Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM — Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-ħidma tas-suldati tal-Forzi Armati ta' Malta li marru fuq il-baħar f'Settembru 2023, lejn il-Libja, marru bil-bastiment P61 u mhux bil-bastiment P71? Jista' jispjega r-raġuni għalfejn ma ntużatx l-P71?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13371.

AFM — Rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Ombudsman lill-Forzi Armati ta’ Malta u jipprovdi x'passi ttieħdu biex dawn jiġu attwati? Jista' jgħid f'numri kemm hemm rakkomandazzjonijiet, u kemm minnhom issolvew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fl-2015, il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ntroduċiet sistema ġdida ta’ promozzjonijiet bil-għan li telimina s-suġġettività li kienet teżisti fil-proċess preċedenti u minflok tagħżel sistema oġġettiva. Permezz ta’ din is-sistema, suldat ġewwa l-FAM illum il-ġurnata għandu kontroll assolut tal-progress matul il-karriera militari tiegħu. Dan il-proċess ta’ promozzjonijiet huwa wieħed oġġettiv bil-għan li tinkiseb evalwazzjoni ugwali bejn is-suldati, filwaqt li jiżgura li jkollhom il-ħiliet meħtieġa għall-grad li jkun imisshom, minflok jiġu ġġudikati mis-superjuri tagħhom. Is-suldati jkunu meħtieġa li jissodisfaw numri ta’ kriterji sabiex jimxu minn parti għall-oħra tal-proċess ta’ promozzjoni, fosthom li wieħed irid ikollu livell akkademiku skont it-tieni kolonna tat-tabella segwenti mill-ktieb li ġie ntrodott fl-2015 sabiex jipprovdi linji gwida lis-suldati dwar il-proċess tal-promozzjonijiet, jikseb ukoll it-Trade Courses skont in-natura tax-xogħol tiegħu, kif ukoll ikollu biżżejjed żmien fir-rank tiegħu skont dak stipulat fl-aħħar kolonna. Rank ACE Trade Time in rank L/Bdr ACE 2 Trade A3/B3 4 yrs in sub rank Bdr ACE 2 Trade A2/B2 3 yrs in sub rank Sgt ACE 1 Trade A2/B2 4 yrs in sub rank SSg t ACE 1 Trade A1/B1 3 yrs in sub rank WO II ACE 1 Trade A1/B1 3 yrs in sub rank WO I ACE 1 Trade A1/B1 3 yrs in sub rank Jekk dawn il-kriterji jinkisbu, wieħed ikun jista’ jkompli bil-proċess ta’ selezzjoni skont il-grad li jkun imissu. Dan jinkludi diversi eżamijiet u intervisti, kif ukoll Cadre Courses għal dawk is-suldati li jmisshom promozzjoni għat-tieni u r-raba grad (Lance Bombardier u Sergeant). Dan jiddependi wkoll mill-vacancies li jkunu vakanti fis-sezzjonijiet varji skont l-establishment approvat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, u x-Xogħol. Hekk kif wieħed jikseb il-kriterji kollha neċessarji, dan jiġi eliġibbli għar-rakkomandazzjoni tal-Kap Kmandant tal-FAM u sussegwentement jiġi promoss għall-grad li jmiss. Għalhekk ir-rakkomandazzjonijiet varji li l-Ombudsman għamel matul is-snin vis-à-vis l-promozzjonijiet awtomatikament ġew indirizzati permezz ta’ dawn il-linji gwida li jinsabu f’dan il-ktieb li ġie ntrodott fl-2015, liema ktieb naqqas il-każijiet tal-Ombudsman b’mod drastiku.

Detention centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma n-nazzjonalitajiet, u kemm-il persuna hemm maqsuma skont in-nazzjonalità fid-detention centres f'pajjiżna u jindika f'liema ċentru qegħdin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-1 ta’ Lulju 2024 l-okkupanza fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hija ta 140 persuna. Huma jinsabu mqassmin skont in-nazzjonalità allegata, skont it-tabella hawn taħt. Bangladesh 61 Pakistan 23 Ghana 10 Gambia 6 Syria 7 Somalia 4 Guinea 4 Nigeria 3 Senegal 2 India 2 Iran 2 Egypt 2 Sierra Leone 1 Venezuela 1 Ivory Coast 1 Nepal 1 Serbia 1 Georgia 1 Guinea-Bissau 1 Germany 1 Sri Lanka 1 Philippines 1 Turkey 1 Thailand 1 Algeria 1 Mali 1 Grand Total 140 Dawn il-persuni jinsabu miżmuma fi tliet żoni separati skont il-bżonnijiet tagħhom u l-leġizlazzjoni applikabbli. Numru sostanzjali minn dawn il-persuni ġew arrestati wara li nstabu pajjiżna b'mod irregolari u l-awtoritajiet qed jagħmlu l-preparamenti meħtiega sabiex jiġu rritornati fil-ġranet li ġejjin.

San Pawl il-Baħar — Trejqet il-Veċċja – Tneħħija ta’ vettura

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-mutur, li m’għandux number plates imwaħħlin, jitneħħa minn Trejqet il-Veċċja, f’San Pawl il-Baħar (ritratt anness)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi abbażi ta’ providementi ta’ Regolamenti nazzjonali, il-vettura li rreferiet għaliha l-Onor. Interpellant, tkun tista’ tiġi mneħħija wara sebghat ijiem mid-data ta’ meta l-Pulizija jew awtorita kompetenti oħra twaħħal fuq il-vetturi avviż biex din titneħħa mis-sid. Wara kollegament mill-pulizija tad-Distrett ma’ Transport Malta, fil-25 ta’ Ġunju 2024 twaħħal dan l-avviż fuq il-vettura in-kwistjoni, u jekk din ma titneħħiex wara l-perjodu indikat, din tiġi mneħħija skond il-proċeduri stabiliti fl-istess regolamenti.

Priġunieri bil-parole — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk priġunier li jingħata l-parole, irrispettivament minn kemm hu twil il-perjodu ta' parole, huwiex eleġibbli għall-benefiċċji soċjali? Jekk jirriżulta li iva, jista' jgħid kemm-il persuna hemm b'parole preżentament, kemm hu l-perjodu ta' parole li għandhom rispettivament u jispjega xi dħul għandhom dawn il-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat mid-Dipartiment tal-Probation and Parole li hemm persuni bil-liċenzja tal-parole li jibbenefikaw minn xi tip ta’ benefiċċji soċjali, fejn il-perjodu ta’ Parole ivarja bejn sena sa tmien snin u xahar. Dan il-benefiċċji soċjali joħroġ minn Ministeru ieħor, bħal benefiċċji soċjali kollha.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li biex tinġabar din l-informazzjoni tinqabeż l-Advisory Cost.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Entitajiet Regolatorji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13511, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid: a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet; b. quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mosta — Permess għal attività fil-Pjazza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju 2024, il-grupp li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inżamm mill-awtoritajiet milli juża Pjazza Rotunda, fil-Mosta, li fi tmiem il-ġimgħa tkun pedonali, u kien imġiegħel imur fi Pjazza 16 ta’ Settembru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma rċevietx u ma proċessatx l-ebda talba biex tiġi organiżżata xi attivita’ mill-grupp li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, f’xi pjazza minn dawk imsemmija fl-istess mistoqsija.

Skemi għal Mezzi ta' sigurtà fil-lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, inħarġux skemi għal mezzi ta' sigurtà fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex? Jekk iva, min applika għal dawn l-iskemi u min ikkwalifika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li permezz tal-Aġenzija LESA, ġew fis-seħħ żewġ skemi sabiex isiru proġetti fil-lokalitajiet fosthom għas-sigurtà. Kull lokalità tista tibbenifika sa massimu ta’ tmenin elf ewro, fejn kull skema tkopri perjodu ta’ tlett snin. Permezz ta’ dawn l-iskemi ġie assigurat fond ta’ mhux inqas minn sitt (6) miljun ewro, li ġew imqassma kif ġejjin: Skema 1 – 2021-2023 Fond allokat - ta’ mhux inqas minn 3 miljuni maqsuma fuq 3 snin,kif ukoll ingħataw total ta’ 60 Proġett, lis-segwenti Kunsilli: Il-Belt Valletta (Città Umilissima), Il-Birgu (Città Vittoriosa), L-Isla (Città Senglea), Bormla (Città Cospicua), Ħal Qormi (Città Pinto), Ħaż-Żabbar (Città Hompesch), Is-Siġġiewi (Città Ferdinand), Iż-Żejtun (Città Beland), Ħ'Attard, Birkirkara, Ħad-Dingli, Il-Fgura, Il-Furjana, Fontana, Il-Gudja, Għajnsielem, L-Għarb, L-Għasri, Ħal Għaxaq, Il-Ħamrun, Il-Kalkara, Ta' Kerċem, Ħal-Lija, Ħal-Luqa, Il-Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Il-Mellieħa, Il-Mosta, L-Imqabba, L-Imsida, Il-Munxar, In-Nadur, In-Naxxar, Paola, Pembroke, Il-Qrendi, Ir-Rabat (Malta),Ħal Safi, San Ġiljan, San Ġwann, San Lawrenz, Ta' Sannat, Santa Luċija, Tas-Sliema, Is-Swieqi, Ta' Xbiex, Ħal Tarxien, Ix-Xagħra, Ix-Xewkija, Ix-Xgħajra, Iż-Żebbuġ (Għawdex), Iż-Żurrieq, L-Imtarfa, Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, Reġjun Għawdex, Reġjun Nofsinhar, Reġjun Xlokk / Port, Reġjun Ċentru /Lvant, Reġjun Punent Skema 2 – 2024-2026 Fond allokat – ta’ mhux inqas minn 3 miljuni maqsuma fuq 3 snin, kif ukoll fl-ewwel sena tagħha, (2024), ingħataw 32 proġett ieħor, lis segwenti Kunsilli: Il-Belt Valletta (Città Umilissima), Il-Birgu (Città Vittoriosa), L-Isla (Città Senglea), Bormla (Città Cospicua), Ħal Qormi (Città Pinto), Ħaż-Żabbar (Città Hompesch), Ħ'Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, Birżebbuġa, Il-Furjana, Għajnsielem, Il-Kalkara, Ta' Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Ħal Luqa, Marsaxlokk, Il-Mellieħa, Il-Mosta, Paola, Il-Qala, Il-Qrendi, Ħal Safi, Santa Luċija, Santa Venera, Ħal Tarxien, Ix-Xagħra, Ix-Xewkija, Iż-Żebbuġ (Għawdex), Iż-Żurrieq, Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali Il-Kunsilli li għażlu li minn dawn il-fondi jkunu f’diversi proġetti speċifikament ta’ sigurtà, hekk kif sottomessi mill-Kunsilli Lokali, li huma s-segwenti: Sena Lokalità Ammont 2021 Ħamrun € 12,000 2021 Imsida € 16,000 2021 Mellieħa € 16,500 2021 Xagħjra € 4,600 2022 Marsaxlokk € 19,000 2023 Reġjun Punent € 80,000 2023 Pembroke € 8,000 2023 Valletta € 45,000 2024 Isla € 13,500 2024 Floriana € 22,000 2024 Mellieħa € 15,600 Fl-istess waqt, saru numru sostanzjali ta’ proġetti ta’ tisbiħ li jlaħħqu nofs miljun ewro, li permezz tagħhom jkun hemm żieda ta’ dwal, sabiex ikompli inaqqsu l-abbuż f’ċertu żoni, fosthom: Lokalità Ammont Valletta €80,000 Żabbar €70,000 Bormla €40,000 San Ġwann €70,000 Rabat €48,000 San Ġiljan €62,000 Għarb €40,000 Mosta €80,000 Dan il-fond ser jibqa’ miftuħ fis-snin li ġejjin, fejn il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu japplikaw bil-proġetti tagħhom.

Skemi għal Mezzi ta' sigurtà fil-lokalitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinħarġu skemi għal mezzi ta' sigurtà fil-lokalitajiet ta' Malta u Għawdex? Jekk iva, jista’ jgħid min se jkun jista' japplika għal dawn l-iskemi u meta hu mistenni li jinħarġu dawn l-iskemi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20182.

18-il sena servizz — Midalji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-midalji ta’ dawk il-membri li għalqu 18-il sena servizz f’Settembru 2022, għadhom ma ngħatawx? Jista’ jagħti data meta dawn il-midalji se jkunu qed jingħataw lill-individwi konċernati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Medalji ta’ Servizz Twil u Effiċjenti tal-membri li għalqu 18-il sena servizz f’Settembru 2022, saret fit-23 ta’ Settembru 2022. Infurmat illi f'dawn l-aħħar tlett snin, iċ-ċerimonja saret kull sena għax-xahar ta’ Settembru/Ottubru. Fil-każ tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, din is-sena ser ikollhom madwar 60 individwu li jingħataw il-midalja tas-servizz u għalhekk ser issir ċerimonja waħda f’Ottubru. Fiha ser tingħata l-midalja lill-membri eliġibbli anke dawk li għalqu t-tmintax il-sena servizz fit-2022. Ninsab infurmat ukoll li l-aħħar ċerimonja tal-għoti tal-medalji fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin saret fit-12 ta’ Ġunju 2023 li kellha ‘cut off date’ tal-31 ta’ Lulju 2022. Dawk l-Uffiċjali li jkunu ntitolati skont il-kriterji stabbiliti, għad iridu jingħataw ir-rikonoxximent meta ssir Ċerimonja oħra. Ma hemmx stabbilit fil-liġi meta dawn il-medalji għandhom jingħataw. Finalment, ninsab infurmat li l-midalji tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta għal dawk li għalqu 18-il sena servizz f’Settembru ta’ 2022 diġà tqassmu.

Residenza San Vincenz de Paul — Elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju 2024

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19901 u 19902, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li kien hemm 194 resident fir-Residenza San Vindenz de Paul li fl-aħħar elezzjonijiet tat-8 ta' Ġunju 2024 ivvotaw f'kaxxa mħallta, u ċjoè fuq il-lokalità li kienu jgħixu fiha qabel ma daħlu fir-Residenza San Vincenz de Paul?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali – Impjiegi permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li ngħataw sapport sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg permanenti wara li jkunu temmew il-kura neċessarja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li Jobsplus toffri bosta servizzi għal persuni vulnerabbli li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Madanakollu Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni dwar il-kura li individwu jingħata jekk ikollu problemi ta’ saħħa mentali. Nistieden lill-Onor. membru li jekk taf persuna jew persuni li għandhom bżonn assistenza li sal-lum għadhom ma rċivewhiex, tirreferihom b'mod privat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W197.

Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema barranin li għandhom permess biex jaħdmu f’Malta jew f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll ta' liema nazzjonalità huma u kemm hu n-numru għal kull nazzjonalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni ta’ Jobsplus, in-numru ta’ permessi attivi maħruġa minn Jobsplus sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 huma kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt. Foreign Nationals | Maltese As at end December 2023 EU Nationals* 36,840 Full-time 32,777 Part-Time 4,063 Third Country National 78,881 Full-time 76,837 Part-Time 2,044 Maltese 200,772 Full-time 172,941 Part-Time 27,831 Grand Total 316,493 *EU Nationals include the EU Dependants and EEA/EFTA countries.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Kaħli - Infurzar dwar Storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'infurzar sar minn xi entità jew awtorità li taqa’ taħtu fir-rigward ta' storbju eċċessiv fi Triq il-Kaħli, San Pawl il-Baħar jew fl-akkwati tal-istess triq matul l-aħħar sena? Jista’ wkoll jipprovdi dettalji dwar meta sar dan l-infurzar u x'azzjoni ttieħdet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li persuna liċenzjata minn stabbiliment tressqet il-Qorti peress li kif kien irrapurtat, il-pulizija wkoll semgħet storbju eċċessiv ta’ mużika meta waslet fuq il-post.