Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pagamenti li għaddew u qed jgħaddu għand il-Vitals Global Healthcare (VGH) humiex qegħdin isiru bl-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’aċċertazzjoni qiegħda ssir u x’aċċertazzjoni saret biex tassigura li x-xogħol u s-servizzi marbuta ma’ dawn il-pagamenti attwalment sar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru Konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalbitx l-approvazzjoni tal-Ministeru tiegħu u/jew tad-Dipartiment tal-Kuntratti biex il-Vitals Global Healthcare jinnegozjaw u jbiegħu l-kuntratt li rebħu mingħand il-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni marbuta ma’ din it-talba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru Konċernat.
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq cryptocurrencies? Jista’ jgħid jekk hemmx kumpaniji barranin jew lokali li diġà huma jaħdmu minn Malta, f’dan il-qasam?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt mal-kumpanija Vitals Global Healthcare (VGH), kuntratt li permezz tiegħu l-VGH ingħatat f’idejha t-tmexxija tat-tliet sptarijiet pubbliċi, inġiebx għall-attenzjoni u l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi, qabel ġie ffirmat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-proċeduri neċessarji u l-prassi kienu segwiti f’dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi kellux parti fin-negozjati mal-Vitals Global Healthcare (VGH), liema negozjati waslu biex jiġi ffirmat ftehim biex il-VGH imexxu tliet sparijiet pubbliċi? Jekk fl-affermattiv, x’kien ir-rwol tal-Ministeru għall-Finanzi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi ma kellu ebda parti fin-negozjati mal-VGH.
Jista’ l-Ministru, bħala l-Ministru li taħtu taqa’ r-responsabilità dwar żviluppi fil-Public Private Partnerships, jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kienx infurmat min huma s-sidien tal-Vitals Global Healthcare?
Ministeru għall-Finanzi – Memorandum of Understanding mal-VGH
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi kienx infurmat li l-Gvern, tramite l-Malta Enterprise, kien iffirma Memorandum of Understanding mal-Vitals Global Healthcare (VGH) qabel intemm il-proċess ta’ għażla, liema għażla waslet biex il-VGH jingħataw kuntratt biex imexxu tliet sptarijiet pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza dak li qed jiġi allegat lill-Ministru Konċernat.
Kumpanija – iffirmar ta’ Memorandum of Understanding ma’ Bidder
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex il-prassi li kumpanija tiffirma Memorandum of Understanding ma’ wieħed mill-bidders li jkunu qegħdin jieħdu sehem f’proċess ta’ għażla? Ma jaħsibx il-Ministru li dan il-fatt kellu jiskwalifika lill-Vitals Global Healthcare (VGH) mill-proċess tal-għażla kif ġara fil-Montenegro f’każ identiku li kien jinvolvi wkoll lill-VGH?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirriferi għall-Mistoqsija Parlamentati numru 4037.
Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li ħaddiema li ħadu l-Early Retirement Scheme mill-Bank Ċentrali, reġgħu ddaħħlu jaħdmu fuq bażi ta' contract workers? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema u x'inhu s-salarju tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi żewġ ħaddiema li kienu ibbenefikaw mill-Early Retirement Scheme (skema ta’ rtirar kmieni) mill-Bank Ċentrali f’Marzu 2007 u f’Jannar 2012 rispettivament, kienu lahqu l-eta ta l-irtirar statutorja f’Dicembru 2011 u f’Dicembru 2015 rispettivament. Dawn iz-zewg persuni reġgħu ddaħħlu, f’Jannar 2018 u f’Mejju 2017 rispettivament, jaħdmu fi-Currency Services Office fuq kuntrat definit fuq bazi kazwali u temporanja biex jagħmlu xogħol speċifiku f’dan l-ufficju.
Dan l-impjieg temporanju huwa regolat minn JobsPlus. Ir-rata ta ħlas hija €9.24 għal kull siegħa xogħol, ekwivalenti ghal dik ta grad ta Officer I. Din ir-rata tinkludi l-benefiċji kollha inkluz leave u leave tal-mard. Dawn l-uffiċjali jattendu għax-xogħol skond l-eziġenzi.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3561, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba issa jaf li l-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma għamel l-ebda Suspicious Transaction Report (STR) lill-awtoritajiet matul l-2016 u ladarba jaf ukoll li f’din is-sena saru numru ta’ transazzjonijiet suspettużi li ma ġewx rappurtati, fosthom id-dħul ta’ mitt elf euro (€100,000) fil-kont tac-Chief of Staff tal-Prim Ministru, hekk kif żvelat f’wieħed mir-rapporti tal-FIAU, ma jidhirlux li, bħala Ministru responsabbli minn dan il-qasam għandu jieħu azzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi t-tali indħil li qiegħed jissiġġerixxi, jiġifieri li Ministru jindaħal fl-operat ta’ istituzzjoni awtonoma bħal FIAU, tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ “good governance” li tagħha l-Onor. Interpellant huwa l-kelliem għall-Oppożizzjoni u suppost jaf x’inhuma.
Każini tal-baned u soċjetajiet mużikali – grants jew sussidju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx xi grants jew sussidji lill-każini tal-baned jew soċjetajiet mużikali fil-ħames ġimgħat ta’ qabel it-3 ta’ Ġunju 2017? Jekk fl-affermattiv, min kienu l-każini tal-baned/soċjetajiet mużikali li bbenefikaw minn dawn il-grants jew sussidji? Kemm kienet is-somma totali li ngħatat lil kull każin partikulari? Għal liema skop ingħatat din is-somma? Minn liema fond pubbliku ngħataw dawn is-somom ta’ flus? Jista jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet għalihom minn dawn il-każini u min approva l-grant jew sussidju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fond tan-National Lotteries Good Causes Fund kompla bil-programm tiegħu matul il-perjodu msemmi fil-mistoqsija. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-applikazzjonijiet inklużi dawk magħmula minn każini iridu jsiru skont ir-regolamenti u li dawn it-talbiet jiġu evalwati u approvati minn Advisory Board li jgħaddihom lill-Ministru għall-Finanzi għall-approvazzjoni tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar taxxa li qed jiġi mitlub iħallas, u li qed jara li hi inġusta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni diġà qiegħed, u ilu għal diversi xhur, f’taħdidiet mal-persuna indikata, liema persuna preżentement għandha appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva.
B’referenza għall-Avviż Legali numru 289/2016 li sar fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jista’ l-Ministru jikkonsidra li dak li hemm stabbilit għas-settur privat, jiġi estiż ukoll għas-settur pubbliku kollu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma bagħat l-ebda rapport magħruf bħala Suspicious Transaction Reporting (STR) matul is-sena sħiħa 2016, meta matul din is-sena (2016) saru numru ta’ transazzjonijiet suspettużi, inkluż transazzjoni ta’ dħul ta’ mitt elf ewro fil-kont taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru fl-imsemmi bank, hekk kif żvelat f’wieħed mir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispjegazzjoni mitluba tista’ tingħata biss mill-Bank.