Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — segretarji ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-impjegati mas-Secreterial Services li jinsabu ingaġġati ma' Transport Malta u kemm tħallset il-kumpanija msemmija minn Ġunju 2010 sa Ottubru 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent Transport Malta tingaġġa s-servizzi klerikali ta' 21 persuna minn Secretarial Services. Madankollu, l-ammont ta' ħaddiema li jkunu provduti lil Transport Malta jista' jvarja minn żmien għal żmien skont il-workload li jkollha. Il-kumpanija tħallset total ta' €295,000 minn Ġunju 2010 sa Ottubru 2011.

Transport Malta — ħaddiema li qed jagħmlu l-overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-impjegati ma' Transport Malta li qed jagħmlu l-overtime minn mindu beda l-operat tal-Arriva? Kemm tħallsu s’issa f’overtime dawn l-impjegati? Kemm-il siegħa overtime qed jagħmlu l-ħaddiema u kif qed jiġi mqassam l-overtime msemmi ta’ dawn l-impjegati? Jista’ l-Ministru jgħid xi skali għandhom dawn l-impjegati li qed jagħmlu l-overtime u jagħti l-ammont li tħallas s’issa f’overtime u jiġi spjegat fi breakdown dettaljat skont il-grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

nefqa fuq dipartimenti u awtoritajiet differenti

Question

Jista' l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni li l-ex Malta Maritime Authority mis-sena 2004 sa sena 2009, intnefaq f’manutenzjoni € 3,670,751 filwaqt li f’dipartimenti/awtoritajiet bħall-ex Awtorità dwar it-Trasport fl-istess perjodu ntnefqu € 22,728 u fl-ex Department of Civil Aviation intnefqu € 61,566? Jista' jgħid fiex u fejn intnefqu €1,294,588 fit-Transport Malta bejn is-snin 2010 u 2011 sa Awwissu, jiġifieri fil-propretajiet tal-ex Awtorità dwar it-Trasport, l-ex Malta Maritime Authority u l-ex Department of Civil Aviation separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Ġwann — Triq R.Caruana Dingli - tlestija tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta tista' ssir bankina ġdida u l-kumplament tat-Triq R.Caruana Dingli, San Ġwann, issa li tlesta l-bini l-ġdid fit-tarf tal-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fgura — Triq il-Foss - wiċċ ġdid lit-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Foss fil-Fgura tingħata wiċċ diċenti minħabba l-inkonvenjent li qed toħloq għar-residenti? Meta hemm il-ħsieb li din issir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija ser tiġi asfaltata bħala parti mill-proġett ta' toroq li jgħatu għal Smart City. Ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta sa Frar 2012, dejjem jekk ma jinqalgħux problemi imprevisti.

Kuntratturi privati — proġetti tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29266 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus attwali li għandha titħallas lill-kumpaniji/kuntratturi privati għal xogħlijiet li għamlu fi proġetti tat-toroq f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-ċifra ta' flus hija ta' €832,711 fil-każ ta' Malta u xejn fil-każ ta' Għawdex.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol lil kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji li ngħataw xogħol li jaqbez l-€10,000 mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu matul is-sena 2010 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid ukoll għal kull każ jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Chief Executive Officer - mutli

Question

Billi ftit jiem ilu ċ-Chief Executive Officer ta' Transport Malta qal lill-istampa li l-entità li huwa jmexxi waħħlet xi multi ta' xi eluf ta' euros minn Settembru 'l hawn, jista' l-Ministru jgħid b'mod aktar konkret għal kemm kienu jammontaw dawn il-multi u kif kienu mifruxa fuq il-medda taż-żmien involut?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Grand Harbour Regeneration Corporation — valuri ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol imħallas fuq id-diversi proġetti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation mit-twaqqif tagħha sal-lum kull proġett separatament? Kemm hu l-valur tax-xogħol li l-korporazzjoni ikkuntrattat sal-lum fuq il-proġetti kollha, kull proġett separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tenders tal-Furniture and fittings — Parlamentari il-Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala fit-tenders għal furniture and fittings għall-bini tal-Parlament il-ġdid, il-konsulent tal-Grand Harbour Regeneration Corporation speċifikaw id-ditta li jipproduċu kull oġġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-konsulent tal-Grand Harbour Regeneration Corporation speċifika biss żewġ prodotti fit-tender tal-finishes għall-parlament il-ġdid; kif ġej:- 1) glazed partitions and integrated cupboards speċifikati minn Renzo Piano tad-ditta Unifor Spa bħala nominated sub-sontractors fit -tender minħabba li l-prodott magħżul jissodisfa kriterji tekniċi speċifiċi tal-akustika. 2) fixed seating ta' tip Vitra and Poltrano, liema pultruni ġew magħżula mill-arkitett Renzo Piano għax jissodisfaw il-kriterji ta' disinn.

Transport Malta — kwestjoni dwar telefonata

Question

Fid-dawl ta’ rapporti li dehru f’sezzjoni tal-istampa lokali li s-senior manager tal-ICT ta’ Transport Malta inqabad iwieġeb it-telefown tal-uffiċċju ta’ kumpanija privata li mhux biss ħadet 26 biċċa xogħol differenti mill-istess awtorità li jaħdem magħha, imma li bħalissa għandha wkoll għadd ta’ tenders oħrajn mitfugħa quddiem din l-awtorità, jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu kontra l-impjegat konċernat, u meta ġiet infurmata l-Pulizija b’dan il-każ? Billi ingħad li Transport Malta nnifisha qiegħda tinvestiga l-każ, jista' jgħid min qed imexxi dan il-każ u jekk huwiex wieħed intern jew ġewx imqabbdin nies indipendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MITA — breakdown tas-somma relatata mat-trasferiment

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27833, jista' l-Ministru jipprovdi statistika dettaljata ta’ x’intnefaq, min issuplixxa u kemm sewa kull item li kellu x’jaqsam ma' xogħol u apparat elettriku, mekkaniku u finishing works fil-binja l-ġdida tal-MITA, li ammontaw hekk kif dikjarat li ammontaw għal € 3,179,837?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — rotot ġodda - proposti tal-kunsill lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarux proposti mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar marbuta mar-rotot il-ġodda kemm qabel kif ukoll wara li ġiet introdotta s-sistema l-ġdida tat-Trasport Pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

xtut tal-Belt u l-Isla — informazzjoni dwar faċilitajiet għall-passiġġieri tal-cruise liners

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul din is-sena fuq faċilitajiet għall-passiġġieri tal-cruise liners max-xtut tal-Belt u tal-Isla? Kemm kienet l-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, Transport Malta għamlet xogħol ta' tħammil u faċilitajiet għall-irmiġġ ta' cruise liners fix-xatt ta’ Lascaris, il-Belt. Ix-xogħol waqaf matul l-eqqel perjodu tal-istaġun tal-cruise liners u mistenni jitkompla aktar tard din is-sena bit-tisħiħ tal-moll. Il-kuntrattur huwa Polidano Bros. Ltd., li s'issa tħallas €472,000. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta sa' Frar tal-2012, dejjem jekk ma jinqalgħawx ċirkostanzi imprevvisti u mistenni jiswa madwar €600,000.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Pwales - xogħljiet fit-triq

Question

Billi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar meta jagħmel maltemp kbir tegħreq, inkluż id-djar f'din it-triq, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex meta jkun maltemp kbir din it-triq ma tkomplix tegħreq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rotta 110 tas-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li dik li kienet rotta 110 li kienet titlaq minn Birżebbuġa għaż-Żejtun u għall-Isptar San Luqa u wara tmur postijiet oħra, tiddaħħal bħala parti mis-servizz tal-Arriva u dan minħabba numru ta' ħaddiema, qraba ta' persuni anzjani fl-Isptar San Luqa u numru ta' studenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentement, minn Birżebbuġa, wieħed jista' jaqbad il-karozza li tkun sejra lejn il-Belt bin-numru 82 u li għandha frekwenza ta' 20 minuta, jew ir-rotta X4 li għandha frekwenza ta' 30 minuta. Dawn iż-żewġ rotot jieqfu il-Bombi jew il-Belt fejn minn hemm wieħed jista' jaqbad il-karozzi tal-linja kollha li jkunu sejrin lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta, li huma rotot 12, 13, 21, 22, 23, 24, 31, 32, 33, 34, 35, 41, 42, 43 u 44. Dawn ir-rotot jgħaddu kull ftit minuti u jieqfu l-Imsida fuq l-istage bl-isem 'Kulleġġ'. Infurmat ukoll li minn Birżebbuġa għall-Junior College, wieħed jista' jaqbad ix-xarabank li tkun sejra Mater Dei li ġġib in-numru 210 u li għandha frekwenza ta' 20 minuta, u minn hemmhekk jibdel għar-rotot 22, 31, 32 jew 35 madwar karozza kull 10 minuti li jwasslu għal fuq l-istage tal-Imsida li jismu 'Kulleġġ'. Dan minbarra rotot 122 u 123 kull nofs siegħa li jgħaddu mill-Ħamrun jew Gwardamangia qrib il-Junior College.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — faċilitajiet għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29450 u jgħid x'faċilitajiet hemm disponibbli fid-dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jiġu moqdija persuni neqsin mis-smigħ u persuni neqsin mid-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Swatar — servizz tat-trasport pubbliku

Question

F'isem ir-residenti tal-Parroċċa tas-Swatar, jista' l-Ministru jara li s-servizz tat-trasport pubbliku jkun bħal dak li kellhom qabel għax bħalissa f'ħinijiet irregolari tgħaddi karozza bin-numru 25 u ġieli titfaċċa waħda b'numru 41 u apparti minn hekk biex imorru l-Isptar Mater Dei ikollhom jaqsmu l-highway li ma fiha l-ebda zebra crossing?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li b’effett mit-2 t’Ottubru 2011, is-Swatar hu servut bir-rotta 110 bi frekwenza ta’ vjaġġ kull siegħa. Din ir-rotta tgħaqqad is-Swatar ma' Tas-Sliema, il-Gżira (Ċentru ta-Saħħa), Ta’ Ġiorni, San Ġwann, l- interchange ta’ Mater Dei u l-Universita’ (minn fejn persuna tista’ taqbad karozza għal diversi lokalitajiet oħra), Fleur De Lys u l-Marsa Park & Ride fejn wieħed għandu għażla kbira ta’ rotot minn fejn jista’ jbiddel.

San Pawl il-Baħar — timing tal-lights

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29856 għal dik il-parti tal-mistoqsija li tirrigwardja l-junction ta' San Pawl il-Baħar, billi jidher li t-timing tad-dawl inbidel meta saret it-tiswija tal-istess lights, jista' l-Ministru jinvestiga jekk dan it-tibdil hux ġustifikat għaliex jidher li qed joħloq inkonvenjent għas-sewwieqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċċjali ta' Transport Malta għamlu moniteraġġ tas-sistema tat-traffiku u saru l-aġġustamenti neċessarji fil-programm tas-sistema tad-dwal.