 72,787 Pensjoni tar-Romol 17,181 459 17,640 Pensjoni tal-Invalidità 1,123 1,581 2,704 Total 42,899 53,676 96,575

Minister għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Child Care Centres – korsijiet ta’ child carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet jew miżuri biex iħajjar aktar persuni japplikaw u jsegwu l-korsijiet ta’ child carers fi ħdan child care centres? Jista' jgħid kemm hawn child care centres f’Malta? Kemm hawn persuni li jaħdmu f’child care centres? Kemm hemm nuqqas ta’ child carers fi ħdan dawn iċ-child care centres?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità – Taħriġ tal-Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm impjegati mal-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità, u kemm minnhom għandhom it-taħriġ fuq il-kura tas-saħħa mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 993 fi sitta ta’ Ġunju 2022.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Pensjoni kontributorja tar-romol inqas minn €7,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni kontributorja tar-romol ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li għandhom pensjoni kontributorja tar-romol bi dħul ta’ anqas minn €7,000 fis-sena, f’dawn l-aħħar tliet snin, hu skont it-tabella hawn taħt: Sena Total 2019 510 2020 344 2021 126 Ta’ min jgħid li l-pensjoni kull xahar tkun l-istess minbarra fix-xhur ta’ Ġunju u Diċembru fejn jitħallas ukoll il-bonus tas-sitt xhur. Minbarra l-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jista’ jkun li jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra, li huma nklużi f’din l-istatistika, waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li m’huwiex inkluż.

Pensjoni kontributorja tal-irtirar inqas minn €7,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni kontributorja tal-irtirar ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li għandhom pensjoni tal-irtirar bi dħul ta’ anqas minn €7,000 fis-sena, f’dawn l-aħħar tliet snin, hu skont it-tabella hawn taħt: Sena Total Irġiel Nisa 2019 5109 1310 3799 2020 4042 882 3160 2021 2462 543 1919 Ta’ min jgħid li l-pensjoni kull xahar tkun l-istess minbarra fix-xhur ta’ Ġunju u Diċembru fejn jitħallas ukoll il-bonus tas-sitt xhur. Minbarra l-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jista’ jkun li jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra, li huma nklużi f’din l-istatistika, waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li m’huwiex inkluż.

Pensjoni tal-Invalidità ta' inqas minn €7,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni tal-invalidità ta’ inqas minn €7,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pensjoni tal-Invalidità ta' inqas minn €8,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għandhom pensjoni tal-invalidità ta’ inqas minn €8,000 fis-sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Arbitri – appelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti b'kollox quddiem l-Arbitri għall-finijiet tal-artikoli 107 u 108 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista' jgħid kemm minn dawn l-appelli għadhom ma ġewx appuntati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Appelli Numru sa April 2022 Appelli pendenti sa April 2022 1401 Appelli li għadhom ma ġewx appuntati sa April 2022 580

Adozzjoni — tfal minn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew adottati tfal minn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin bejn l-2017 sal-lum minn pajjiżi barranin? Jista' jgħid kemm kienu dawn l-adozzjonijiet sena b'sena u mil-liema pajjiżi ġew addottati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Entitajiet taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma involuti f’diversi stadji tal-proċess tal-adozzjoni bis-servizzi li huma joffru, kif ukoll bil-bord tal-adozzjonijiet. Fl-istess waqt l-awtorita regolatorja (SCSA) hija indipendenti minn dawn l-entitajiet. Għalhekk l-Onor. Interpellant għandha titlob dan it-tagħrif lill-Ministru responsabbli mill-SCSA.

Bord tal-Adozzjonijiet – talbiet għal adozzjoni ta’ tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-adozzjoni quddiem il-Bord tal-Adozzjonijiet bħalissa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar ta’ Mejju 2022, il-Bord għall-Addozzjoni kellu quddiemu każ wieħed biss pendenti li jrid ikompli jiddiskuti kif ukoll jagħti appuntament lill-koppja kkonċernata.