Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fl-aħħar tal-2008 għal Malta u Għawdex separatament dwar (i) in-numru ta’ nies jaħdmu għal rashom
full-time
(ii) nies jaħdmu għar rashom
part-time
bħala primary job tagħhom; (iii) impjegati
full-time
; (iv) impjegati
part-time
bħala l-job primarju tagħhom; (v) nies qiegħda fuq l-ewwel u tieni parti separatament tar-reġistru tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (vi) nies inattivi u (vii) ir-rata ta’ attività fl-popolazzjoni attiva?
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fl-aħħar tal-2008 għal Malta u Għawdex separatament dwar (i) in-numru ta’ nies jaħdmu għal rashom
full-time
(ii) nies jaħdmu għar rashom
part-time
bħala
primary job
tagħhom; (iii) impjegati full-time; (iv) impjegati part-time bħala l-job primarju tagħhom; (v) nies qiegħda fuq l-ewwel u tieni parti separatament tar-reġistru tal-ETC (vi) nies inattivi u (vii) ir-rata ta’ attivita’ fl-popolazzjoni attiva?
Awtorità tad-Djar — Dipartiment għal Bini - azzjoni fuq saqaf t'appartament tal-gvern
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8178 u 7832 fejn staqsejt meta ser tittieħed azzjoni f'leak tal-ilma li hemm f'saqaf f'appartament tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid meta ser tissewwa l-ħsara u dan meta sar rapport minn perit tad-Dipartiment għal Bini u Tiswija fi ħdan l-Awtorità tad-Djar, u meta dan l-istess perit qal x'azzjoni għandha tittieħed? Kopja tar-rapport tal-Perit qed tintbagħat separatament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni għala l-persuni li xtraw il-maisonettes fuq plots, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, ħallsu għalihom u għamlu l-kuntratt aktar minn sena u nofs ilu u sal-lum għadhom ma ingħatawx iċ-ċwievet tal-proprjetà tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-proġett insemmi jikkonsisti fi 12-il maisonette u 24 garaxx. Meta dawn il-maisonettes inħarġu għall-bejgħ b’shared ownership f’Settembru 2006 l-applikanti ġew mgħarrfa li l-maisonettes kienu qed jiġu mibjugħa fuq il-pjanta u li l-Awtorita’ tad-Djar ma kinetx qed tagħti data fissa ta’ tlestija tal-postijiet. Madanakollu, s’issa għadhom inxtraw biss 3 mit-12-il maisonette. Infurmat li l-proġett wasal fl-istadju finali tiegħu u l-kuntrattur mistenni jikkonsenja ċ-ċwievet lill-Awtorita’ matul ix-xahar id-dieħel.
Jista' l-Ministru jgħid x'formula qed tintuża sabiex tinħadem il-kera ġdida għall-inkwilini ta' postijiet tal-gvern u dan peress li kien hemm kirjiet ġodda li jaqbżu l-€2000 fis-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li inkwilini ġodda li qed jikru postijiet ġodda qed jintalbu kirja kummerċjali li tiġi maħduma fuq l-arja ta’ l-appartament u s-sena ta’ meta l-post ġie mibni. F’każ li l-inkwilin, wara means testing, ma jkunx jista’ jħallas il-kirja mitluba, l-Awtorita’ għandha skema ta’ sussidju fuq il-kera u taħt din l-iskema toħroġ sussidju lil inkwilin konċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6996 u 6274 u jgħid min u kif jitfasslu s-sejħiet biex jittieħdu l-promozzjonjiet fil-qasam tas-saħħa? Min jiddeċiedi kemm hemm bżonn u minn liema professjoni? Huwa aċċettat li professjoni tkun qed tikkmanda professjoni oħra li fil-job description tagħha m'hemm l-ebda kelma li għandha tagħmel dan? Allura min jiddeċiedi min jikkmanda lil min?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7173 u jgħid x'hemm ippjanat biex jissaħħu s-servizzi fil-komunità ħalli l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-għan tal-Gvern hu li sa fejn hu possibbli l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità fl-ambjent li jafu u viċin il-familji tagħhom. Għal dan il-għan diġa jeżistu diversi servizzi fil-komunità. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ta' dawn is-servizzi.
Id-Dipartiment għall-Kura tal-Anzjani qed jaħdem fuq riformi fil-home help. Diġa tħejjew proposti dwar il-Home Help. Sadanittant twaqqaf grupp biex jara x'servizzi oħra huma meħtieġa biex jgħinu lill-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità. Dan il-grupp lesta ix-xogħol tiegħu u bħalissa ir-rapport tagħhom qed jiġi studjat.
Informat ukoll li qed isir xogħol biex jinfteaħ l-ewwel night shelter fiż-Żejtun. Dan se jkun proġett pilota immirat għall-persuni li jgħixu waħedhom. Barra minn hekk, hemm għadd ta' inizjattivi oħra li qed jiġu kkunsidrati, fosthom it-twaqqif ta' Outreach team.
Jaf il-Ministru li koppji li ngħataw plot xi 10, 15 jew 20 sena ilu u kienu għadhom fuq konvenju, issa qed jintbagħat għalihom biex jagħmlu l-kuntratt, liema kuntratt qed jiġi jiswa 'l fuq minn €2800, liema somma hija kbira biex titħallas kollha f'daqqa? Għalhekk jista' l-Ministru joħloq skema ġdida biex dawn in-nies involuti jkunu jistgħu jħallsu din is-somma fuq medda ta' snin u mhux kif isir il-kuntratt?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill Onor. Interpellant illi l-ispejjeż għall-iffirmar tal-kuntratti ta’ bejgħ ta’ appartamenti jew għall-kuntratti ta’ enfitewsi ta’ plots, ma’ jiġux stabbiliti mill-Awtorita’ tad-Djar. Il-benefiċċjarji jiġu mitluba minn nutar privat tagħhom biex iħallsu d-dritt tal-boll, ta’ l-insinwa, u ta’ spejjeż professjonali ta’ l-istess nutar.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6825, jista' l-Ministru jgħid it-time frame li beħsiebu jieħu l-proċess imsemmi, hux sitt xhur, sena oħra jew ftit ġimgħat?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7945 u jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed ikollha ħafna problemi ta' mobilità jkollha sodda aktar komda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-persuna konċernata hija residenta fid-Dar tal-Anzjani tal-Gżira u mhux f'dik tal-Imsida. Ninsab informat li din il-persuna ser tingħata sodda aktar komda, jiġifieri variable height adjustable bed, meta din tkun disponibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7952 u jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed titlob is-servizz tal-home help u minkejja li sar l-assessment baqgħet bla risposta?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-anzjana konċernata li talbet is-servizz tal-Home Help għandha tiġi nfurmata bid-deċiżjoni tal-Bord.
Nuqqas ta' social workers fid-Dipartiment ta' l-Anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7951 u jgħid jekk hux sejrin jiġu mpjegati aktar social workers fis-Social Work Unit tad-Dipartiment ta' l-Anzjani meta f'dawn l-aħħar xhur kien hemm numru ta' social workers minn din il-unit li m'għandhomx jagħmlu xogħol ta' assessments fil-komunità minħabba xi raġuni jew oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 7380.
Ninsab informat ukoll li saret talba biex ikun jista' jinxtara s-servizz ta' Social Workers għal perjodu temporanju sakemm ikunu ngaġġati Social Workers b'mod permanenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5718 u jgħid fiex wasal il-każ tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li tat il-kunsens tagħha biex jitmexxa l-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi id-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali ma kienetx f’posizzjoni li tilqa t-talba tal-persuna imsemmija minnu u dan skond il-parir li taha l-Ufficcju tal-Avukat Generali.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' single motherli qed tiġi indikata separatament b'żewġt itfal li dawn waqalhom is-saqaf li din anke għamlet talba biex iġib sussidju mill-Awtorità tad-Djar? Jista' d-dipartiment jintervjeni? Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ mil-Awtorità tad-Djar biex jibda xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-dar li ġġarfilha is-saqaf hija proprieta’ privata u mhux tal-Gvern jew ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. L-inkwilina ġiet tapplika ma l-Awtorita’ tad-Djar għal post alternattiv. L-Awtorita’ qed tgħin lil din il-familja billi temporanjament qed tara li din il-familja tmur toqgħod f’post mikri mill-privat u jekk ikun il-ħtiega tingħata sussidju fuq il-kera. Kif ikun hemm post alternattiv, hija tingħata dan il-post.
Jista' l-Minsitru jagħti tagħrif dwar x'passi qed jieħu l-Gvern ta' Malta biex jiġi assigurat li l-problemi marbuta mas-swine flu li faqgħet riċentament ma jolqtux l-gżejjer Maltin?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reverse osmoses li hemm fir-Residenza San Vinċenz de Paule huwiex qed jaħdem jew le? Jekk le, kemm ilu bil-ħsara? Meta hemm il-ħsieb li jissewwa? Kemm hi l-istima tat-tiswija? Għaliex jintuża dan l-impjant?
Response (DALLI, JOHN)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Impjant tar-Reverse Osmoses li hemm fil-Blokk Padre Pio.
Ninsab informat li f'dan l-impjant żviluppaw ħsarat lejn nofs Diċembru 2008 u peress li dawn il-ħsarat baqgħu jiżviluppaw ta' spiss, inħasset il-ħtieġa li jsir stħarriġ fuq is-sistema mill-Water Research Technology. Minn dan l-istħarriġ irriżulta li kien hemm problema fil-membrane tas-sistema u għaldaqstant kellhom isiru testijiet fuq il-kwalita' ta' l-ilma. Dawn it-testijiet ma kienux konklussivi u fl-14 ta' Jannar 2009 saru iżjed testijiet fuq kampjuni ta' l-ilma.
Informat ukoll li fil-21 ta' Jannar, FM Environmental ħarġu stima biex isiru t-tiswijiet meħtieġa. Huwa maħsub li dawn it-tiswijiet jitlestew fi ftit ġranet oħra. L-istima tax-xogħolijiet hija €1,176.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-full complement tal-istaff tar-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm se jkollu bżonn iktar staff minħabba s-swali l-ġodda li se jiftaħ dalwaqt? X'tip ta' professjonijiet se jkollu bżonn?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-full complement tal-istaff tar-Residenza San Vincenz de Paule huwa 926. Meta jiftħu s-swali l-ġodda ser ikun hemm bżonn 82 impjegati addizzjonali. Dawn huma Nurses, Carers u Cleaners.
Flats tal-Gvern — Kamra fuq il-bejt li qed tagħmel l-ilma
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6280, jista' l-Ministru jara li issa wara li n-nies mid-dipartiment marru jaraw ix-xogħol, jaraw li jibda x-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil Onor Interpellant li minn spezzjoni irriżulta li l-washroom in kwistjoni, hija wżata min tlett sidien u inkwilin. Informat ukoll li ix-xogħol ta' tiswija meħtiega irid issir mir-residenti stess, skond il-policy dwar it-tiswijiet.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet fil-Korp tal-Emerġenza, hix se tieħu kumpens kif ħa ħaddieħor? Din il-persuna għandha dritt għall-kumpens?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li skont hu ma ħax il-cost of living bonus?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.